This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0912
Council Decision 2014/912/CFSP of 15 December 2014 in support of physical security and stockpile management (PSSM) activities to reduce the risk of illicit trade in small arms and light weapons (SALW) and their ammunition in the Sahel region
Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/912/PESK tal- 15 ta' Diċembru 2014 b'appoġġ għall-attivitajiet relatati mas-sigurtà fiżika u l-ġestjoni tal-ħażniet (PSSM) biex jitnaqqas ir-riskju tal-kummerċ illeċitu tal-armi ħfief u ta' kalibru żgħir (SALW) u l-munizzjon tagħhom fir-reġjun tas-Saħel
Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/912/PESK tal- 15 ta' Diċembru 2014 b'appoġġ għall-attivitajiet relatati mas-sigurtà fiżika u l-ġestjoni tal-ħażniet (PSSM) biex jitnaqqas ir-riskju tal-kummerċ illeċitu tal-armi ħfief u ta' kalibru żgħir (SALW) u l-munizzjon tagħhom fir-reġjun tas-Saħel
ĠU L 360, 17.12.2014, p. 30–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
17.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 360/30 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/912/PESK
tal-15 ta' Diċembru 2014
b'appoġġ għall-attivitajiet relatati mas-sigurtà fiżika u l-ġestjoni tal-ħażniet (PSSM) biex jitnaqqas ir-riskju tal-kummerċ illeċitu tal-armi ħfief u ta' kalibru żgħir (SALW) u l-munizzjon tagħhom fir-reġjun tas-Saħel
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 26(2) u 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-15 u s-16 ta' Diċembru 2005, il-Kunsill Ewropew adotta l-“Istrateġija tal-UE fil-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-traffikar illeċiti tas-SALW u l-munizzjon tagħhom”. F'dik l-Istrateġija, il-Kunsill Ewropew jirrikonoxxi li l-abbundanza tal-ħażniet tas-SALW u l-munizzjon tiffaċilita l-kisba ta' tali armi minn persuni nonmilitari, persuni involuti f'attivitajiet kriminali, terroristi u kombattenti mingħajr distinzjoni, u jisħaq dwar il-ħtieġa li ssir azzjoni preventiva biex tiġi indirizzata l-provvista illegali ta' armi konvenzjonali u d-domanda għalihom. Barra minn hekk huwa jidentifika lill-Afrika bħala l-kontinent l-aktar milqut mill-impatt tal-konflitti interni aggravati mill-influss destabbilizzanti ta' SALW. |
(2) |
Fil-21 ta' Marzu 2011, il-Kunsill approva l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u l-Iżvilupp fis-Saħel, li tipprovdi qafas integrat għall-impenn tal-Unjoni fir-reġjun tas-Saħel. Wieħed mill-erba' oqsma ta' azzjonijiet tal-Istrateġija għandu l-għan li jsaħħaħ il-kapaċitajiet tas-settur tas-sigurtà, is-settur tal-infurzar tal-liġi u dak tal-istat tad-dritt f'dan ir-reġjun biex il-ġlieda kontra t-theddid u t-trattament tat-terroriżmu u l-kriminalità organizzata jsiru b'mod aktar effiċjenti u speċjalizzat u biex dawn ikunu marbutin ma' miżuri ta' governanza tajba. |
(3) |
Fl-14 ta' Ġunju 2006 f'Abuja, in-Niġerja, l-Istati Membri tal-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS) adottaw Konvenzjoni tal-ECOWAS dwar l-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir, il-Munizzjon tagħhom u Materjal Ieħor Relatat, li daħlet fis-seħħ fid-29 ta' Settembru 2009. Fit-30 ta' April 2010 f'Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, l-Istati Membri tal-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika Ċentrali (ECCAS) u r-Repubblika tar-Rwanda adottaw l-Konvenzjoni tal-Afrika Ċentrali għall-Kontroll tal-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir, il-Munizzjon, il-Partijiet u l-Komponenti tagħhom li jistgħu jintużaw għall-Manifattura, it-Tiswija jew l-Assemblaġġ tagħhom. Fiż-żewġ Konvenzjonijiet, l-Istati firmatarji impenjaw ruħhom, fost l-oħrajn, li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġu żgurati l-ġestjoni, il-ħżin u s-sigurtà sikuri u effettivi tal-ħażniet nazzjonali tagħhom tas-SALW, f'konformità mal-istandards u l-proċeduri xierqa. |
(4) |
Il-Burkina Faso, Mali u n-Niġerja rratifikaw it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, kif għamlu wkoll 23 Stat Membru, waqt li ċ-Ċad, il-Mawritanja u n-Niġer iffirmawh. L-Artikolu 16(1) tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi jipprovdi li fl-implimentazzjoni tat-Trattat, kull Stat Parti jista' jitlob assistenza inkluż assistenza legali jew leġislattiva, tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali u assistenza teknika, materjali jew finanzjarja. Tali assistenza tista' tinkludi l-ġestjoni tal-ħażniet, programmi ta' diżarm, demobilizzazzjoni u riintegrazzjoni, mudell ta' leġislazzjoni, u prattiki effettivi għall-implimentazzjoni. Kull Stat Parti li jkun f'pożizzjoni li jipprovdi tali assistenza għandu, fuq talba, jagħmel dan. |
(5) |
Il-Burkina Faso, Mali, il-Mawritanja u n-Niġerja huma Stati Partijiet għall-Protokoll kontra l-Manifattura u t-Traffikar Illeċiti ta' Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti u l-Munizzjon tagħhom, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali (il-“Protokoll dwar l-Armi tan-Nar”). |
(6) |
L-Istati Membri kollha tan-NU huma impenjati favur l-implimentazzjoni effettiva tal-Programm ta' Azzjoni tan-NU għall-Prevenzjoni, il-Ġlieda kontra u l-Qerda tal-Kummerċ Illeċitu ta' Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir fl-Aspetti Kollha Tiegħu (“Programm ta' Azzjoni tan-NU”), kif ukoll l-Istrument Internazzjonali li Jippermetti lill-Istati Jidentifikaw u Jittraċċaw, b'Mod f'Waqtu u Affidabbli, Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir. |
(7) |
Fil-Ħames Laqgħa Biennali tal-Istati għall-Konsiderazzjoni tal-Implimentazzjoni tal-Programm ta' Azzjoni tan-NU (New York, 16-20 ta' Ġunju 2014), l-Istati Membri kollha tan-NU tennew li l-ġestjoni adatta tal-ħażniet tas-SALW, b'mod partikolari f'sitwazzjonijiet ta' konflitt u ta' wara l-konflitt, huwa essenzjali biex jiġu evitati inċidenti u jitnaqqas ir-riskju ta' devjazzjoni lejn il-kummerċ illeċitu, gruppi armati illegali, terroristi u riċevituri oħrajn mhux awtorizzati. L-Istati Membri tan-NU sejħu għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali u reġjonali u assistenza dwar il-ġestjoni ta' ħażniet u kwistjonijiet ta' sigurtà fiżika, u impenjaw ruħhom li jieħdu vantaġġ, fejn ikun fattibbli, mill-avvanzi teknoloġiċi biex tissaħħaħ il-ġestjoni tal-ħażniet, inklużi miżuri ta' sigurtà fiżika. |
(8) |
Ir-rewwixta popolari fil-Libja fi Frar 2011 u l-konflitt armat li rriżulta u l-kriżi politika u ta' sigurtà f'Mali fl-2012 urew kif l-atturi mhux Statali, inklużi t-terroristi, jistgħu jieħdu vantaġġ ta' ħażniet governattivi li mhumiex taħt sigurtà u ġestjoni adatta biex jiddevjaw is-SALW u l-munizzjon, bi ħsara għall-paċi u s-sigurtà. F'kuntest ta' żieda fl-attività minn atturi mhux Statali fir-reġjun tas-Saħel, inkluż fit-Tramuntana tan-Niġerja, it-titjib tas-sigurtà tal-armi u l-munizzjon fl-Istati tas-Saħel sar prijorità. |
(9) |
Iċ-Ċentru Reġjonali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Paċi u d-Diżarm fl-Afrika (UNREC), li huwa parti mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Affarijiet ta' Diżarm (UNODA), għandu esperjenza twila ta' għoti ta' appoġġ lill-Istati tas-Saħel u s-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni min-naħa tagħhom ta' strumenti internazzjonali u reġjonali dwar il-kontroll ta' SALW, f'konformità mal-mandat tiegħu li rċieva mill-Assemblea Ġenerali tan-NU (Riżoluzzjoni 40/151 G, 16 ta' Diċembru 1985). |
(10) |
