EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R2261

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2261 tal-15 ta' Diċembru 2016 dwar l-awtorizzazzjoni tal-ossidu tar-ram(I) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )

C/2016/8424

ĠU L 342, 16.12.2016, p. 18–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 13/08/2018

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/2261/oj

16.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/18


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2261

tal-15 ta' Diċembru 2016

dwar l-awtorizzazzjoni tal-ossidu tar-ram(I) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-ossidu tad-diram akkumpanjata mid-dettalji u mid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-ossidu tad-diram bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), fl-opinjoni tagħha tal-25 ta' Mejju 2016 (2), ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, l-ossidu tad-diram ma għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali jew tal-konsumatur, u li ma jkun hemm l-ebda tħassib dwar is-sikurezza għall-utenti sakemm jittieħdu l-miżuri xierqa ta' protezzjoni.

(5)

Barra minn hekk l-Awtorità kkonkludiet li l-ossidu tad-diram ma joħloqx iktar riskji għall-ambjent minn sorsi oħrajn ta' ram u l-użu tiegħu jista' jitqies bħala sors effikaċi ta' ram għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf permezz tal-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

L-isem tal-addittiv fl-applikazzjoni huwa l-ossidu tad-diram. Madankollu, l-isem IUPAC (L-Unjoni Internazzjonali tal-Kimika Pura u Applikata) tal-addittiv huwa ossidu tar-ram(I). Skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Awtorità fl-opinjoni tagħha dwar l-ossidu kupriku (3) l-addittiv għandu jissejjaħ ossidu tar-ram(I).

(7)

L-evalwazzjoni tal-ossidu tar-ram turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta' dik is-sustanza jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi nutrizzjonali” u mill-grupp funzjonali “komposti ta' oligoelementi”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2016;14(6):4509.

(3)  EFSA Journal 2015;13(4):4057.


ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Kontenut ta' Cu f'mg/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

Kategorija ta' addittivi nutrizzjonali. Grupp funzjonali: komposti ta' oligoelementi

3b412

Ossidu tar-ram(I)

Karaterizzazzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta' ossidu tar-ram(I) ma'

kontenut mimimu ta' ram ta' 73 %,

Linjosulfonati tas-sodju bejn 12 % u 17 %,

1 % ta' Bentonit.

Granulat bil-partiċelli < 50 μm: Taħt l-10 %

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ossidu tar-ramm(I)

Formula kimika: Cu2O

Numru CAS: 1317-39-1

Metodi analitiċi  (1)

Għall-identifikazzjoni tas-Cu2O fl-addittiv:

Diffrazzjoni bir-raġġi X (XRD).

Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut totali ta' ram fl-addittiv:

Titrimetrija; jew

Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP-AES) — EN 15510;

Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut totali ta' ram fit-taħlitiet lesti minn qabel:

Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP-AES) — EN 15510 jew

Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP-AES) — EN 15621

Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut totali ta' ram fil-materjali tal-għalf u fil-komposti tal-għalf:

Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS) — Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009; jew

Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP-AES) — EN 15510; jew

Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP-AES) — EN 15621.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

Bovini:

Bovini qabel il-bidu tar-ruminazzjoni: 15 (total);

Bovini oħrajn 35 (total);

Ovini: 15 (total);

Qżieqeż żgħar sa 12-il ġimgħa: 170 (total);

Krustaċji 50 (total);

Annimali oħrajn: 25 (total);

(1)

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta' taħlita lesta minn qabel.

(2)

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u l-miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw riskji li jistgħu jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn Meta dawk ir-riskju ma jistgħux jiġu eliminati jew mnaqqsa kemm jista' jkun bi proċeduri u miżuri ta' dan it-tip, l-addittivi u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs kif ukoll in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza.

(3)

Il-kliem li ġej għandu jiddaħħal fit-tikkettar:

Għall-għalf tan-nagħaġ jekk il-livell tar-ramm fl-għalf jaqbeż l-10 mg/kg:

“Il-livell tar-ram f'dan il-għalf jista' jikkawża l-avvelenar f'ċerti razez tan-nagħaġ.”

Għall-għalf tal-bovini wara l-bidu tar-ruminazzjoni jekk il-livell tar-ram fl-għalf ikun anqas minn 20 mg/kg:

“Il-livell tar-ram f'dan il-għalf jista' jikkawża defiċjenzi tar-ram fil-mergħat fejn jirgħu il-bovini b'kontenuti għoljin ta' molibdenum jew ta' kubrit.”

Il-5 ta' Jannar 2027


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu disponibbli fuq l-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.


Top