This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012FN0139
Case F-139/12: Action brought on 14 November 2012 — ZZ v Commission
Kawża F-139/12: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Novembru 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
Kawża F-139/12: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Novembru 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
ĠU C 26, 26.1.2013, p. 76–76
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 26/76 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-139/12)
2013/C 26/158
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ persuni li għaddew mill-eżaminijiet ta’ tmiem it-taħriġ li jsir fil-kuntest tal-proċedura ta’ ċertifikazzjoni kif ukoll talba għad-danni.
Talbiet tar-rikorrent
— |
jiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat; |
— |
jannulla l-att ikkontestat; |
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas EUR 10 000 lir-rikorrent bħala kumpens għad-dannu subit; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |