EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TN0276
Case T-276/10: Action brought on 22 June 2010 — El Coto De Rioja v OHIM — Álvarez Serrano (COTO DE GOMARIZ)
Kawża T-276/10: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Ġunju 2010 — El Coto De Rioja vs UASI — Álvarez Serrano (COTO DE GOMARIZ)
Kawża T-276/10: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Ġunju 2010 — El Coto De Rioja vs UASI — Álvarez Serrano (COTO DE GOMARIZ)
ĠU C 234, 28.8.2010, p. 45–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 234/45 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2010 — El Coto De Rioja vs UASI — Álvarez Serrano (COTO DE GOMARIZ)
(Kawża T-276/10)
()
2010/C 234/80
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: El Coto De Rioja, S.A. [Oyón (Alava), Spanja] (rappreżentanti: J. Grimau Muñoz, J. Villamor Muguerza, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: María Álvarez Serrano [Gomariz Leiro, (Orense) Spanja]
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tat-28 ta’ April 2010, fil-Każ R 1020/2008-4 u, għaldaqstant, tiddikjara l-invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 2 631 828, għal prodotti fil-klassi 33, li tinkludi l-element verbali “COTO DE GOMARIZ”, u |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: Trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “COTO DE GOMARIZ” (Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 2 631 828), għal prodotti fil-klassi 33 “inbejjed”.
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: María Álvarez Serrano
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: EL COTO DE RIOJA S.A.
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: Trade mark verbali Komunitarja “COTO DE IMAZ” (Nru 339 333), għal prodotti fil-klassijiet 29, 32 u 33; u trade marks magħrufa Spanjoli “EL COTO” u “COTO DE IMAZ”, għal “inbejjed”.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Trade mark Komunitarja kkontestata ddikjarata invalida.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni kkontestata annullata u applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda.
Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja, moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tal-istess regolament.