Mill-2013 'il hawn, il-Missjoni Multidimensjonali Integrata tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni f'Mali (MINUSMA), permezz tas-Servizz tan-Nazzjonijiet Uniti ta' Azzjoni kontra l-Mini (UNMAS), kienet qed tassisti lill-awtoritajiet ta' Mali fl-azzjoni kontra l-mini u l-ġestjoni tal-armi u l-munizzjon, f'konformità mar-Riżoluzzjonijiet 2100(2013) u 2164(2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. |
(11) |
L-organizzazzjoni mhux governattiva, imsejħa l-Mine Advisory Group (MAG), dan l-aħħar bdiet proġett reġjonali li jindirizza kwistjonijiet urġenti relatati mas-sigurtà u l-ġestjoni ta' armi u munizzjon konvenzjonali f'pajjiżi mmirati fi ħdan ir-reġjun Saħel-Magħreb. |
(12) |
Taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/428/PESK (1), l-Unjoni ffinanzjat, fost l-oħrajn, il-forniment ta' tagħmir tal-immarkar lill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi f'diversi Stati tal-Afrika tal-Punent, kif ukoll taħriġ dwar l-Istrument Internazzjonali ta' Traċċar u dwar il-Linji Gwida Tekniċi Internazzjonali dwar il-Munizzjon. |
(13) |
Taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/320/PESK (2), l-Unjoni qed tappoġġa miżuri mmirati lejn l-iżgurar tas-sigurtà fiżika tajba u l-ġestjoni tajba tal-ħażniet tal-armi Libjani, sabiex jitnaqqsu r-riskji li jirriżultaw mit-tixrid illeċitu tas-SALW u l-munizzjon għas-sigurtà tal-Libja u tal-pajjiżi ġirien tagħha, inkluż fis-Saħel. |
(14) |
Taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/698/PESK (3), l-Unjoni qed tappoġġa l-istabbiliment ta' mekkaniżmu globali ta' rappurtar dwar SALW illeċiti u armi konvenzjonali oħrajn u munizzjon illeċiti (“iTrace”), ibbażat b'mod partikolari fuq riċerka fil-qasam tas-SALW u l-munizzjon li jiċċirkolaw f'żoni milquta minn konflitti, inkluż fl-Afrika. |
(15) |
Taħt il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni tagħha, l-Unjoni varat tliet azzjonijiet fir-reġjun tas-Saħel, jiġifieri, l-ewwel, l-EUCAP Sahel Niger, li bdiet fit-8 ta' Awwissu 2012, bħala appoġġ għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu fin-Niġer; it-tieni, il-Missjoni ta' Taħriġ tal-Unjoni Ewropea f'Mali, li bdiet fit-18 ta' Frar 2013, biex tikkontribwixxi għar-ristrutturazzjoni u r-riorganizzazzjoni tal-Forzi Armati ta' Mali permezz ta' taħriġ u konsulenza; u, it-tielet, l-EUCAP Sahel Mali, li ġiet varata fil-15 ta' April 2014, biex tipprovdi konsulenza u taħriġ strateġiċi lill-forzi tas-sigurtà interna f'Mali. |
(16) |
Taħt l-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi, mill-2011 'il hawn l-Unjoni tappoġġa lill-Uffiċċju tan-NU kontra d-Drogi u l-Kriminalità fl-isforzi tiegħu biex jippromwovi r-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Protokoll dwar l-Armi tan-Nar, partikolarment fl-Afrika tal-Punent. Taħt dak l-Istrument, mill-2010 'l hawn l-Unjoni tipprovdi appoġġ finanzjarju liċ-Ċentru Reġjonali dwar l-Armi Ħfief (RECSA) fir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar, il-Qarn tal-Afrika u l-Istati Ġirien ibbażat f'Najrobi, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Unjoni għandha tikkontribwixxi għas-sigurtà u l-istabbiltà fir-reġjun tas-Saħel billi tassisti lill-Istati ta' dan ir-reġjun fil-prevenzjoni tad-devjazzjoni ta' SALW u munizzjon li jkunu proprjetà governattiva, u t-traffikar illeċitu tagħhom, permezz ta' titjib fis-sigurtà fiżika tagħhom u l-ġestjoni tal-ħażniet tagħhom (“PSSM”, physical security and stockpile management).
2. L-attivitajiet li għandhom ikunu appoġġati mill-Unjoni għandu jkollhom l-objettivi speċifiċi li ġejjin:
(a) |
li jiġġeneraw l-adeżjoni politika meħtieġa għat-titjib tal-proċeduri tal-PSSM u jippromwovu l-kooperazzjoni reġjonali u l-kondiviżjoni tal-konoxxenza; |
(b) |
li jappoġġaw lill-pajjiżi mmirati fl-iżvilupp ta' leġislazzjoni aġġornata, proċeduri amministrattivi aġġornati u proċeduri operattivi standard (SOPs) prattiċi aġġornati, bħala l-bażi għat-tisħiħ tal-PSSM, f'konformità mal-istandards internazzjonali għall-aħjar prattika; |
(c) |
li jappoġġaw b'mod dirett l-implimentazzjoni tal-attivitajiet għall-ġestjoni u s-sigurtà tal-ħażniet, inkluż permezz tar-riabilitazzjoni ta' faċilitajiet ta' ħżin, il-qerda ta' ħażniet żejda ta' SALW, SALW li ma għadhomx jintużaw jew SALW illeċiti u l-pilotaġġ ta' teknoloġiji ġodda. |
Deskrizzjoni dettaljata ta' dawn l-attivitajiet tinsab fl-Anness.
Artikolu 2
1. Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (“Rappreżentant Għoli”) għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
2. L-implimentazzjoni teknika tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) għandha ssir mill-UNODA permezz tal-UNREC. L-UNODA għandu jwettaq dawn il-kompiti taħt ir-responsabbiltà tar-Rappreżentant Għoli. Għal dan il-għan, ir-Rappreżentant Għoli għandha tidħol fl-arranġamenti meħtieġa mal-UNODA.
Artikolu 3
1. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta' EUR 3 561 257,06. Il-baġit, stmat bħala totali, tal-proġett kollu għandu jkun ta' EUR 4 129 393,06, li għandu jkun provdut permezz ta' kofinanzjament.
2. L-infiq iffinanzjat mill-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandu jkun amministrat f'konformità mal-proċeduri u r-regoli tal-Unjoni applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implimentazzjoni korretta tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1. Għal dan il-għan, hija għandha tikkonkludi ftehim ta' finanzjament mal-UNODA. Il-ftehim għandu jistipula li l-UNODA għandu jiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni tkun dik xierqa skont id-daqs tal-kontribuzzjoni.
4. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta' finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista' jkun wara l-15 ta' Diċembru 2014. Hija għandha tinforma lill-Kunsill u lir-Rappreżentant Għoli dwar kwalunkwe diffikultà fil-proċess u dwar id-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament, fi żmien ġimagħtejn mill-iffirmar.
Artikolu 4
1. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni abbażi ta' rapporti regolari li għandhom jitħejjew mill-UNODA. Dawn ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għall-evalwazzjoni mill-Kunsill.
2. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2).
Artikolu 5
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 42 xahar wara l-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament rilevanti msemmi fl-Artikolu 3(3), jew sitt xhur wara d-data tal-adozzjoni tagħha jekk ma jkun ġie konkluż l-ebda ftehim ta' finanzjament f'dan il-perijodu.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/428/PESK tat-18 ta' Lulju 2011 b'appoġġ għall-attivitajiet tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Affarijiet ta' Diżarm biex jiġi implimentat il-Programm ta' Azzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Prevenzjoni, il-Ġlieda Kontra u l-Qerda tal-Kummerċ Illeċitu f'Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir fl-Aspetti Kollha Tiegħu (ĠU L 188, 19.7.2011, p. 37).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/320/PESK tal-24 ta' Ġunju 2013 b'appoġġ għas-sigurtà fiżika u l-attivitajiet relatati mal-ġestjoni tal-ħażniet biex jitnaqqas ir-riskju tal- kummerċ illeċitu fl-armi ħfief u ta' kalibru żgħir (SALW) u l-munizzjon tagħhom fil-Libja u r-reġjun tagħha (ĠU L 173, 26.6.2013, p. 54).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/698/PESK tal-25 ta' Novembru 2013 b'appoġġ għal mekkaniżmu ta' globali rappurtar dwar armi ħfief u ta' kalibru żgħir illeċtiti u armi konvenzjonali oħrajn u munizzjoni illeċiti biex jitnaqqas ir-riskju tal-kummerċ illeċitu tagħhom (ĠU L 320, 30.11.2013, p. 34).
