This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CB0020
Case C-20/10: Order of the Court (Sixth Chamber) of 11 November 2010 (reference for a preliminary ruling from the Tribunale di Trani — Italy) — Vino Cosimo Damiano v Poste Italiane SpA (Article 104(3) of the Rules of Procedure — Social policy — Directive 1999/70/EC — Clauses 3 and 8 of the framework agreement on fixed-term work — Fixed-term employment contracts in the public sector — First or single use of a contract — Obligation to state the objective reasons — Elimination — Reduction in the general level of protection of employees — Principle of non-discrimination — Articles 82 EC and 86 EC)
Kawża C-20/10: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal- 11 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Trani — l-Italja) — Vino Cosimo Damiano vs Poste Italiane SpA ( “Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Politika soċjali — Direttiva 1999/70/KE — Klawżoli 3 u 8 tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat — Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku — L-ewwel jew l-uniku kuntratt — Obbligu li jiġu indikati r-raġunijiet oġġettivi — Tħassir — Tnaqqis tal-livell ġenerali ta’ protezzjoni mogħti lill-ħaddiema — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Artikoli 82 KE u 86 KE” )
Kawża C-20/10: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal- 11 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Trani — l-Italja) — Vino Cosimo Damiano vs Poste Italiane SpA ( “Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Politika soċjali — Direttiva 1999/70/KE — Klawżoli 3 u 8 tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat — Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku — L-ewwel jew l-uniku kuntratt — Obbligu li jiġu indikati r-raġunijiet oġġettivi — Tħassir — Tnaqqis tal-livell ġenerali ta’ protezzjoni mogħti lill-ħaddiema — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Artikoli 82 KE u 86 KE” )
ĠU C 63, 26.2.2011, p. 14–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
26.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/14 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Trani — l-Italja) — Vino Cosimo Damiano vs Poste Italiane SpA
(Kawża C-20/10) (1)
(Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Klawżoli 3 u 8 tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat - Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku - L-ewwel jew l-uniku kuntratt - Obbligu li jiġu indikati r-raġunijiet oġġettivi - Tħassir - Tnaqqis tal-livell ġenerali ta’ protezzjoni mogħti lill-ħaddiema - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Artikoli 82 KE u 86 KE)
2011/C 63/26
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Trani
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Vino Cosimo Damiano
Konvenuta: Poste Italiane SpA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Trani — Interpretazzjoni tal-Klawżoli 3 u 8(3) tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3. p. 368) — Kompatibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi fl-ordinament ġuridiku nazzjonali klawżola li ma tispeċifikax ir-raġuni tal-impjieg għal żmien determinat għall-ingaġġ ta’ ħaddiema fi ħdan SpA Poste Italiane.
Dispożittiv
|
(1) |
Il-Klawżola 8(3) tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik prevista fl-Artikolu 2(1)A tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 368 dwar l-implementazzjoni tad-Direttiva 1999/70/KE dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (decreto legislativo n. 368, attuazione della direttiva 1999/70/CE relativa all’accordo quadro sul lavoro a tempo determinato concluso dall’UNICE, dal CEEP e dal CES), tas-6 ta’ Settembru 2001, li, b’differenza mis-sistema legali applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan id-digriet, tippermetti lil impriża, bħal Poste Italiane SpA, tikkonkludi, permezz tal-osservanza ta’ ċerti kundizzjonijiet, kuntratt ta’ xogħol ewlieni u uniku għal żmien determinat ma’ ħaddiem, bħal C. Vino, mingħajr ma jkollha tindika r-raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw li ntuża kuntratt konkluż għal dan it-tul ta’ żmien, peress li din il-leġiżlazzjoni ma hijiex marbuta mal-implementazzjoni ta’ dan il-ftehim qafas. F’dan ir-rigward, huwa irrilevanti li l-għan ta’ din il-leġiżlazzjoni ma ħaqqux protezzjoni li hija mill-inqas ekwivalenti għall-protezzjoni tal-ħaddiem għal żmien determinat prevista mill-imsemmi ftehim qafas. |
|
(2) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għar-raba’ domanda magħmula mit-Tribunale di Trani (l-Italja). |
|
(3) |
Il-ħames domanda preliminari mressqa mit-Tribunal di Trani hija manifestament inammissibbli. |