Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FN0104

    Kawża F-104/12: Rikors ippreżentat fis- 27 ta’ Settembru 2012 — ZZ vs Europol

    ĠU C 26, 26.1.2013, p. 70–70 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.1.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 26/70


    Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2012 — ZZ vs Europol

    (Kawża F-104/12)

    2013/C 26/142

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Partijiet

    Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: W. J. Dammingh u N. D. Dane, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

    Suġġett

    L-annullament tad-deċiżjoni tal-Europol, meħuda sabiex teżegwixxi s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Ġunju 2010 fil-Kawża Hanschmann vs Europol, F-27/09, li permezz tagħha l-Europol ta lir-rikorrenti somma f’daqqa sabiex tikkompensa għad-dannu li ġie kkawżat lir-rikorrenti bid-deċiżjoni li s-sentenza msemmija annullat.

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2011 li permezz tagħha l-konvenut jagħti lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 13 000 bħala kumpens għad-danni li hija soffriet u bħala implementazzjoni sħiħa ta’ sentenza preċedenti tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, kif ukoll id-deċiżjoni tad-29 ta’ Ġunju 2012 li permezz tagħha l-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2011 ġie miċħud;

    tikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż, li jinkludu s-salarju tar-rappreżentant.


    Top