Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0570

    Kawża T-570/10: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Diċembru 2010 — Environmental Manufacturing vs UASI — Wolf (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ lupu)

    ĠU C 63, 26.2.2011, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.2.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/27


    Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2010 — Environmental Manufacturing vs UASI — Wolf (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ lupu)

    (Kawża T-570/10)

    2011/C 63/53

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Environmental Manufacturing LLP (Stowmarket, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, u M. Atkins, solicitor)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Société Elmar Wolf, SAS (Wissembourg, Franza)

    Talbiet tar-rikorrent

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta’ Ottubru fil-Kawża R 425/2010-2; u

    tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tirrappreżenta ras ta’ lupu għal prodotti fil-klassi 7 — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 4 971 511

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva “WOLF Jardin”, reġistrazzjoni ta’ trade mark Franċiża Nru 99 786 007, li tkopri prodotti fil-klassijiet 1, 5, 7, 8, 12 u 31; it-trade mark figurattiva “Outils WOLF”, reġistrazzjoni ta’ trade mark Franċiża Nru 1 480 873 għal prodotti fil-klassijiet 7 u 8; reġistrazzjoni internazzjonali Nru 154 431, li tkopri prodotti fil-klassijiet 7 u 8; u reġistrazzjoni internazzjonali Nru 352 868 għal prodotti fil-klassijiet 7, 8, 12 u 21

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata

    Motivi invokati: Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikoli 42(2) u 42(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 (1), peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jidentifika, fil-klassijiet ta’ prodotti li fihom ġew irreġistrati t-trade marks preċedenti, sottokategorija koerenti li hija kapaċi li tiġi meqjusa b’mod separat mill-klassi li hija ikbar, u għaldaqstant naqas milli jikkonkludi li kien hemm biss prova li t-trade mark ġiet użata b’mod ġenwin f’konnessjoni ma’ parti mill-prodotti li għalihom it-trade marks ġew protetti.

    Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell identifika b’mod żbaljat lill-konsumatur rilevanti, ikkonkluda b’mod żbaljat li kien hemm rabta rilevanti u naqas milli japplika l-kriterju ta’ effett fuq l-imġieba ekonomika tal-konsumatur rilevanti, kif ukoll il-kriterju li sabiex tiġi kkunsidrata bħala inġusta, it-trade mark trid tagħti xi dehra jew issaħħaħ il-marketing ta’ prodotti intiżi għal utenti ta’ età żgħira, li ma kienx il-każ. Il-Bord tal-Appell naqas ukoll milli jikkunsidra li l-proprjetarju tat-trade mark preċedenti lanqas biss allega b’mod korrett id-dannu rilevanti skont l-Artikolu 8(5), u inqas u inqas ma ta prova li dan id-dannu kien probabbli, u għaldaqstant naqas milli jagħti prova ta’ dan.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas- 26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)


    Top