Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0491

    Kawża T-491/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 29 ta’ Novembru 2012 — CB vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni ta’ impriżi — Suq tal-ħruġ ta’ kards ta’ ħlas fi Franza — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Tariffi applikabbli għal ‘min jidħol ġdid’ — Miżata tas-sħubija u mekkaniżmi hekk imsejħa ‘li jirregolaw il-funzjoni ta’ akkwist’ u ‘għal membri inattivi li jerġgħu jsiru attivi’ — Suq rilevanti — Suġġett tal-miżuri inkwistjoni — Restrizzjoni tal-kompetizzjoni mis-suġġett — Artikolu 81(3) KE — Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Proporzjonalità — Ċertezza legali” )

    ĠU C 26, 26.1.2013, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.1.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 26/39


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2012 — CB vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-491/07) (1)

    (Kompetizzjoni - Deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni ta’ impriżi - Suq tal-ħruġ ta’ kards ta’ ħlas fi Franza - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tariffi applikabbli għal ‘min jidħol ġdid’ - Miżata tas-sħubija u mekkaniżmi hekk imsejħa ‘li jirregolaw il-funzjoni ta’ akkwist’ u ‘għal membri inattivi li jerġgħu jsiru attivi’ - Suq rilevanti - Suġġett tal-miżuri inkwistjoni - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni mis-suġġett - Artikolu 81(3) KE - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Proporzjonalità - Ċertezza legali)

    2013/C 26/73

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Groupement des cartes bancaires (CB) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: inizjalment A. Georges, J. Ruiz Calzado u É. Barbier de La Serre, sussegwentement J. Ruiz Calzado u F. Pradelles, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Arbault, O. Beynet u V. Bottka, sussegwentement minn O. Beynet, V. Bottka u B. Mongin, aġenti)

    Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: BNP Paribas (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: O. de Juvigny u D. Berg, avukati); BPCE, preċedentement Caisse nationale des caisses d’épargne et de prévoyance (CNCEP) (Pariġi) (rappreżentanti: B. Bär-Bouyssière u A. de Beaugrenier, avukati); u Société générale (Pariġi) (rappreżentanti: A. Barav u D. Reymond, avukati)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5060 finali, tas-17 ta’ Ottubru 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 (KE) (COMP/D1/38.606 — Groupement des cartes bancaires “CB”).

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Il-Groupement des cartes bancaires “CB” għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

    (3)

    Il-BPCE, BNP Paribas u s-Société générale għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


    (1)  ĠU C 64, 8.3.2008.


    Top