ANNESS
Attivitajiet relatati mas-sigurtà fiżika u l-ġestjoni tal-ħażniet (PSSM) biex jitnaqqas ir-riskju tal-kummerċ illeċitu tal-armi ħfief u ta' kalibru żgħir (SALW) u l-munizzjon tagħhom fir-reġjun tas-Saħel
1. Sfond u raġunijiet li jiġġustifikaw l-appoġġ taħt il-PESK
1.1 Sfond
In-nuqqas ta' PSSM effettivi, f'konformità mal-istandards internazzjonali, f'depożiti eżistenti tal-armi u l-munizzjon konvenzjonali fis-Saħel ġie rikonoxxut li jirrappreżenta sfida serja għall-paċi u s-sigurtà fir-reġjun u lil hinn minnu. Fil-passat reċenti, il-ħażniet governattivi fil-Libja u Mali ġew issakkeġġjati minn atturi mhux Statali armati, inklużi gruppi terroristiċi. Hemm riskju konkret li tista' sseħħ sitwazzjoni simili f'partijiet tal-Burkina Faso, iċ-Ċad, il-Mawritanja, in-Niġer u n-Niġerja, peress li l-gruppi armati u l-gruppi terroristiċi joperaw b'mod transkonfinali u huma involuti fil-kummerċ illeċitu tas-SALW. PSSM inadegwati ta' armi u munizzjon iżidu r-riskju ta' devjazzjoni — inkluż permezz ta' serq u attakki — lejn is-suq illeċitu, kif ukoll splużjonijiet mhux ippjanati f'siti fejn ikun jinsab il-munizzjon. Dan jista' jwassal għall-akkumulazzjoni destabbilizzanti tas-SALW u t-traffikar tagħhom, li jaffettwaw il-paċi u s-sigurtà fuq livell nazzjonali, reġjonali u internazzjonali.
Din it-theddida hija rikonoxxuta wkoll fl-Istrateġija Integrata tan-Nazzjonijiet Uniti għas-Saħel, li tqis li jeħtieġ li jitnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju ta' devjazzjoni ta' SALW lejn atturi mhux Statali, billi tiżdied is-sigurtà tal-ħażniet eżistenti u, fejn meħtieġ, billi dawn jiġu rilokati, kif ukoll billi jinqerdu l-ħażniet żejda ta' SALW u munizzjon jew billi jinqerdu s-SALW u l-munizzjon illeċiti. Dan jista' jsir permezz ta' implimentazzjoni effettiva tal-Programm ta' Azzjoni tan-NU dwar il-Kummerċ Illeċitu tas-SALW u l-Istrument Internazzjonali ta' Traċċar bl-użu ta' Standards Internazzjonali għall-Kontroll tal-Armi Ħfief (ISACS) kif ukoll il-Linji Gwida Tekniċi Internazzjonali dwar il-Munizzjon (IATG) żviluppati fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti.
1.2 Raġunijiet
Fi ħdan il-mandat tiegħu skont ir-Riżoluzzjoni 40/151 G tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, iċ-Ċentru Reġjonali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Paċi u d-Diżarm fl-Afrika (UNREC), bħala l-preżenza reġjonali Afrikana tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Affarijiet ta' Diżarm (UNODA), jinsab f'pożizzjoni unika biex jassisti u jsaħħaħ il-kapaċità u l-ħila tal-Istati tas-Saħel fl-użu effettiv ta' dawn l-istandards u l-aħjar prattiki, u b'hekk jikkontrolla l-ħażniet tas-SALW u l-munizzjon tagħhom biex jipprevjeni l-effett destabbilizzanti tal-akkumulazzjoni tas-SALW u l-kummerċ illeċitu tagħhom fis-sottoreġjun u lil hinn minnu.
L-UNREC jipproponi l-implimentazzjoni ta' proġett b'kooperazzjoni mas-Servizz tan-Nazzjonijiet Uniti ta' Azzjoni kontra l-Mini (UNMAS) u l-organizzazzjoni nongovernattiva Mines Advisory Group (MAG) u b'koordinazzjoni mal-organizzazzjonijiet reġjonali u sottoreġjonali rilevanti, bħall-ECOWAS u l-ECCAS, kif ukoll organizzazzjonijiet mhux governattivi. L-UNMAS qed jagħmel attivitajiet b'appoġġ għall-Missjoni Multidimensjonali Integrata tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni f'Mali (MINUSMA), bħala wieħed mill-komponenti integrati tiegħu fil-qafas tar-Riżoluzzjoni 2100(2013) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u mat-Tim Speċifiku għall-Pajjiż (Country Team) tan-NU għal Mali. Attwalment, il-MAG qed iwettaq proġett reġjonali li jindirizza s-sigurtà u l-ġestjoni ta' armi u munizzjon konvenzjonali f'pajjiżi mmirati fi ħdan ir-reġjun Saħel-Magħreb. Il-konklużjonijiet minn dawn l-attivitajiet ser jintużaw biex tinġabar informazzjoni għall-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-proġett. Is-sinerġiji ser joffru l-possibbiltà ta' impatt globali akbar. Il-proġett ser jibbenefika wkoll minn għarfien espert intern tal-UNODA fil-kwartieri ġenerali tan-NU u fir-reġjun, kif ukoll minn aktar għarfien espert disponibbli fis-Sistema tan-NU.
Dawn l-attivitajiet ser jibnu fuq, jikkomplementaw u jisfruttaw is-sinerġiji ma' proġetti li diġà qegħdin jiġu implimentati fir-reġjun mill-UNREC u sħab bilaterali oħrajn, aġenziji tan-NU, organizzazzjonijiet sottoreġjonali u organizzazzjonijiet mhux governattivi, inkluż: proġett sabiex terġa' tibda topera l-Kummissjoni Nazzjonali ta' Mali dwar is-SALW u biex jiġi żviluppat Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali dwar is-SALW; id-Deċiżjoni 2011/428/PESK li taħtha, fost oħrajn, jiġu pprovduti magni għall-immarkar lill-Burkina Faso u n-Niġer; il-proġett li għaddej bħalissa msejjaħ “Il-Ġlieda Kontra l-Akkumulazzjoni u t-Traffikar Illeċiti ta' Armi tan-Nar fl-Afrika”, li hu ffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea taħt l-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbilità u l-Paċi u, matul l-ewwel fażi (2010-2016) tal-proġett, saru, fost oħrajn, attivitajiet ta' mmarkar u ġew ipprovduti magni tal-immarkar elettroniku flimkien mal-installazzjoni ta' software mfassal apposta għaż-żamma ta' reġistri fil-pajjiżi tal-Afrika tal-Lvant, filwaqt li l-fażi li għaddejja bħalissa (2013-2016) tipprovdi għal attivitajiet simili f'pajjiżi oħrajn (b'mod indikattiv: il-Burundi, il-Kamerun, iċ-Ċad, il-Côte d'Ivoire, il-Ginea Ekwatorjali, il-Gabon, il-Gana, il-Liberja, Mali, ir-Rwanda, is-Somalja, is-Sudan t'Isfel, it-Togo, l-Uganda); proġett transreġjonali implimentat mill-Uffiċċju tan-NU kontra d-Droga u l-Kriminalità ġewwa, fost oħrajn, l-Afrika tal-Punent (jiġifieri l-Benin, il-Burkina Faso, il-Gambja, il-Gana, Mali, il-Mawritanja, is-Senegal, it-Togo), li wkoll hu ffinanzjat mill-Istrument tal-Unjoni li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi, li għandu l-għan li jippromwovi r-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali u l-Protokoll tagħha dwar l-Armi tan-Nar, primarjament permezz ta' appoġġ għar-reviżjoni tal-leġislazzjoni u r-riforma leġislattiva; attivitajiet ta' taħriġ marbutin mal-ġestjoni tal-armi mwettqa mill-missjoni EUCAP Sahel Niger taħt il-Politika tal-UE ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni; kif ukoll il-proġett tan-NATO fil-Mawritanja implimentat mill-Aġenzija ta' Appoġġ tan-NATO (NSPA).
Barra minn hekk, l-attivitajiet tal-PSSM taħt dan il-proġett għandhom iqisu u jappoġġaw, fejn rilevanti, programmi ta' sigurtà usa' implimentati f'pajjiżi benefiċjarji, bħalma huma l-proċessi għad-Diżarm, id-Demobilizzazzjoni u r-Riintegrazzjoni (DDR) kif ukoll dawk relatati mar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà (RSS). Ir-reviżjoni tal-leġislazzjoni u l-oqfsa amministrattivi tal-PSSM u r-rakkomandazzjonijiet ulterjuri biex jissodisfaw l-istandards internazzjonali dwar il-kontroll tal-armi, kif ukoll l-iżvilupp ta' proċeduri operattivi standard nazzjonali dwar il-PSSM, ser jikkontribwixxu għall-isforzi tar-RSS f'kull pajjiż u fis-sottoreġjun. L-attivitajiet taħt il-proġett jistgħu wkoll jappoġġaw, fejn xieraq, l-isforzi tad-DDR — speċifikament dawk marbuta mad-diżarm fil-prattika — peress li l-iżvilupp tal-SOPs nazzjonali dwar il-kontroll tal-armi jistgħu jiġu integrati fil-proċessi tad-DDR, pereżempju permezz tal-istabbiliment ta' normi għall-immarkar u r-reġistrazzjoni jew il-qerda tal-armi rkuprati. Il-prattiki eżistenti, promossi wkoll permezz ta' proġetti oħra rilevanti ffinanzjati mill-UE, għandhom jintużaw biex jiġu żgurati proċessi armonizzati.
