Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0553

    Kawża C-553/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 25 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Bernhard Rintisch vs Klaus Eder ( “Trade marks — Direttiva 89/104/KEE — Artikolu 10(1) u (2)(a) — Użu ġenwin — Użu f’forma, li fiha ġiet irreġistrata bħala trade mark, li tkun differenti fir-rigward ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade mark — Effetti ta’ sentenza fiż-żmien” )

    ĠU C 399, 22.12.2012, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 399/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Bernhard Rintisch vs Klaus Eder

    (Kawża C-553/11) (1)

    (Trade marks - Direttiva 89/104/KEE - Artikolu 10(1) u (2)(a) - Użu ġenwin - Użu f’forma, li fiha ġiet irreġistrata bħala trade mark, li tkun differenti fir-rigward ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade mark - Effetti ta’ sentenza fiż-żmien)

    2012/C 399/10

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Bernhard Rintisch

    Konvenut: Klaus Eder

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 10(1) u (2)(a) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92) — Kunċett tal-“użu tat-trade mark” — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrikonoxxi li l-użu tat-trade mark f’forma li hija differenti minn dik li fiha ġiet irreġistrata għandu wkoll jiġi kkunsidrat bħala użu ta’ trade mark irreġistrata sakemm id-differenza ma tbiddilx il-karattru distintiv tat-trade mark — Reġistrazzjoni ta’ trade mark li għandha l-għan li tiggarantixxi jew testendi l-protezzjoni ta’ trade mark oħra rreġistrata — Aspettattivi leġittimi — Applikabilità ta’ modifika ġurisprudenzjali għal sitwazzjonijiet li diġà nqalgħu fid-data tal-għoti tas-sentenza

    Dispożittiv

    (1)

    L-Artikolu 10(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jipprekludix li l-proprjetarju ta’ trade mark irreġistrata jista’, sabiex jistabbilixxi l-użu tagħha skont din id-dispożizzjoni, jibbaża ruħu fuq l-użu tagħha f’forma li hija differenti minn dik li biha ġiet irreġistrata mingħajr ma d-differenzi bejn dawn iż-żewġ forom ibiddlu l-karattru distintiv ta’ din it-trade mark, u dan mikejja l-fatt li din il-forma differenti hija wkoll irreġistrata bħala trade mark.

    (2)

    L-Artikolu 10(2)(a) tad-Direttiva 89/104 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi interpretazzjoni tad-dispożizzjoni nazzjonali intiża sabiex tittrasponi l-imsemmi Artikolu 10(2)(a) fid-dritt nazzjonali fis-sens li din l-aħħar dispożizzjoni ma hijiex applikabbli għal trade mark “difensiva” li r-reġistrazzjoni tagħha ma għandha l-ebda għan ieħor għajr li tiggarantixxi jew testendi l-kamp tal-protezzjoni ta’ trade mark oħra rreġistrata, li hija fil-forma li hija użata.


    (1)  ĠU C 80, 17.3.2012.


    Top