Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0282

Kawża C-282/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat- 22 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d'appel de Liège — Il-Belġju) — L-Istat Belġjan — SPF Finances vs Truck Center SA (Libertà ta' stabbiliment — Artikoli 52 tat-Trattat KE (li sar, wara emenda, l-Artikolu 43 KE) u 58 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 48 KE) — Moviment liberu tal-kapital — Artikoli 73 B u 73 D tat-Trattat KE (li saru, rispettivament, l-Artikoli 56 KE u 58 KE) — Intaxxar ta' persuni ġuridiċi — Dħul minn kapital u minn beni mobbli — Taxxa f'ras il-għajn — Précompte mobilier — Ġbir tal-précompte mobilier fuq l-imgħaxijiet imħallsa lil kumpanniji mhux residenti — Nuqqas ta' ġbir tal-précompte mobilier fuq l-imgħaxijiet imħallsa lil kumpanniji residenti — Ftehim dwar il-ħelsien minn taxxa doppja — Restrizzjoni — Assenza)

ĠU C 44, 21.2.2009, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-22 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d'appel de Liège — Il-Belġju) — L-Istat Belġjan — SPF Finances vs Truck Center SA

(Kawża C-282/07) (1)

(Libertà ta' stabbiliment - Artikoli 52 tat-Trattat KE (li sar, wara emenda, l-Artikolu 43 KE) u 58 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 48 KE) - Moviment liberu tal-kapital - Artikoli 73 B u 73 D tat-Trattat KE (li saru, rispettivament, l-Artikoli 56 KE u 58 KE) - Intaxxar ta' persuni ġuridiċi - Dħul minn kapital u minn beni mobbli - Taxxa f'ras il-għajn - Précompte mobilier - Ġbir tal-précompte mobilier fuq l-imgħaxijiet imħallsa lil kumpanniji mhux residenti - Nuqqas ta' ġbir tal-précompte mobilier fuq l-imgħaxijiet imħallsa lil kumpanniji residenti - Ftehim dwar il-ħelsien minn taxxa doppja - Restrizzjoni - Assenza)

(2009/C 44/19)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d'appel de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: L-Istat Belġjan — SPF Finances

Konvenuti: Truck Center SA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour d'appel de Liège — Interpretazzjoni tal-Artikoli 56 u 58 KE — Moviment liberu tal-kapital — Intaxxar ta' persuni ġuridiċi — Précompte mobilier miġbur mill-awtoritajiet tat-taxxa ta' Stat Membru fuq id-dħul ta' kapital mogħti minn kumpannija stabbilita f'dan l-Istat lil kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor — Nuqqas ta' ġbir tal-précompte meta dan id-dħul jingħata lil kumpannija stabbilita fl-istess Stat membru — Trattament differenti mhux ġustifikat jew sitwazzjoni differenti li tiġġustifika trattament differenti? — Impatt, f'dan ir-rigward, ta' fteħim bilaterali dwar il-ħelsien minn taxxa doppja

Dispożittiv

L-Artikoli 52 tat-Trattat KE (li sar, wara emenda, l-Artikolu 43 KE), 58 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 48 KE), 73 B tat-Trattat KE u 73 D tat-Trattat KE (li saru, rispettivament, l-Artikoli 56 KE u 58 KE) għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni fiskali ta' Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi għal taxxa minn ras il-għajn fuq l-imgħaxijiet imħallsa minn kumpannija residenti f'dan l-Istat lil kumpannija benefiċjarja residenti fi Stat Membru ieħor, waqt li teżenta minn din it-taxxa minn ras il-għajn l-imgħaxijiet imħallsa lil kumpannija benefiċjarja residenti tal-ewwel Stat Membru li d-dħul tagħha huwa intaxxat ġewwa dan l-Istat Membru taħt it-taxxa fuq il-kumpanniji.


(1)  ĠU C 199, 25.8.2007.


Top