EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0416

Kawża C-416/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad- 29 ta’ Novembru 2012 — Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u L-Irlanda ta’ Fuq vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Direttiva 92/43/KEE — Konservazzjoni tal-habitats naturali — Lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku tal-Mediterran — Inklużjoni fil-lista ta’ sit propost mir-Renju ta’ Spanja — Sit li jinkludi żona ta’ ibħra territorjali Britanniċi ta’ Ġibiltà u żona ta’ baħar miftuħ — Rikors għal annullament — Att purament konfermattiv)

ĠU C 26, 26.1.2013, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Novembru 2012 — Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u L-Irlanda ta’ Fuq vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-416/11 P) (1)

(Appell - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitats naturali - Lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku tal-Mediterran - Inklużjoni fil-lista ta’ sit propost mir-Renju ta’ Spanja - Sit li jinkludi żona ta’ ibħra territorjali Britanniċi ta’ Ġibiltà u żona ta’ baħar miftuħ - Rikors għal annullament - Att purament konfermattiv)

2013/C 26/22

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Ossowski, aġent, assistit minn D. Wyatt QC, V. Wakefield, Barrister)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Recchia u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-Kummissjoni: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: N. Díaz Abad u A. Rubio González, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta’ Mejju 2011 fil-Kawża T-115/10, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq vs Il-Kummissjoni Ewropea, li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ddikjarat inammissibbli rikors intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/45/KE, tat-22 ta’ Diċembru 2009, li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, it-tielet lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran (innotifikata bid-dokument numru C(2009) 10406), sa fejn din iżżomm fil-lista sit imsejjaħ “Estrecho Oriental” (ES6120032), propost minn Spanja, li jinkludi fih żona ta’ ibħra territorjali Britanniċi ta’ Ġibiltà u żona ta’ baħar miftuħ

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u L-Irlanda ta’ Fuq huma kkundannati għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 298, 8.10.2011.


Top