Permezz tal-implimentazzjoni ta' standards internazzjonali għall-aħjar prattika fil-kontroll tal-armi, dan il-proġett ser jgħin lill-Istati fl-iżvilupp ta' sorveljanza ċivili indipendenti tal-attivitajiet nazzjonali tal-PSSM. Il-ħtieġa għal sorveljanza ċivili ser tiġi integrata fl-attivitajiet differenti tal-proġett, b'mod partikolari f'konsultazzjonijiet u sessjonijiet ta' ħidma.
2. Objettivi ġenerali
L-Azzjoni deskritta f'dan il-punt tikkontribwixxi għas-sigurtà u l-istabbiltà fis-Saħel u ser tassisti lil sitt Stati fir-reġjun tas-Saħel (il-Burkina Faso, iċ-Ċad, Mali, il-Mawritanja, in-Niġer u n-Niġerja) fil-prevenzjoni tad-devjazzjoni ta' SALW u munizzjon li jkunu proprjetà governattiva u t-traffikar illeċitu tagħhom permezz ta' titjib fil-PSSM tagħhom.
B'mod speċifiku, l-Azzjoni ser ikollha l-għan li:
(a) |
tiġġenera l-adeżjoni politika meħtieġa għat-titjib tal-proċeduri tal-PSSM u tippromwovi l-kooperazzjoni reġjonali u l-kondiviżjoni tal-konoxxenza; |
(b) |
tappoġġa lill-pajjiżi mmirati fl-iżvilupp ta' leġislazzjoni, proċeduri amministrattivi u SOPs prattiċi aġġornati, bħala l-bażi għat-tisħiħ tal-PSSM, f'konformità mal-istandards internazzjonali għall-aħjar prattika; |
(c) |
tappoġġa b'mod dirett l-implimentazzjoni ta' attivitajiet ta' ġestjoni tal-ħażniet, inkluż permezz tar-riabilitazzjoni tal-faċilitajiet ta' ħżin, il-qerda ta' ħażniet żejda ta' SALW, SALW li ma għadhomx jintużaw jew SALW illeċiti u l-pilotaġġ ta' teknoloġiji ġodda. |
3. Eżiti
L-azzjoni ser ikollha r-riżultati li ġejjin:
(a) |
normi leġislattivi u amministrattivi adegwati dwar il-PSSM; |
(b) |
titjib fil-PSSM tas-SALW permezz tat-tisħiħ tas-siti ta' ħżin; |
(c) |
tnaqqis tar-riskju ta' devjazzjoni u ta' splużjonijiet inċidentali ta' SALW u munizzjon li jkunu maħżunin żejda, obsoleti u illeċiti permezz tal-qerda tagħhom; |
(d) |
titjib fl-immarkar, it-traċċar u ż-żamma ta' rekords tas-SALW; |
(e) |
tisħiħ tal-kooperazzjoni reġjonali u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni; |
(f) |
l-identifikazzjoni tal-użu possibbli ta' teknoloġiji ġodda fil-PSSM; |
(g) |
tisħiħ tal-kapaċità u s-sjieda nazzjonali tal-PSSM fil-pajjiżi benefiċjarji; |
(h) |
titjib fl-għarfien tal-kontribut tal-PSSM għas-sigurtà reġjonali; |
(i) |
kontribut għat-tnaqqis tar-riskju ta' destabbilizzazzjoni reġjonali, li jista' jiġi kkawżat mill-akkumulazzjoni eċċessiva tas-SALW u l-munizzjon tagħhom jew id-devjazzjoni ta' SALW lejn atturi mhux Statali, inklużi gruppi terroristiċi. |
4. Deskrizzjoni tal-Azzjoni
4.1 Konferenza ta' Wilton Park dwar il-PSSM fis-Saħel
Objettivi
Tingħata opportunità għall-iskambju tal-esperjenzi u tiġi ġġenerata l-adeżjoni politika meħtieġa biex l-attivitajiet jitwettqu taħt il-proġett.
Deskrizzjoni
Tiġi organizzata konferenza minn Wilton Park u l-UNREC sabiex jiġi diskuss l-impatt ta' ħażniet Libjani li mhumiex taħt sigurtà fuq is-sigurtà tal-armi fis-Saħel, biex jiġu żviluppati strateġiji għall-prevenzjoni tad-devjazzjoni ta' SALW u munizzjon li jkunu proprjetà governattiva u t-traffikar illeċitu tagħhom permezz ta' titjib fil-PSSM tagħhom. Il-konferenza ser toffri wkoll l-opportunità li ssir evalwazzjoni tal-progress li sar fil-qasam tal-PSSM fir-reġjun tas-Saħel, partikolarment fil-kuntest ta' għajnuna internazzjonali, jiġu diskussi l-ħtiġijiet attwali tal-pajjiżi, jiġu ppjanati l-azzjonijiet attwali rilevanti u jiġu identifikati l-lakuni li għandhom jiġu indirizzati. Barra minn hekk, din ser tintuża biex jiġu esplorati s-sinerġiji ma' għodod oħra ta' kontroll tas-SALW appoġġati mill-UE, inkluż il-mekkaniżmu ta' monitoraġġ globali “iTrace” (iffinanzjat taħt id-Deċiżjoni 2013/698/PESK), b'konsultazzjoni mal-pajjiżi benefiċjarji. L-attendenza ser tkun biss bi stedina, u ser tintalab il-parteċipazzjoni ta' uffiċjali għolja mis-sitt Stati tar-reġjun tas-Saħel (il-Burkina Faso, iċ-Ċad, Mali, il-Mawritanja, in-Niġer u n-Niġerja), kif ukoll pajjiżi rilevanti oħra ġirien tal-Libja, l-ECOWAS, l-ECCAS u l-Unjoni Afrikana (UA).
Indikaturi tal-eżitu/tal-implimentazzjoni
Issir il-konferenza ta' Wilton Park kif skedat bil-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi rappreżentanti mis-sitt pajjiżi mmirati (sa 40 parteċipant).
4. Reviżjoni tal-leġislazzjoni u l-proċeduri amministrattivi u konsultazzjonijiet dwar il-PSSM
4.2.1. Konsultazzjonijiet nazzjonali dwar il-proċeduri tal-PSSM u għall-identifikazzjoni ta' siti pilota
Objettivi
(a) |
Jinkiseb fehim ċar tal-qafas leġislattiv u amministrattiv dwar il-PSSM għal kull pajjiż u fir-reġjun. |
(b) |
Isiru rakkomandazzjonijiet f'dawk il-pajjiżi li ma għandhomx qafas regolatorju aġġornat dwar leġislazzjoni u proċeduri li jissodisfaw ir-rekwiżiti internazzjonali kif deskritti fi strumenti internazzjonali legalment vinkolanti (eż. il-Protokoll tan-NU dwar l-Armi tan-Nar, il-Konvenzjoni tal-ECOWAS dwar is-SALW (1) u l-Konvenzjoni ta' Kinxasa dwar is-SALW (2)), il-Programm ta' Azzjoni tan-NU dwar il-Kummerċ Illeċitu tas-SALW, l-Istrument Internazzjonali ta' Traċċar, l-IATG u l-ISACS, u standards u strumenti rilevanti oħrajn. |
(c) |
Jiġu identifikati faċilitajiet ta' ħżin ta' prijorità li jservu ta' siti pilota, f'konformità mal-prijoritajiet nazzjonali tagħhom, u, fejn hu xieraq, filwaqt li jittieħed kont tal-informazzjoni disponibbli dwar xejriet tad-devjazzjoni u t-traffikar. |
Deskrizzjoni
Permezz ta' ħidma mal-awtoritajiet nazzjonali fis-sitt Stati tar-reġjun tas-Saħel, jiġifieri, il-Burkina Faso, iċ-Ċad, Mali, il-Mawritanja, in-Niġer u n-Niġerja, l-UNREC ser iwettaq valutazzjoni tal-leġislazzjoni kollha eżistenti relatata mal-PSSM, kif ukoll tal-proċeduri amministrattivi u l-proċeduri operattivi standard, filwaqt li jagħmel użu sħiħ mill-valutazzjonijiet diġà disponibbli u f'kuntatt ma' proġetti reġjonali u bilaterali li għaddejjin bħalissa li jappoġġaw ir-riformi leġislattivi fis-SALW, biex tiġi evitata d-duplikazzjoni.
