Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007FB0074

Kawża F-74/07 RENV: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal- 25 ta’ Mejju 2011 — Meierhofer vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Reklutaġġ — Kompetizzjoni ġenerali — Kandidat li ma għaddiex mill-eżami orali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Regoli li jirregolaw ix-xogħol tal-Bord tal-Għażla)

ĠU C 232, 6.8.2011, p. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/41


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Mejju 2011 — Meierhofer vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-74/07 RENV) (1)

(Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Kompetizzjoni ġenerali - Kandidat li ma għaddiex mill-eżami orali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Regoli li jirregolaw ix-xogħol tal-Bord tal-Għażla)

(2011/C 232/74)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Stefan Meierhofer (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. -G. Schiessl, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO AD/26/05, tal-10 ta’ Mejju 2007, li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-imsemmi kompetizzjoni minħabba li ma għaddiex mill-eżami orali.

Dispożittiv

(1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors ta’ S. Meierhofer inkwantu jikkontesta n-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni tad-19 ta’ Ġunju 2007.

(2)

Il-kumplament tar-rikors ta’ S. Meierhofer huwa miċħud, inparti bħala manifestament infondat u inparti bħala manifestament inammissibbli.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati żewġ terzi mill-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent fl-ewwel proċedura quddiem it-Tribunal kif ukoll l-ispejjeż tagħha marbutin mal-ewwel proċedura quddiem it-Tribunal, mal-proċedura quddiem it-Tribunal tal-Unjoni Ewropea u mal-proċedura preżenti.

(4)

Ir-rikorrent għandu jsostni terz mill-ispejjeż tiegħu marbutin mal-ewwel proċedura quddiem it-Tribunal kif ukoll l-ispejjeż kollha tiegħu marbutin mal-proċedura quddiem it-Tribunal tal-Unjoni Ewropea u mal-proċedura preżenti.


(1)  ĠU C 223, 22.09.07, p. 21.


Top