Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0285

    Kawża T-285/10: Rikors ippreżentat fil- 25 ta’ Ġunju 2010 — Milux vs UASI (CHEMOCONTROL)

    ĠU C 234, 28.8.2010, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.8.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 234/49


    Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2010 — Milux vs UASI (CHEMOCONTROL)

    (Kawża T-285/10)

    ()

    2010/C 234/87

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Milux Holding S.A. (Lussemburgu, il-Lusseumburgu) (rappreżentant: J. Bojs, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta’ April 2010 fil-Każ R 1444/2009-4;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “CHEMOCONTROL” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 10 u 44

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

    Motivi invokati: Ksur tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell applika b’mod żbaljat il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni għal fatti ta’ din il-kawża; u sussidjarjament, ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja fil-konklużjoni tiegħu li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni ma għandhiex karattru suffiċjentement distint inerenti.


    Top