L-esperti legali tal-UNREC ser jipprovdu appoġġ lill-ministeri rilevanti, il-leġislaturi u uffiċjali għolja tal-infurzar tal-liġi u d-difiża fir-reviżjoni tal-leġislazzjoni u l-proċeduri amministrattivi nazzjonali, biex jiġi żgurat li l-obbligi legali internazzjonali u l-istandards tekniċi internazzjonali, speċjalment l-ISACS u l-IATG, jiġu inkorporati fil-qafas regolatorju nazzjonali.
L-appoġġ f'dan il-qasam għandu jingħata fuq talba mill-pajjiżi u għandu jiffoka primarjament fuq l-approssimazzjoni tal-istandards internazzjonali dwar il-PSSM, b'kont meħud ta' inizjattivi oħrajn li għaddejjin bħalissa li jipprovdu assistenza jew konsulenza dwar kwistjonijiet usa' relatati mal-kontroll tal-armi jew is-settur tas-sigurtà.
L-UNREC ser jorganizza sessjonijiet ta' ħidma nazzjonali ma' rappreżentanti għolja tal-awtoritajiet tad-difiża, tal-infurzar tal-liġi u awtoritajiet ċivili oħra f'livell nazzjonali li għandhom interess fis-sigurtà tas-SALW. Il-parteċipanti ser jiddiskutu b'mod konġunt il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-valutazzjoni u jaqblu fuq il-miżuri differenti li għandhom jittieħdu, u jidentifikaw rakkomandazzjonijiet li jistgħu jiġu sodisfatti permezz ta' bidliet leġislattivi jew digrieti amministrattivi.
Matul il-konsultazzjonijiet nazzjonali, ser jiġu identifikati l-faċilitajiet ta' ħżin ta' prijorità li ser iservu bħala siti pilota. Dawn jistgħu jinkludu waħda f'kull belt kapitali, waħda f'ċentru provinċjali prinċipali, waħda f'żona rurali u/jew waħda f'żona tal-fruntiera (fruntiera fuq l-art, port jew ajruport), kif ukoll għal rotot tat-trasport prinċipali tas-SALW u l-munizzjon li jkunu proprjetà governattiva. Meta possibbli u xieraq, l-għażla ta' faċilitajiet ta' ħżin ta' prijorità għandha tqis l-informazzjoni disponibbli dwar ix-xejriet tad-devjazzjoni u t-traffikar, sabiex tingħata prijorità lill-ħażniet li ġew identifikati li jikkontribwixxu għan-nuqqas ta' stabbiltà fir-reġjun.
L-UNREC ser jipproduċi rapport ta' valutazzjoni finali wieħed għal kull pajjiż li jagħti rakkomandazzjonijiet dwar il-leġislazzjoni u l-proċeduri meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti internazzjonali. Dawn ir-rapporti ser jinkludu r-reazzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali u partijiet ikkonċernati oħra mis-sitt pajjiżi mmirati.
Indikaturi tal-eżitu/tal-implimentazzjoni
(a) |
Isiru rapporti speċifiċi għall-pajjiż (b'kollox sitta) dwar il-qafas leġislattiv u amministrattiv eżistenti rigward il-PSSM, inklużi rakkomandazzjonijiet sabiex jimtlew il-lakuni rigward l-istrumenti internazzjonali għad-diżarm. |
(b) |
Isiru sitt workshops nazzjonali, wieħed f'kull pajjiż fil-mira. |
(c) |
Jiġu identifikati sa 18-il faċilità ta' ħżin (tlieta għal kull pajjiż) biex iservu ta' siti pilota. |
4.2.2. Konsultazzjonijiet reġjonali dwar il-proċeduri tal-PSSM
Objettivi
(a) |
Jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni u tal-esperjenzi fil-livell reġjonali rigward il-proċeduri tal-PSSM, abbażi tal-valutazzjonijiet nazzjonali li jsiru taħt il-punt 4.2.1. |
(b) |
Jiġi promoss l-użu tal-ISACS u l-IATG fost il-partijiet ikkonċernati nazzjonali u dawk reġjonali. |
Deskrizzjoni
Ser isiru konsultazzjonijiet reġjonali bil-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti għolja tas-sitt gvernijiet, bil-għan li jsir skambju ta' informazzjoni dwar il-konklużjonijiet nazzjonali u skambju tal-esperjenzi u l-aħjar prattika, abbażi tal-valutazzjoni fil-livell nazzjonali (ara l-punt 4.2.1). Għall-iskambju tal-esperjenzi, ser jiġu mistiedna wkoll rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet reġjonali u sottoreġjonali rilevanti (UA, ECOWAS, ECCAS, RECSA), Aġenziji tan-NU li jieħdu sehem fil-mekkaniżmu tal-Azzjoni ta' Koordinazzjoni tan-NU dwar Armi Ħfief (CASA), esperti rilevanti mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha (inkluż mill-missjonijiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni) kif ukoll esperti għolja minn barra r-reġjun.
L-UNREC ser jipproduċi rapport li jkopri l-konklużjonijiet tal-workshop reġjonali konsultattiv.
Indikaturi tal-eżitu/tal-implimentazzjoni
(a) |
Issir konsultazzjoni reġjonali dwar il-proċeduri tal-PSSM. |
(b) |
Isir rapport dwar il-workshop reġjonali konsultattiv. |
4.3. Is-sigurtà fiżika u l-ġestjoni tal-ħażniet (PSSM)
4.3.1. Valutazzjoni ta' PSSM fi mħażen nazzjonali għall-armi konvenzjonali u t-trasport tas-SALW u tal-munizzjon
Objettivi
(a) |
Isiru valutazzjonijiet dettaljati u prattiċi tal-faċilitajiet kampjun magħżula sabiex jiġu identifikati l-prattiki, is-sigurtà fiżika u l-ħażniet żejda attwali, l-armi u l-munizzjon li m'għadhomx jintużaw jew li huma illeċiti. |
(b) |
Jiġu kondiviżi ħiliet prattiċi mill-konoxxenza dwar il-proċeduri tal-PSSM skont l-istandards internazzjonali għall-aħjar prattika. |
Deskrizzjoni
Abbażi tal-konklużjonijiet tal-workshops nazzjonali konsultattivi, u taħt il-koordinazzjoni tal-UNREC, ta' esperti tal-UNMAS u esperti tal-MAG ser isiru valutazzjonijiet dettaljati u prattiċi tal-faċilitajiet kampjun magħżula biex jidentifikaw prattiki u kwistjonijiet attwali, billi jużaw l-ISACS u l-IATG bħala bażi. F'dawn is-siti pilota, l-esperti ser jivverifikaw ukoll prattiki nazzjonali attwali fid-dawl tal-leġislazzjoni u l-proċeduri nazzjonali eżistenti u ser jissuġġerixxu li r-rieżami tagħhom huwa meħtieġ.
L-esperti tal-UNMAS u l-MAG ser jaħdmu fil-pajjiżi fejn għandhom operazzjonijiet għaddejjin. L-UNMAS ser jaħdem f'Mali skont il-qafas tal-operazzjoni u l-mandat attwali tiegħu fil-pajjiż; u l-MAG ser jaħdem f'Burkina Faso, iċ-Ċad, il-Mawritanja, in-Niġer u n-Niġerja. L-operazzjonijiet ser isiru b'kooperazzjoni mal-Kummissjonijiet Nazzjonali dwar is-SALW. L-attività ser tinkludi valutazzjoni tal-adegwatezza tal-infrastruttura u s-sigurtà fiżika, il-kondizzjoni tal-ħażniet tas-SALW u tal-munizzjon, il-prattiki attwali għat-trasport tagħhom, u, bl-appoġġ tal-awtoritajiet nazzjonali u bi qbil magħhom, l-identifikazzjoni ta' ħażniet żejda, armi u munizzjon konvenzjonali li m'għadhomx jintużaw jew li huma illeċiti li jinsabu fl-imħażen. Barra minn hekk, ser issir valutazzjoni tal-kwalifiki u tal-kapaċità tal-persunal fl-imħażen sabiex jiġu identifikati l-ħtiġijiet ta' taħriġ possibbli. Meta jsiru dawn il-valutazzjonijiet, ser jintużaw l-Għodda ta' Valutazzjoni tal-ISACS u l-Għodda tal-MAG għall-Valutazzjoni tar-Riskju tal-Armerija. Fuq talba tal-Istat benefiċjarju kkonċernat jista' jsir taħriġ ad hoc dwar il-PSSM fil-faċilitajiet kampjun magħżula b'reazzjoni għal ħtiġijiet urġenti.
