This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023D0749
Commission Implementing Decision (EU) 2023/749 of 11 April 2023 amending Annexes I and II to Implementing Decision (EU) 2021/260 as regards the national measures which apply in Denmark concerning bacterial kidney disease (BKD) and infectious pancreatic necrosis (IPN) and the national measures which apply in the United Kingdom (Northern Ireland) concerning Ostreid herpesvirus-1μνar (OsHV-1μνar) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/749 tal-11 ta’ April 2023 li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260 fir-rigward tal-miżuri nazzjonali li japplikaw fid-Danimarka dwar il-marda batterika tal-kliewi (BKD) u n-nekrożi pankreatika infettiva (IPN) u l-miżuri nazzjonali li japplikaw fir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq) li jikkonċernaw l-Ostreid herpesvirus-1μνar (OsHV-1μνar) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/749 tal-11 ta’ April 2023 li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260 fir-rigward tal-miżuri nazzjonali li japplikaw fid-Danimarka dwar il-marda batterika tal-kliewi (BKD) u n-nekrożi pankreatika infettiva (IPN) u l-miżuri nazzjonali li japplikaw fir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq) li jikkonċernaw l-Ostreid herpesvirus-1μνar (OsHV-1μνar) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2023/2304
ĠU L 99, 12.4.2023, pp. 28–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
12/04/2023
|
12.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 99/28 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/749
tal-14 ta’ April 2023
li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260 fir-rigward tal-miżuri nazzjonali li japplikaw fid-Danimarka dwar il-marda batterika tal-kliewi (BKD) u n-nekrożi pankreatika infettiva (IPN) u l-miżuri nazzjonali li japplikaw fir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq) li jikkonċernaw l-Ostreid herpesvirus-1μνar (OsHV-1μνar)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 226(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/260 (2) tistabbilixxi, fl-Annessi I u II tagħha, listi ta’ Stati Membri u partijiet minnhom li huma meqjusa bħala ħielsa minn ċertu mard tal-annimali akkwatiċi, mhux elenkat fl-Artikolu 9(1), il-punt (d) tar-Regolament (UE) 2016/429, jew li huma soġġetti għal programm ta’ eradikazzjoni għal dak il-mard. |
|
(2) |
Id-Danimarka nnotifikat lill-Kummissjoni li erbgħa mill-kompartimenti fit-territorju tagħha, li huma elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260, ma baqgħux jeżistu u għalhekk jenħtieġ li jitneħħew mil-lista ta’ kompartimenti li jitqiesu bħala ħielsa min-nekrożi pankreatika infettiva (IPN) fid-Danimarka. Wieħed minn dawk il-kompartimenti jenħtieġ li jitneħħa wkoll mil-lista ta’ kompartimenti li huma meqjusa bħala ħielsa mill-marda batterika tal-kliewi (BKD). |
|
(3) |
Id-Danimarka nnotifikat ukoll lill-Kummissjoni li kien hemm tifqigħa tal-IPN f’wieħed mill-kompartimenti fit-territorju tagħha, li huwa elenkat fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260. Dak il-kompartiment ma għadux soġġett għal programm ta’ eradikazzjoni għall-IPN u, għalhekk, jenħtieġ li jitneħħa mil-lista. |
