EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0487

Kawża C-487/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo n °1 de Ourense (Spanja) fit- 2 ta’ Novembru 2012 — Vueling Airlines S.A. vs Instituto Galego de Consumo de la Xunta de Galicia

ĠU C 26, 26.1.2013, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo no 1 de Ourense (Spanja) fit-2 ta’ Novembru 2012 — Vueling Airlines S.A. vs Instituto Galego de Consumo de la Xunta de Galicia

(Kawża C-487/12)

2013/C 26/46

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Contencioso-Administrativo no1 de Ourense (Spanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vueling Airlines S.A.

Konvenut: Instituto Galego de Consumo de la Xunta de Galicia

Domanda preliminari

(1)

L-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Settembru 2008, dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola nazzjonali (l-Artikolu 97 tal-liġi 48/1960 dwar in-navigazzjoni bl-ajru) li tobbliga lill-kumpanniji ta’ transport bl-ajru ta’ vjaġġaturi jirrikonoxxu, fi kwalunkwe każ, lill-passiġġieri d-dritt li jirreġistraw bagalja mingħajr spiża addizzjonali jew żieda fil-prezz bażiku tal-biljett miftiehem?


(1)  ĠU L 293, p. 3.


Top