EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0456

Kawża C-456/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl- 10 ta’ Ottubru 2012 — Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel en O vs B

ĠU C 26, 26.1.2013, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-10 ta’ Ottubru 2012 — Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel en O vs B

(Kawża C-456/12)

2013/C 26/33

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel en O

Konvenut: B

Domandi preliminari

(…)

(1)

Id-Direttiva 2004/38/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fir-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, fir-rigward tal-kundizzjonijiet għad-dritt ta’ residenza għall-membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li għandhom in-nazzjonalità ta’ pajjiż terz, tapplika b’analoġija, bħal fis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja Singh (2), C-370/90, u Eind (3), C-291/05, meta ċittadin tal-Unjoni jirritorna fl-Istat Membru li tiegħu huwa għandu n-nazzjonalità wara li jkun irresjeda, fl-ambitu tal-Artikolu 21(1) TFUE, bħala benefiċjarju ta’ provvisti ta’ servizzi fis-sens tal-Artikolu 56 TFUE, fi Stat Membru ieħor?

(2)

Jekk iva, huwa rikjest li r-residenza taċ-ċittadin tal-Unjoni fi Stat Membru ieħor tkun saret għal perijodu minimu determinat sabiex, wara r-ritorn taċ-ċittadin tal-Unjoni fl-Istat Membru li tiegħu huwa għandu n-nazzjonalità, il-membru tal-familja tiegħu li għandu n-nazzjonalità ta’ pajjiż terz jingħatalu dritt ta’ residenza f’dan l-Istat Membru tal-aħħar?

(3)

Jekk iva, dan ir-rekwiżit jista’ jkun sodisfatt jekk ir-residenza fl-Istat Membru l-ieħor ma tkunx saret f’daqqa, iżda permezz ta’ ċerta frekwenza bħal minħabba okkorrenzi ta’ residenza ta’ kull ġimgħa, matul tmiem-il ġimgħa, jew minħabba okkorrenzi ta’ residenza regolari?

(…)

(4)

Id-dritt eventwali tal-membru tal-familja li għandu n-nazzjonalità ta’ pajjiż terz għal dritt ta’ residenza taħt id-dritt tal-Unjoni huwa, f’ċirkustanzi bħalma huma dawk tal-kawża, milqut minn dekadenza minħabba li jkun għadda ż-żmien bejn ir-ritorn taċ-ċittadin tal-Unjoni fl-Istat Membru li tiegħu huwa għandu n-nazzjonalità u l-wasla tal-membru tal-familja li għandu n-nazzjonalità ta’ pajjiż terz fl-Istat Membru inkwistjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46.

(2)  Sentenza tas-7 ta’ Lulju 1992 fil-Kawża C-370/90, Ġabra p. I-4265.

(3)  Sentenza tal-11 ta’ Diċembru 2007 fil-Kawża C-291/05, Ġabra p. I-10719.


Top