|
(4) |
Barra minn hekk, id-Danimarka nnotifikat lill-Kummissjoni li kompartiment ġdid fit-territorju tagħha beda programm ta’ eradikazzjoni għall-BKD. Għalhekk, jenħtieġ li dan il-kompartiment jiżdied mal-lista ta’ kompartimenti li huma soġġetti għal programm ta’ eradikazzjoni għall-BKD fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260. |
|
(5) |
Id-Danimarka nnotifikat ukoll lill-Kummissjoni li kompartiment fit-territorju tagħha, li huwa elenkat fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260, lesta b’suċċess programm ta’ eradikazzjoni għall-BKD u programm ta’ eradikazzjoni għall-IPN. Għalhekk, dan il-kompartiment jenħtieġ li jitneħħa mil-lista f’dak l-Anness u, minflok, jenħtieġ li jiddaħħal fil-lista ta’ kompartimenti, li jitqiesu bħala ħielsa mill-BKD u fil-lista ta’ kompartimenti li huma ħielsa mill-IPN, fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(6) |
Barra minn hekk, ir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, innotifika lill-Kummissjoni li peress li ż-żoni kollha tal-Irlanda ta’ Fuq fejn jinżammu l-annimali tal-akkwakultura li huma suxxettibbli għall-Ostreid herpesvirus-1μνar, ma għadhomx ħielsa minn dik il-marda, iż-żamma ta’ miżuri nazzjonali biex jikkontrollawha ma għadhiex meqjusa bħala meħtieġa. Għalhekk, jenħtieġ li t-territorju tal-Irlanda ta’ Fuq għajr il-Bajja ta’ Dundrum, il-Bajja ta’ Killough, Lough Foyle, Carlingford Lough, Larne Lough u Strangford Lough, li huwa elenkat fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260, jitneħħa minn dik il-lista. |
|
(7) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260 jiġu emendati skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260 huma sostitwiti bit-test mogħti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ April 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/260 tal-11 ta’ Frar 2021 li tapprova miżuri nazzjonali mfassla biex jillimitaw l-impatt ta’ ċertu mard ta’ annimali akkwatiċi f’konformità mal-Artikolu 226(3) tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE (ĠU L 59, 19.2.2021, p. 1).
ANNESS
“ANNESS I
L-Istati Membri (1) jew partijiet minnhom, meqjusa bħala ħielsa minn ċertu mard li jaffettwa l-annimali akkwatiċi u li għalihom il-miżuri nazzjonali huma approvati f’konformità mal-Artikolu 226(3) tar-Regolament (UE) 2016/429
|
Marda |
Stat Membru |
Kodiċi |
Demarkazzjoni ġeografika taż-żona li għaliha ġew approvati l-miżuri nazzjonali |
|||||||||||||||||
|
Marda tal-virus tal-erpete tal-koi (KHV) |
Franza |
FR |
Iż-żona tad-Durançole, mis-sors tax-xmara Durançole sal-iżbokk minn FR 13092001 CE Ferme Marine de la Durançole Il-kompartimenti individwali li ġejjin, kull wieħed minnhom magħmul minn stabbiliment tal-akkwakultura bin-numru tal-approvazzjoni speċifikat:
|
|||||||||||||||||
|
L-Italja |
IT |
Iż-żona tal-għadajjar Monticolo li tinkludi l-mafqas IT004BZ106, il-“Grande lago di Monticolo/Große Montiggler see” u l-“Piccolo lago di Monticolo/Keliner Montiggler see” |
||||||||||||||||||
