Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0244

    Kawża C-244/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fid- 19 ta’ Mejju 2010 — Mesopotamia Broadcast A/S METV vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

    ĠU C 234, 28.8.2010, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.8.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 234/20


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Mejju 2010 — Mesopotamia Broadcast A/S METV vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

    (Kawża C-244/10)

    ()

    2010/C 234/32

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesverwaltungsgericht

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Mesopotamia Broadcast A/S METV

    Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

    Domandi preliminari

    Qiegħda tintalab deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar jekk, u skont il-każ, taħt liema ċirkustanzi, l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni legali tad-dritt nazzjonali dwar il-projbizzjoni ta’ assoċjazzjoni minħabba ksur tal-prinċipju ta’ ftehim bejn il-popli taqax taħt qasam irregolat mid-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE (1), tat-3 ta’ Ottubru 1989, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni, kif emendata bid-Direttiva 97/36/KE (2), tat-30 ta’ Ġunju 1997, u għalhekk, hijiex eskluża skont l-Artikolu 2a tad-Direttiva?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE, tat-3 ta’ Ottubru 1989, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 224)

    (2)  Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta Ġunju 1997, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, minn regolamenti jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar l-eżerċizzju ta l-attivitajiet tax-xandir televiżivi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 321)


    Top