Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FN0138

    Kawża F-138/12: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Novembru 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 26, 26.1.2013, p. 75–76 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.1.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 26/75


    Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-138/12)

    2013/C 26/157

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

    L-annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ persuni li għaddew mill-eżaminijiet ta’ tmiem it-taħriġ li jsir fil-kuntest tal-proċedura ta’ ċertifikazzjoni kif ukoll talba għad-danni.

    Talbiet tar-rikorrent

    jannulla d-deċiżjoni tal-EPSO li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ persuni li għaddew mill-eżaminijiet ta’ tmiem it-taħriġ li jsir fil-kuntest tal-proċedura ta’ ċertifikazzjoni;

    jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas EUR 10 000 lir-rikorrent bħala kumpens għad-dannu subit;

    jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


    Top