|
L-Irlanda |
IE |
It-territorju kollu |
||||||||||||||||||
|
Il-Portugall |
PT |
Il-kompartiment li ġej magħmul minn stabbiliment tal-akkwakultura bin-numru tal-approvazzjoni speċifikat: PT 06001 CP Herdade de Entre Águas/PT |
||||||||||||||||||
|
Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq) |
UK (NI) |
L-Irlanda ta’ Fuq |
||||||||||||||||||
|
Viremija tar-Rebbiegħa tal-karpjun (SVC) |
Id-Danimarka |
DK |
It-territorju kollu |
|||||||||||||||||
|
Il-Finlandja |
FI |
It-territorju kollu |
||||||||||||||||||
|
L-Ungerija |
HU |
It-territorju kollu |
||||||||||||||||||
|
L-Irlanda |
IE |
It-territorju kollu |
||||||||||||||||||
|
L-Iżvezja |
SE |
It-territorju kollu |
||||||||||||||||||
|
Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq) |
UK(NI) |
L-Irlanda ta’ Fuq |
||||||||||||||||||
|
Marda batterika tal-kliewi (BKD) |
Id-Danimarka |
DK |
Il-kompartimenti individwali li ġejjin, kull wieħed minnhom magħmul minn stabbiliment tal-akkwakultura bin-numru tal-approvazzjoni speċifikat: |
|||||||||||||||||
|
84470 |
Brænderigårdens Dambrug |
|||||||||||||||||||
|
92158 |
Hørup Mølle Dambrug |
|||||||||||||||||||
|
103471 |
Abildvad Dambrug |
|||||||||||||||||||
|
103559 |
Fårup Mølle Dambrug |
|||||||||||||||||||
|
103587 |
Trend Å Dambrug |
|||||||||||||||||||
|
103623 |
Hårkjær Dambrug |
|||||||||||||||||||
|
103647 |
Egebæk Dambrug |
|||||||||||||||||||
|
103670 |
Refsgårds Dambrug |
|||||||||||||||||||
|
103682 |
Sangild Dambrug |
|||||||||||||||||||
|
103733 |
Skade Dambrug |
|||||||||||||||||||
|
117789 |
Funderholme Fiskeopdræt |
|||||||||||||||||||
|
118656 |
AquaSearch Ova, Billund |
|||||||||||||||||||
|
118844 |
Ravning ægpakkeri |
|||||||||||||||||||
|
128165 |
Ollerupgård Dambrug |
|||||||||||||||||||
|
Il-Finlandja |
FI |
Il-kompartimenti individwali li ġejjin, kull wieħed minnhom magħmul minn stabbilimenti tal-akkwakultura bin-numru tal-approvazzjoni speċifikat: |
||||||||||||||||||
|
177-1/ |
Hanka-Taimen Oy, |
|||||||||||||||||||
|
177-2 |
Vanaja and Venekoski Fish Farms |
|||||||||||||||||||
|
386-1 |
Pohjois-Karjalan kalanviljely Oy, Keskijärvi Fish Farm |
|||||||||||||||||||
|
386-2 |
Pohjois-Karjalan kalanviljely Oy, Kontiolahti Fish Farm |
|||||||||||||||||||
|
065-3 |
Kainuun Lohi Oy, Likolampi Fish Farm |
|||||||||||||||||||
|
185-2 |
Terhontammi Oy, Sorsakoski hatchery |
|||||||||||||||||||
|
383 |
Kuusamon Jalokala Oy, Käylä hatchery |
|||||||||||||||||||
|
253-3 |
Natural Resources Institute Finland - Luke, Taivalkoski Fish Farm |
|||||||||||||||||||
|
L-Irlanda |
IE |
It-territorju kollu |
||||||||||||||||||
|
Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq) |
UK(NI) |
L-Irlanda ta’ Fuq |
||||||||||||||||||
|
Nekrożi pankreatika infettiva (IPN) |
Id-Danimarka |
DK |
Il-kompartimenti individwali li ġejjin, kull wieħed minnhom magħmul minn stabbiliment tal-akkwakultura bin-numru tal-approvazzjoni speċifikat: |
|||||||||||||||||
|
83138 |
Hallesøhuse Dambrug |
|||||||||||||||||||
|
84470 |
Brænderigårdens Dambrug |
|||||||||||||||||||
|
92158 |
Hørup Mølle Dambrug |
|||||||||||||||||||
|
103554 |
