Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0283

Kawża T-283/10: Rikors ippreżentat fil- 25 ta’ Ġunju 2010 — Milux vs UASI (BMICONTROL)

ĠU C 234, 28.8.2010, p. 48–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/48


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2010 — Milux vs UASI (BMICONTROL)

(Kawża T-283/10)

()

2010/C 234/85

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Milux Holding S.A. (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: J. Bojs, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-17 ta’ Ġunju 2010 fil-Każ R 1435/2009-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “BMICONTROL” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 10 u 44

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell applika b’mod żbaljat il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni għal fatti ta’ din il-kawża; u sussidjarjament, ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja fil-konklużjoni tiegħu li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni ma għandhiex karattru suffiċjentement distint inerenti.


Top