EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CB0091

Kawża C-91/09: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas- 26 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Eis.de GmbH vs BBY Vertriebsgesellschaft mbH ( “L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Trade marks — Internet — Reklamar fuq il-bażi ta’ kliem prinċipali ( ‘keyword advertising’ ) — Wiri, fuq il-bażi ta’ kelma prinċipali identika għal trade mark, ta’ kompetitur ta’ proprjetarju ta’ din it-trade mark — Direttiva 89/104/KEE — Artikolu 5(1)(a)” )

ĠU C 234, 28.8.2010, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/18


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Eis.de GmbH vs BBY Vertriebsgesellschaft mbH

(Kawża C-91/09) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Trade marks - Internet - Reklamar fuq il-bażi ta’ kliem prinċipali (‘keyword advertising’) - Wiri, fuq il-bażi ta’ kelma prinċipali identika għal trade mark, ta’ kompetitur ta’ proprjetarju ta’ din it-trade mark - Direttiva 89/104/KEE - Artikolu 5(1)(a))

2010/C 234/26

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eis.de GmbH

Konvenuta: BBY Vertriebsgesellschaft mbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof Karlsruhe — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1)(a) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92) — Użu ta’ sinjal simili għal trade mark minn fornitur ta’ servizzi li jopera mutur ta’ riċerka bl-Internet sabiex fuq il-monitor jidher awtomatikament, wara li jiddaħħal l-imsemmi sinjal bħala terminu ta’ riċerka, reklamar għal prodotti jew servizzi identiċi għal dawk li għalihom ġiet irreġistrata t-trade mark inkwistjoni (“keyword advertising”) — Nuqqas ta’ awtorizzazzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark — Klassifikazzjoni ta’ dan l-użu tat-trade mark bħala “użu” fis-sens tad-dispożizzjoni msemmija iktar ’il fuq.

Dispożittiv

L-Artikolu 5(1)(a) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/CEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju ta’ trade mark huwa intitolat li jipprojbixxi lil min jirreklama milli juri, fuq il-bażi ta’ kelma prinċipali identika għall-imsemmija trade mark li dan min jirreklama, mingħajr il-kunsens tal-imsemmi proprjetarju, għażel fil-kuntest ta’ servizz ta’ referenzar fuq l-Internet, reklam għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu ma’ dawk li għalihom l-imsemmija trade mark hija rreġistrata, meta l-imsemmi reklam ma jippermettix lill-utent tal-Internet medju, jew jippermettilu biss b’mod diffiċli, li jkun jaf jekk il-prodotti jew is-servizzi msemmija fir-reklam humiex ġejjin mill-proprjetarju tat-trade mark jew minn impriża konnessa miegħu jew, kuntrarjament, minn terz.


(1)  ĠU C 129, 06.06.2009.


Top