Is-sitwazzjoni ta' sigurtà hija differenti fil-pajjiżi mmirati. Il-livell ta' attivitajiet li qed isiru dwar il-PSSM ivarja f'kull pajjiż skont ir-riżorsi nazzjonali disponibbli u l-appoġġ li jirċievu minn donaturi u sħab internazzjonali. Sabiex l-isforzi li qed isiru jkunu ta' benefiċċju u jiġu identifikati l-aħjar prattiki, il-komponent tal-PSSM tal-proġett ser jibda f'żewġ pajjiżi u mbagħad ser jiġi estiż gradwalment għall-oħrajn li jifdal.
Indikaturi tal-eżitu/tal-implimentazzjoni
(a) |
Sa18-il sit ta' ħżin fis-sitt pajjiżi mmirati (tlieta għal kull pajjiż) ikollhom żjarat u valutazzjonijiet. |
(b) |
Sa 18-il sessjoni ta' taħriġ (tlieta għal kull pajjiż) dwar l-aħjar standards tal-PSSM jiġu organizzati f'faċilitajiet kampjun għall-pajjiżi li jitolbu assistenza biex isaħħu l-kapaċitajiet tagħhom dwar is-suġġett tal-PSSM. |
4.3.2. Riabilitazzjoni tal-faċilitajiet kampjun u l-immarkar tas-SALW
Objettivi
(a) |
Issir riabilitazzjoni tal-faċilitajiet ta' ħżin pilota sabiex dawn ikunu konformi mal-istandards u l-linji gwida tal-ISACS u l-IATG u jitnaqqas ir-riskju ta' devjazzjoni ta' armi u munizzjon. |
(b) |
Fejn meħtieġ, jiġi pprovdut intervent immedjat bi prezz baxx u b'impatt kbir biex il-faċilitajiet ta' ħżin pilota jsiru sikuri (eż. twaħħil ta' bibien, serraturi, eċċ.) |
(c) |
Jiġu promossi l-immarkar u r-reġistrazzjoni tal-armi abbażi tal-aħjar prattiki kif ukoll jiġu żviluppati l-kapaċitajiet li ssaħħew matul il-programmi ta' assistenza preċedenti u dawk attwali sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni. |
(d) |
Tingħata assistenza fl-iżvilupp jew it-titjib ta' bażijiet ta' data ċentrali nazzjonali dwar l-armi bl-użu ta' software żviluppat mill-UNREC u, b'konformità mal-istandards internazzjonali għall-aħjar prattika, kif stabbiliti fl-istrumenti internazzjonali rilevanti għad-diżarm, u b'konsultazzjoni mal-atturi rilevanti, tingħata assistenza lill-pajjiżi fir-reġjun għal dan il-għan, pereżempju l-Uffiċċju tan-NU kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC) u r-RECSA. |
Deskrizzjoni
B'koordinazzjoni mal-UNREC, esperti tal-UNMAS u esperti tal-MAG ser jagħmlu interventi immedjati fejn meħtieġ. Wara din l-azzjoni inizjali, l-imħażen eżaminati (armeriji u mħażen tal-munizzjon) ser issirilhom riabilitazzjoni b'konformità mal-ISACS u l-IATG, sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm devjazzjoni, serq jew attakki fuq il-ħażniet li jkunu proprjetà governattiva. Il-pjani u d-dokumenti mħejjija għar-riabilitazzjoni ser jiġu żviluppati bħala mudell tad-dokumentazzjoni għar-riabilitazzjoni u l-kostruzzjoni ta' armeriji u mħażen tal-munizzjon oħrajn. L-ambitu tal-intervent u l-konsiderazzjonijiet għar-riabilitazzjoni jew il-kostruzzjoni f'kull sit pilota ser ikunu bbażati fuq ir-riżultati tal-valutazzjoni.
L-UNREC ser jaħdem mal-awtoritajiet nazzjonali biex is-SALW maħżuna fl-imħażen jiġu mmarkati u rreġistrati b'konformità mal-ISACS, bl-użu tal-kapaċitajiet eżistenti fis-sottoreġjun. L-UNREC ser jiżviluppa wkoll sistema preċiża u komprensiva għall-ġestjoni ta' mħażen tal-armi u l-munizzjon, li twieġeb għall-ħtiġijiet tal-pajjiżi kkonċernati, tieħu kont tas-sistemi eżistenti u tevita d-duplikazzjoni tal-isforzi li qed isiru. Din l-attività ser tagħti lok għal valutazzjoni affidabbli tat-tipi ta' armi u munizzjon konvenzjonali, ir-reġistrazzjoni u t-trasparenza tagħhom, filwaqt li tieħu kont tal-infrastruttura eżistenti tat-teknoloġija tal-informazzjoni, tiżgura l-kompatibbiltà mal-iARMS tal-INTERPOL u tagħti lok għall-interoperabbiltà bejn il-pajjiżi. Din ser tiffaċilita l-kooperazzjoni transkonfinali fit-traċċar tal-armi u l-prevenzjoni tal-kummerċ illeċitu tas-SALW.
L-immarkar, ir-reġistrazzjoni u l-ġestjoni tal-ħażniet tas-SALW ser jibnu fuq l-attivitajiet reċenti u dawk attwali ta' mmarkar tas-SALW fis-sottoreġjun iffinanzjati taħt id-Deċiżjoni 2011/428/PESK u permezz tal-Istrument tal-UE li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi. Hija ser tibbenefika mill-esperjenza tal-UNREC fit-twettiq ta' attivitajiet simili fil-pajjiżi wara l-konflitti, fis-sottoreġjun.
Indikaturi tal-eżitu/tal-implimentazzjoni
(a) |
Sa 18-il sit pilota jsiru konformi mal-istandards internazzjonali għall-aħjar prattika dwar il-PSSM. |
(b) |
L-armi mhux immarkati fis-siti pilota ta' ħżin jiġu mmarkati u rreġistrati. |
(c) |
Tiġi żviluppata (jew imtejba) bażi ta' data għal kull pajjiż sabiex jiġu rreġistrati armi mmarkati u armi oħrajn. |
4.3.3. Qerda ta' ħażniet żejda ta' munizzjon u SALW
Objettivi
Jingħata kontribut għall-qerda ta' ħażniet żejda, armi li m'għadhomx jintużaw jew li huma illeċiti fil-pajjiż.
Deskrizzjoni
Taħt il-koordinazzjoni tal-UNREC, is-SALW u l-munizzjon li ġew identifikati bħala żejda, m'għadhomx jintużaw jew li huma illeċiti fl-imħażen eżaminati, ser jinqerdu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bl-assistenza teknika tal-UNMAS u l-MAG (fil-pajjiżi fejn joperaw) b'konformità mal-ISACS 05.50 u l-IATG 10.10. It-tagħmir li għandu jiġi pprovdut għall-qerda tal-armi u l-ammont ta' armi li għandhom jinqerdu ser jiddipendu mill-konklużjonijiet tal-valutazzjoni.
Indikaturi tal-eżitu/tal-implimentazzjoni
(a) |
Jinqerdu l-armi identifikati. |
(b) |
L-awtoritajiet nazzjonali fil-pajjiżi mmirati jingħataw kompetenzi prattiċi fit-tekniki tal-qerda. |
4.3.4. Ittestjar ta' teknoloġiji piloti ġodda
Objettivi
Jiġi vvalutat l-użu potenzjali ta' teknoloġiji ġodda biex jinżammu taħt sigurtà s-SALW li jissodisfaw il-ħtiġijiet tar-reġjun.
Deskrizzjoni
L-infrastruttura limitata tal-PSSM tħalli lill-pajjiż estremament vulnerabbli għal devjazzjoni tas-SALW meta dawn jinħażnu f'armeriji żgħar f'postijiet remoti, inkluż f'reġjuni konfinali volatili, u matul it-trasferiment tagħhom. F'każ ta' serq jew sakkeġġ li jiddevja l-arma lejn attur mhux Statali, l-arma ssir aċċessibbli u disponibbli għall-abbuż, jekk ma tkunx taħt sigurtà b'mod individwali.
Teknoloġiji mobbli u flessibbli ġodda jistgħu joffru soluzzjonijiet biex is-SALW ikunu taħt sigurtà b'mod effettiv f'każijiet fejn ikun hemm l-akbar riskju ta' devjazzjoni. It-teknoloġija tista' toffri soluzzjonijiet kosteffettivi adatti lill-Istati Membri li m'għandhomx infrastruttura kbira ta' sigurtà tal-armi.
