EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TB0616

Kawża T-616/11 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 8 ta’ Novembru 2012 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni ( “Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza bħala manifestament nieqes minn kull bażi legali — Dannu allegatament imġarrab mill-appellanti — Rimbors tal-ispejjeż li setgħu ġew evitati — Artikolu 94(a) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku” )

ĠU C 26, 26.1.2013, p. 48–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/48


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2012 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-616/11 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza bħala manifestament nieqes minn kull bażi legali - Dannu allegatament imġarrab mill-appellanti - Rimbors tal-ispejjeż li setgħu ġew evitati - Artikolu 94(a) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku)

2013/C 26/95

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Settembru 2011, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-69/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 25, 28.1.2012.


Top