EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FN0135

Kawża F-135/12: Rikors ippreżentat fid- 9 ta’ Novembru 2012 — ZZ vs AER

ĠU C 26, 26.1.2013, p. 74–75 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/74


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2012 — ZZ vs AER

(Kawża F-135/12)

2013/C 26/154

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: W. J. Dammingh u N. D. Dane, avukati)

Konvenuta: Aġenzija Eżekuttiva ta’ Riċerka

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li permezz tagħha r-rikorrenti ma ġietx inkluża fil-lista ta’ riżerva tal-proċedura ta’ selezzjoni REA/2011/TA/PO/AD5.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tal-21 ta’ Frar 2012 li permezz tagħha l-konvenut irrifjuta li jinkludi lir-rikorrenti fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni REA/2011/TA/PO/AD5;

jannulla d-deċiżjoni tal-10 ta’ Awwissu 2012 li permezz tagħha l-konvenuta ċaħdet l-ilment tar-rikorrenti;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


Top