L-elettronika tista' żżid livell ieħor ta' sigurtà u sikurezza għall-armi ħfief. Sistema li biha arma individwali tkun taħt sigurtà fil-punt ta' ġbir minn armerija sikura, iżżommha taħt sigurtà matul it-trasport u l-ħażna temporanja tagħha sakemm din tasal fid-destinazzjoni finali sikura tagħha, tista' tnaqqas b'mod sinifikanti r-riskju ta' devjazzjoni tal-armi f'każ ta' serq jew sakkeġġ. Sistemi elettroniċi li jillokkjaw jew jiddiżattivaw l-arma individwali matul it-trasferiment u l-ħażna temporanja jistgħu jużaw kodiċijiet diġitali, bir-radjufrekwenza jew dawk bijometriċi li jtejbu l-PSSM fl-aktar punti vulnerabbli. Kodiċijiet diġitali ma jkunux aċċessibbli matul it-trasport, peress li dawn jistgħu jiġu trasmessi lil persuni awtorizzati b'mezzi oħra ta' komunikazzjoni, bħall-posta elettronika jew l-SMS. Dawn il-mezzi ta' protezzjoni jimpedixxu lil persunal mhux awtorizzat milli juża armi ddevjati fis-suq illegali b'riżultat ta' serq jew sakkeġġ.
L-UNREC ser jagħmel valutazzjoni tal-potenzjal ta' teknoloġiji ġodda li bihom is-SALW ikunu taħt sigurtà, li jissodisfaw il-ħtiġijiet tar-reġjun permezz ta' konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet reġjonali u l-Kummissjonijiet Nazzjonali dwar is-SALW u b'kooperazzjoni mal-industrija. Ser jittieħed kont ukoll tal-esperjenza tal-pajjiżi ġirien tas-sottoreġjun fl-użu ta' teknoloġiji intelliġenti li bihom l-armi jkunu taħt sigurtà matul il-proċess tad-DDR, pereżempju l-istudju tal-każ tal-Côte d'Ivoire.
Il-valutazzjoni ser tidentifika wkoll faċilitajiet u rotot tat-trasport fil-Burkina Faso u ċ-Ċad fejn tali teknoloġija pilota tista' tiġi ttestjata. Tali ħżin ta' armi u munizzjon konvenzjonali u teknoloġija għas-sigurtà tal-armi (inkluż għat-trasport) se jiġi introdott f'erba' mħażen.
Il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni u l-attività pilota ser ikunu l-bażi għal dokument ta' gwida li jiddeskrivi pjan direzzjonali fit-tul għall-użu possibbli ta' tali teknoloġiji ġodda fl-Afrika u ser jiġu kondiviżi mal-Istati kollha fir-reġjun tas-Saħel, mal-organizzazzjonijiet reġjonali u sottoreġjonali u fil-konferenzi u l-laqgħat tekniċi internazzjonali.
Indikaturi tal-eżitu/tal-implimentazzjoni
(a) |
isir rapport dwar il-valutazzjoni tal-użu ta' teknoloġiji ġodda li jinkludi l-identifikazzjoni ta' teknoloġiji pilota li għandhom jiġu ttestjati, u ta' erba' siti pilota u rotot tat-trasport fil-Burkina Faso u ċ-Ċad. |
(b) |
jiġu ttestjati teknoloġiji pilota ġodda f'erba' siti, tnejn fil-Burkina Faso u tnejn fiċ-Ċad, u rotot tat-trasport. |
(c) |
isir rapport dwar ir-riżultati ta' attivitajiet pilota. |
4.4. Stabbiliment ta' standards nazzjonali b'konformità mal-IATG u l-ISACS
Objettivi
(a) |
Tittejjeb il-ġestjoni tal-armi u tal-munizzjon. |
(b) |
Jiġu pprovduti u vvalidati SOPs nazzjonali dwar il-PSSM li jkunu konformi mal-istandards internazzjonali għall-aħjar prattika, u għalhekk tiżdied is-sigurtà u s-sikurezza tal-ħażniet tal-armi u l-munizzjon konvenzjonali. |
Deskrizzjoni
Abbażi tal-konklużjonijiet tal-valutazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet (ara l-punt 4.2), kif ukoll tal-esperjenza miksuba matul il-valutazzjoni prattika u l-ħidma ta' riabilitazzjoni (ara l-punt 4.3), l-UNREC ser jappoġġa lill-pajjiżi benefiċjarji biex ikomplu jirrevedu, u jekk ikun meħtieġ, jiżviluppaw manwali, linji gwida u SOPs nazzjonali għall-PSSM (SOPs għall-PSSM) sabiex ikunu konformi mal-ISACS, l-IATG u l-leġislazzjoni reġjonali u sottoreġjonali. L-SOPs għall-PSSM ser ikopru wkoll l-obbligi ta' rappurtar skont l-istrumenti internazzjonali.
F'kull pajjiż, l-UNREC ser jorganizza workshops ta' validazzjoni għall-SOPs — wieħed fil-livell tekniku għoli u l-ieħor fil-livell ta' politika għoli — qabel ma l-SOPs jiġu implimentati f'livell nazzjonali. Il-programm għall-workshops ser jinkludi komponent ta' evalwazzjoni biex jiġu vvalutati l-attivitajiet differenti li jkunu diġà saru f'kull pajjiż. Bħala parti mill-proċedura ta' implimentazzjoni, ser isiru, mill-UNREC u mill-partijiet responsabbli għall-implimentazzjoni f'kull pajjiż ikkonċernat, workshops ta' taħriġ għall-ħarrieġa fejn issir l-introduzzjoni tal-SOPs il-ġodda.
Indikaturi tal-eżitu/tal-implimentazzjoni
(a) |
Jiġu żviluppati SOPs għall-PSSM għall-pajjiżi mmirati. |
(b) |
Isiru workshops fil-livell tekniku u fil-livell għoli ta' politika fis-sitt pajjiżi mmirati. |
(c) |
Ser isir workshop wieħed ta' taħriġ għall-ħarrieġa dwar l-SOPs f'kull pajjiż, b'kull wieħed ikollu sa 35 parteċipant. |
4.5. Evalwazzjoni u triq 'il quddiem
4.5.1. Evalwazzjoni reġjonali
Objettivi
(a) |
Jiġi analizzat l-impatt jew l-impatt potenzjali wara l-implimentazzjoni tal-proġett. |
(b) |
Jiġu evalwati l-miżuri kollha meħuda bħala parti mill-proġett; jiġu identifikati l-aħjar prattika, in-nuqqasijiet u l-oqsma ta' attivitajiet fil-futur. |
Deskrizzjoni
Matul iż-żmien kemm idum għaddej il-proġett, l-UNREC ser jagħmel żjarat regolari ta' segwitu fil-faċilitajiet. Permezz ta' dawk iż-żjarat l-UNREC ikun jista' jivvaluta l-użu u l-prattika maż-żmien, u l-esperti jkunu jistgħu jżommu kuntatt kontinwu mal-persunal b'kariga għolja.
Il-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet nazzjonali ser jiġu diskussi f'laqgħa reġjonali, bil-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti tas-sitt Stati tar-reġjun tas-Saħel, donaturi, aġenziji tal-CASA, organizzazzjonijiet reġjonali rilevanti (UA, ECOWAS, ECCAS, RECSA), l-esperti rilevanti mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha (inkluż mill-missjonijiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni) u s-soċjetà ċivili. Ser jiġu identifikati oqsma li fihom jista' jsir skambju tal-aħjar prattika fost il-pajjiżi tar-reġjun tas-Saħel, inklużi inizjattivi biex tittejjeb is-sorveljanza ċivili, u ser tiġi deskritta t-triq 'il quddiem għal kooperazzjoni transkonfinali futura rigward il-PSSM.
Indikaturi tal-eżitu/tal-implimentazzjoni
(a) |
Isiru żjarat u missjonijiet fil-pajjiż li jsiru mill-persunal tal-proġett taħt attivitajiet oħra jinkludu komponenti ta' evalwazzjoni u monitoraġġ. |
(b) |
Isiru missjonijiet ta' segwitu kull sitt xhur. |
(c) |
Issir laqgħa reġjonali dwar l-eżiti tal-proġett. |
4.5.2. Rapport finali
Objettivi
(a) |
Jiġi analizzat l-impatt jew l-impatt potenzjali wara l-implimentazzjoni tal-proġett u jiġi integrat ir-rispons mill-partijiet ikkonċernati u l-awtoritajiet nazzjonali. |
(b) |
Jiġu evalwati l-miżuri kollha meħuda bħala parti mill-proġett; jiġu identifikati l-aħjar prattika, in-nuqqasijiet u l-oqsma ta' attivitajiet fil-futur. |
Deskrizzjoni
L-UNREC ser iħejji rapport finali, li ser jinkludi sommarju eżekuttiv, ġabra tal-konklużjonijiet tal-workshops nazzjonali u reġjonali, il-leġislazzjoni nazzjonali, il-proċeduri amministrattivi u l-SOPs, kif ukoll il-konklużjonijiet tal-attività pilota dwar it-teknoloġija l-ġdida għall-ġestjoni tal-armi u tal-ħażniet. Dan ser jinkludi wkoll il-mudelli tal-pjani u tad-dokumenti għar-riabilitazzjoni ta' armeriji u mħażen tal-munizzjon.
