Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/399/09

    Kawża C-387/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 25 ta’ Ottubru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE — Artikoli 31 u 40 tal-Ftehim ŻEE — Taxxa fuq id-dħul minn kapital u minn beni mobbli — Kumpanniji ta’ investiment residenti u mhux residenti — Withholding tax — Imputazzjoni tal-withholding tax — Eżenzjoni fuq id-dħul minn kapital u minn beni mobbli — Diskriminazzjoni — Ġustifikazzjonijiet)

    ĠU C 399, 22.12.2012, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 399/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

    (Kawża C-387/11) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE - Artikoli 31 u 40 tal-Ftehim ŻEE - Taxxa fuq id-dħul minn kapital u minn beni mobbli - Kumpanniji ta’ investiment residenti u mhux residenti - Withholding tax - Imputazzjoni tal-withholding tax - Eżenzjoni fuq id-dħul minn kapital u minn beni mobbli - Diskriminazzjoni - Ġustifikazzjonijiet)

    2012/C 399/09

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u C. Soulay, aġent)

    Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: J.-C. Halleux u M. Jacobs, aġenti)

    Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentant: S. Behzadi-Spencer, aġent)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 49 u 63 TFUE u tal-Artikoli 31 u 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea — Taxxa fuq id-dħul kapitali u beni mobbli — Eżenzjoni favur kumpanniji ta’ investiment — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi taxxa f’ras il-għajn fuq dħul kapitali u beni mobbli (“withholding tax”) — Diskriminazzjoni tal-kumpanniji ta’ investiment barranin li ma għandhomx stabbiliment fiss fit-territorju nazzjonali sa fejn dawn ma jistgħux jitolbu r-rimbors tal-ammont imħallas bħala witholding tax — Nuqqas ta’ ġustifikazzjonijiet

    Dispożittiv

    (1)

    Billi żamm fis-seħħ regoli differenti dwar it-tassazzjoni ta’ dħul minn kapital u minn beni mobbli skont jekk dawn jiġux irċevuti minn kumpanniji ta’ investiment residenti jew minn kumpanniji ta’ investiment mhux residenti li ma għandhomx stabbiliment fiss fil-Belġju, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE kif ukoll l-Artikoli 31 u 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992.

    (2)

    Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.

    (3)

    Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


    (1)  ĠU C 305, 15.10.2011


    Top