Fruerlund Dambrug |
|||||||||||||||||||
|
103559 |
Fårup Mølle Dambrug |
|||||||||||||||||||
|
103571 |
Hallesø Dambrug |
|||||||||||||||||||
|
103623 |
Hårkjær Dambrug |
|||||||||||||||||||
|
103647 |
Egebæk Dambrug |
|||||||||||||||||||
|
103668 |
Ravning Dambrug |
|||||||||||||||||||
|
103670 |
Refsgårds Dambrug |
|||||||||||||||||||
|
103682 |
Sangild Dambrug |
|||||||||||||||||||
|
103802 |
Ådal Dambrug |
|||||||||||||||||||
|
103910 |
Piledal Dambrug |
|||||||||||||||||||
|
104106 |
Hallundbæk Dambrug |
|||||||||||||||||||
|
106314 |
Ravningkær Dambrug |
|||||||||||||||||||
|
117789 |
Funderholme Fiskeopdræt |
|||||||||||||||||||
|
118656 |
AquaSearch Ova, Billund |
|||||||||||||||||||
|
118844 |
Ravning ægpakkeri |
|||||||||||||||||||
|
122355 |
FREA |
|||||||||||||||||||
|
125770 |
Aquasearch Ova |
|||||||||||||||||||
|
128165 |
Ollerupgård Dambrug |
|||||||||||||||||||
|
129695 |
Ravning Avlsstation |
|||||||||||||||||||
|
Il-Finlandja |
FI |
Il-partijiet kontinentali tat-territorju |
||||||||||||||||||
|
Is-Slovenja |
SI |
Il-kompartimenti individwali li ġejjin, kull wieħed minnhom magħmul minn stabbiliment tal-akkwakultura bin-numru tal-approvazzjoni speċifikat:
|
||||||||||||||||||
|
L-Iżvezja |
SE |
Il-partijiet kontinentali tat-territorju |
||||||||||||||||||
|
Infezzjoni bil-Gyrodactylus salaris (GS) |
Il-Finlandja |
FI |
Iż-żoni tal-ġbir tal-ilma tat-Tenojoki u tan-Näätämöjoki; iż-żoni tal-ġbir tal-ilma tal-Paatsjoki, tat-Tuulomajoki, u tal-Uutuanjoki jitqiesu bħala żoni ta’ lqugħ |
|||||||||||||||||
|
L-Irlanda |
IE |
It-territorju kollu |
||||||||||||||||||
|
Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq) |
UK (NI) |
L-Irlanda ta’ Fuq |
||||||||||||||||||
|
L-infezzjoni bl-alfavirus tas-salmonidi (SAV) |
Il-Finlandja |
FI |
Il-partijiet kontinentali tat-territorju |
|||||||||||||||||
ANNESS II
L-Istati Membri (2) jew partijiet minnhom, bi programmi ta’ eradikazzjoni għal ċertu mard li jaffettwa l-annimali akkwatiċi u li għalihom il-miżuri nazzjonali huma approvati f’konformità mal-Artikolu 226(3) tar-Regolament (UE) 2016/429
|
Marda |
Stat Membru |
Kodiċi |
Demarkazzjoni ġeografika taż-żona li għaliha ġew approvati l-miżuri nazzjonali |
|
|
Marda batterika tal-kliewi (BKD) |
Id-Danimarka |
DK |
Il-kompartimenti individwali li ġejjin, kull wieħed minnhom magħmul minn stabbiliment tal-akkwakultura bin-numru tal-approvazzjoni speċifikat: |
|
|
106314 |
Ravningkær Dambrug |
|||
|
108516 |
Hulsig Dambrug |
|||
|
118738 |
Øster Højgård Avlsdambrug |
|||
|
122491 |
Tarp Dambrug |
|||
|
129695 |
Ravning Avlsstation |
|||
|
L-Iżvezja |
SE |
Il-partijiet kontinentali tat-territorju |
||
|
Nekrożi pankreatika infettiva (IPN) |
Id-Danimarka |
DK |
Il-kompartimenti individwali li ġejjin, kull wieħed minnhom magħmul minn stabbiliment tal-akkwakultura bin-numru tal-approvazzjoni speċifikat: |
|
|
103606 |
Lundby Dambrug |
|||
|
108516 |
Hulsig Dambrug |
|||
|
L-Iżvezja |
SE |
Il-partijiet kostali tat-territorju |
||
(1) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.
(2) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.