This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TB0278
Case T-278/11: Order of the General Court of 13 November 2012 — ClientEarth and Others v European Commission (Actions for annulment — Access to documents — Regulation (EC) No 1049/2001 — Implied refusal of access — Period allowed for commencing proceedings — Delay — Manifest inadmissibility)
Kawża T-278/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ Novembru 2012 — ClientEarth et vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Rifjut impliċitu ta’ aċċess — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Tardività — Inammissibbiltà manifesta)
Kawża T-278/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ Novembru 2012 — ClientEarth et vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Rifjut impliċitu ta’ aċċess — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Tardività — Inammissibbiltà manifesta)
ĠU C 26, 26.1.2013, p. 46–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 26/46 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Novembru 2012 — ClientEarth et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-278/11) (1)
(Rikors għal annullament - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Inammissibbiltà manifesta)
2013/C 26/90
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit); Friends of the Earth Europe (Amsterdam, l-Olanda); Stichting FERN (Leiden, l-Olanda); u Stichting Corporate Europe Observatory (Amsterdam) (rappreżentant: P. Kirch, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u C. ten Dam, aġenti)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tfasslet fit-22 ta’ April 2011 u li tirrifjuta li tagħti aċċess għal ċerti dokumenti dwar is-sistemi ta’ ċertifikazzjoni volontarji intiżi li jiksbu r-rikonoxximent skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, p. 16).
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. |
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll tliet kwarti tal-ispejjeż ta’ ClientEarth, Friends of the Earth Europe, Stichting FERN u Corporate Europe Observatory, li għandhom ibatu l-kwart tal-ispejjeż tagħhom. |