Indikaturi tal-eżitu/tal-implimentazzjoni
Jiġi abbozzat u jiġi disseminat rapport finali.
5. Tul ta' żmien
It-tul ta' żmien totali stmat għall-implimentazzjoni tal-proġetti ser ikun ta' 36 xahar.
6. Benefiċjarji
Il-benefiċjarji diretti tal-proġett huma l-istituzzjonijiet nazzjonali responsabbli għall-kontroll tas-SALW u l-PSSM fil-Burkina Faso, iċ-Ċad, Mali, il-Mawritanja, in-Niġer u n-Niġerja, bħall-Ministeri tad-Difiża u ta' Sigurtà, kif ukoll il-Kummissjonijiet (jew il-Kumitati) Nazzjonali dwar is-SALW.
Il-benefiċjarji indiretti jinkludu l-popolazzjoni ċivili tas-sitt Stati tar-reġjun tas-Saħel, l-Istati ġirien u l-popolazzjoni tagħhom, l-UA, l-organizzazzjonijiet sottoreġjonali Afrikani, kif ukoll l-Istati kollha li ser jibbenefikaw mit-tagħlimiet meħuda minn dan il-proġett.
7. Entità ta' implimentazzjoni
L-attivitajiet ser jiġu implimentati mill-UNODA permezz taċ-ċentru għad-diżarm reġjonali tiegħu, l-UNREC, b'kooperazzjoni ma':
(a) |
Punti Fokali Nazzjonali u Kummissjonijiet Nazzjonali dwar l-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir tal-Burkina Faso, iċ-Ċad, Mali, il-Mawritanja, in-Niġer u n-Niġerja, |
(b) |
DPKO/UNMAS, |
(c) |
MAG, |
(d) |
Unità ta' Appoġġ bejn l-Aġenziji rigward l-ISACS, |
(e) |
Wilton Park. |
Ir-responsabbiltà aħħarija għall-implimentazzjoni ta' din l-Azzjoni vis-à-vis il-Kummissjoni għandha tkun tal-UNODA.
8. Sħubiji u sinerġiji
Matul l-implimentazzjoni tal-proġett, l-UNREC ser jorganizza laqgħat mad-Delegazzjonijiet tal-UE u mal-Ambaxxati tal-Istati Membri li jinsabu fis-sitt Stati tar-reġjun tas-Saħel u jżommhom infurmati regolarment dwar l-attivitajiet tal-proġett f'kull pajjiż. Id-Delegazzjonijiet tal-UE u r-rappreżentanti tal-Istati Membri ser ikunu infurmati minn qabel dwar l-attivitajiet tal-proġett (pereżempju l-workshops) u ser ikunu mistiedna biex jieħdu sehem. L-UNREC ser jikkonsulta u jikkoopera wkoll, kif meħtieġ, mal-missjonijiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni tal-UE — il-EUCAP Sahel Niger u l-EUCAP Sahel Mali,.
Barra minn hekk, l-UNREC ser jikkoordina ma' sħab oħrajn biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi u jiġu identifikati oqsma ta' kollaborazzjoni u komplementarjetà li jappoġġaw l-objettivi tal-proġett. Uħud minn dawn is-sħab jinkludu: l-UA, l-organizzazzjonijiet reġjonali Afrikani (inklużi ECOWAS, ECCAS, RECSA), in-NATO, it-Timijiet tan-NU Speċifiċi għall-Pajjiż, l-UNODC, is-sħab tekniċi u finanzjarji involuti fil-qasam tas-sigurtà, NGOs internazzjonali (inklużi Small Arms Survey, Handicap International, Parliamentary Forum on Small Arms and Light Weapons u Parliamentarians for Global Action) il-Grupp Multinazzjonali dwar l-Armi Ħfief u l-Munizzjon (MSAG — Multinational Small Arms and Ammunition Group) u l-industrija.
Fl-aħħar nett, l-UNREC u s-sħab l-oħrajn fl-implimentazzjoni ser jikkonsultaw l-entitajiet involuti fl-investigazzjoni ta' devjazzjoni u traffikar, fost l-oħrajn permezz tal-insegwiment u t-traċċar ta' SALW u munizzjon illeċiti fir-reġjun tas-Saħel, inkluż esperti minn Bordijiet ta' Esperti tan-NU li jissorveljaw l-embargo fuq l-armi, esperti dwar l-armi affiljati mal-operazzjonijiet tan-NU ta' appoġġ għall-paċi, Small Arms Survey u Conflict Armament Research (mekkaniżmu ta' monitoraġġ globali “iTrace”, appoġġat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/698/PESK). L-UNREC ser jinkoraġġixxi wkoll lill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi benefiċjarji biex jagħmlu użu mis-Sistema ta' Ġestjoni tar-Reġistrar u t-Traċċar ta' Armi Illeċiti tal-INTERPOL (“iARMS”) iffinanzjata mill-UE.
9. Aġenzija ta' implimentazzjoni: raġunament tal-għażla
L-UNODA għandu rwol ċentrali fil-promozzjoni tal-isforzi tad-diżarm fil-qasam tal-armi konvenzjonali, bħas-SALW. Huwa għandu rwol prinċipali fil-promozzjoni tal-implimentazzjoni effettiva tal-oqfsa normattivi nnegozjati b'mod multilaterali bħall-Programm ta' Azzjoni tan-NU dwar is-SALW u tal-Istrument Internazzjonali ta' Traċċar, fil-livell nazzjonali, reġjonali u dak globali. L-Unjoni tfittex li tkompli bil-kooperazzjoni għammiela mal-UNODA.
L-UNREC, li huwa parti mill-UNODA, għandu esperjenza twila fl-għoti ta' appoġġ lill-Istati u s-soċjetà ċivili tas-Saħel fl-implimentazzjoni min-naħa tagħhom ta' strumenti internazzjonali u reġjonali għall-kontroll tas-SALW, b'konformità mal-mandat li huwa ngħata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU biex jipprovdi, fuq talba, appoġġ sostantiv għal inizjattivi u sforzi oħra tal-Istati Membri tar-reġjun Afrikan favur it-twettiq ta' miżuri għall-paċi, ir-restrizzjoni tal-armi u d-diżarm fir-reġjun (Riżoluzzjoni 40/151 G, 16 ta' Diċembru 1985). L-UNREC diġà kellu taħditiet mal-pajjiżi benefiċjarji potenzjali sabiex jintlaħaq qbil magħhom u għandu proġetti għaddejjin rigward il-kontroll tal-armi fi tliet pajjiżi minn dawk fil-mira. Għalhekk huwa jinsab għalkollox f'pożizzjoni li jimplimenta din id-Deċiżjoni.
10. Viżibbiltà tal-UE
L-UNREC ser jieħu l-miżuri kollha adatti biex jippubbliċizza l-fatt li l-Azzjoni tkun ġiet iffinanzjata mill-Unjoni Ewropea. Tali miżuri ser jitwettqu b'konformità mal-Manwal dwar il-Kommunikazzjoni u l-Viżibbiltà għall-Azzjonijiet Esterni tal-Unjoni Ewropea stabbilit u ppubblikat mill-Kummissjoni, u ma' kull linja gwida oħra li ntlaħaq qbil dwarha bejn il-Kummissjoni u n-NU.
Qafas ta' żmien indikattiv
Tul ta' żmien totali: 36 xahar
Attività |
Qafas ta' żmien propost |
||
|
Jannar – Marzu 2015 (konferenza fi Frar 2015) |
||
|
Jannar – Diċembru 2015 |
||
|
Jannar – Settembru 2015 |
||
|
Ottubru – Diċembru 2015 |
||
|
Lulju 2015 – Ġunju 2017 |
||
|
Lulju 2015 – Ġunju 2017 |
||
|
Lulju 2015 – Ġunju 2017 |
||
|
Lulju 2015 – Ġunju 2017 |
||
|
Jannar – Ġunju 2017 |
||
|
Jannar – Diċembru 2017 |
||
|
Lulju – Diċembru 2017 |
||
|
Lulju – Diċembru 2017 |
||
|
Ottubru – Diċembru 2017 |
(1) Il-Burkina Faso, Mali, in-Niġer u n-Niġerja huma Stati Partijiet għall-Konvenzjoni tal-ECOWAS.
(2) Iċ-Ċad irratifika l-Konvenzjoni ta' Kinxasa fit-8 ta' Awwissu 2012.