Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0426

    Kawża C-426/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof ’s-Hertogenbosch (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit- 18 ta’ Settembru 2012 — X vs Voorzitter van het managementteam van het onderdeel Belastingdienst/Z van de rijksbelastingdienst

    ĠU C 399, 22.12.2012, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 399/9


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof ’s-Hertogenbosch (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Settembru 2012 — X vs Voorzitter van het managementteam van het onderdeel Belastingdienst/Z van de rijksbelastingdienst

    (Kawża C-426/12)

    2012/C 399/15

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Gerechtshof ’s-Hertogenbosch (il-Pajjiżi l-Baxxi)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: X

    Konvenut: Voorzitter van het managementteam van het onderdeel Belastingdienst/Z van de rijksbelastingdienst

    Domandi preliminari

    (1)

    Hemm użu doppju fis-sens tal-Artikolu 2(4)(b), tad-Direttiva (1) fil-każ ta’ użu ta’ faħam (prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda 2701, 2702 u 2704) bħala kombustibbli f’kalkara tal-ġir meta d-diossidu tal-karbonju ġġenerat mill-faħam (u mill-ġir) f’din il-kalkara tal-ġir jintuża biex jiġi prodott il-gass tal-kalkara tal-ġir li mbagħad jintuża, u huwa meħtieġ, għat-tisfija tal-meraq mhux misjur miksub mill-pitravi?

    (2)

    Hemm użu doppju fis-sens tal-Artikolu 2(4)(b), tad-Direttiva fil-każ ta’ użu ta’ faħam (prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda 2701, 2702 u 2704) bħala kombustibbli f’kalkara tal-ġir meta 66 % tad-diossidu tal-karbonju, iġġenerat bit-tisħin u assorbit fil-gass tal-kalkara tal-ġir waqt it-tisfija sussegwenti msemmija hawn fuq, huwa assorbit fl-ixkuma ta’ karbonizzazzjoni li tinbiegħ bħala fertilizzant tal-ġir lis-settur agrikolu?

    (3)

    Jekk jingħad li hemm użu doppju fis-sens tal-Artikolu 2(4)(b), tad-Direttiva: id-Direttiva hija inapplikabbli fid-dawl ta’ kif huwa mqiegħed il-kliem introduttiv tal-Artikolu 2(4) tagħha, b’tali mod li l-persuna kkonċernata ma tistax tinvoka l-effett dirett tad-Direttiva (għall-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ użu doppju fid-dritt nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 20(e) tal-Wbm (2))?

    (4)

    Jekk jingħad li hemm użu doppju fis-sens tal-Artikolu 2(4)(b), tad-Direttiva u li din (għaldaqstant) ma hijiex applikabbli: id-dritt tal-Unjoni jipprekludi interpretazzjoni tal-kunċett ta’ użu doppju fid-dritt nazzjonali li hija iktar stretta mill-interpretazzjoni skont id-Direttiva għall-finijiet tal-impożizzjoni ta’ taxxa bħal dik fuq il-kombustibbli inkwistjoni?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405).

    (2)  Liġi tal-Pajjiżi l-Baxxi li tistabbilixxi taxxi għall-protezzjoni tal-ambjent.


    Top