Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0449

    Kawża C-449/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit- 8 ta’ Ottubru 2012 — L.J.A. van Luijk vs Burgemeester van Den Haag

    ĠU C 26, 26.1.2013, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.1.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 26/18


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-8 ta’ Ottubru 2012 — L.J.A. van Luijk vs Burgemeester van Den Haag

    (Kawża C-449/12)

    2013/C 26/31

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Raad van State

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: L.J.A. van Luijk

    Konvenut: Burgemeester van Den Haag

    Domandi preliminari

    (1)

    L-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004, tat-13 ta’ Diċembru 2004, dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u għall-bijometriċi f’passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 153M, p. 375), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Mejju 2009, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 (ĠU L 142, p. 1), huwa validu fid-dawl tal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali?

    (2)

    Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda li tirrigwarda l-validità tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004, tat-13 ta’ Diċembru 2004, dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u għall-bijometriċi f’passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 153M, p. 375), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Mejju 2009, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 (ĠU L 142, p. 1), l-Artikolu 4(3) tar-Regolament, fid-dawl tal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 8(2), tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u tal-Artikolu 7, parti introduttiva u paragrafu (f), tad-Direttiva ħajja privata (1), moqrija flimkien mal-Artikolu 6(1), parti introduttiva u subparagrafu (b), ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li, b’implementazzjoni ta’ dan ir-regolament, l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu permezz tal-liġi li d-data biometrika miġbura u ppreservata skont dan ir-regolament ma tistax tinġabar, tiġi pproċessata u intuża għal għanijiet oħra ħlief għal ħruġ tad-dokument?


    (1)  95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355))


    Top