This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2012/399/18
Case C-435/12: Reference for a preliminary ruling from the Hoge Raad der Nederlanden (Netherlands) lodged on 26 September 2012 — ACI Adam BV and Others v Stichting de Thuiskopie and Others
Kawża C-435/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis- 26 ta’ Settembru 2012 — ACI Adam BV et vs Stichting de Thuiskopie et
Kawża C-435/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis- 26 ta’ Settembru 2012 — ACI Adam BV et vs Stichting de Thuiskopie et
ĠU C 399, 22.12.2012, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 399/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-26 ta’ Settembru 2012 — ACI Adam BV et vs Stichting de Thuiskopie et
(Kawża C-435/12)
2012/C 399/18
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ACI Adam BV, Alpha International BV, AVC Nederland BV, BAS Computers & Componenten BV, Despec BV, Dexxon Data Media and Storage BV, Fuji Magnetics Nederland, Imation Europe BV, Maxell Benelux BV, Philips Consumer Electronics BV, Sony Benelux BV, Verbatim GmbH
Konvenuti: Stichting de Thuiskopie, Stichting Onderhandelingen Thuiskopie vergoeding
Domandi preliminari
(1) |
L-Artikolu 5(2), fil-parti inizjali tiegħu u fis-subparagrafu (b), moqri flimkien jew indipendentement mill-Artikolu 5(5) tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-awtur (1), għandu jiġu interpretati fis-sens li l-limitazzjoni tad-drittijiet tal-awtur prevista fih tapplika għar-riproduzzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija f’din id-dispożizzjoni, indipendentement mill-fatt li x-xogħlijiet li ġew riprodotti kienu għad-dispożizzjoni tal-persuna fiżika kkonċernata b’mod legali, jiġifieri mingħajr ksur tad-drittijiet tal-awtur tal-aventi kawża, jew inkella fis-sens li din il-limitazzjoni tapplika biss fir-rigward tar-riproduzzjonijiet ta’ xogħlijiet li l-persuna kkonċernata kellha għad-dispożizzjoni tagħha mingħajr ksur tad-drittijiet tal-awtur? |
(2) |
|
(3) |
Id-Direttiva 2004/48 (2) tapplika għal proċedura bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn — wara li Stat Membru impona, abbażi tal-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-awtur, l-obbligu tal-ġbir tal-kumpens ġust previst f’din id-dispożizzjoni fuq il-manifatturi u l-importaturi ta’ meżżi xierqa intiżi għar-riproduzzjoni ta’ xogħlijiet, u stabbilixxa li dan il-kumpens ġust għandu jingħadda lill-organizzazjoni magħżula mill-Istat Membru, li hija inkarigata bil-ġbir u bit-tqassim tal-kumpens ġust — persuni suġġetti għall-ħlas ta’ dan il-kumpens qed jitolbu lill-qorti, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari ta’ kawża li huma rilevanti għad-determinazzjoni tal-kumpens ġust, tiddeċiedi kontra l-imsemmija organizzazzjoni, li qed tiddefendi ruħha kontra din it-talba? |
(1) Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230)
(2) Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32)