Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0832

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 832/2012 tas- 17 ta’ Settembru 2012 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ klorur tal-ammonju bħala addittiv fl-għalf għall-ħrief għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Latochema Co Ltd) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 251, 18.9.2012, pp. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/09/2023; Imħassar b' 32023R1710

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/832/oj

18.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/27


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 832/2012

tas-17 ta’ Settembru 2012

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ klorur tal-ammonju bħala addittiv fl-għalf għall-ħrief għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Latochema Co Ltd)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni bħal din.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-klorur tal-ammonju. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-klorur tal-ammonju, kif speċifikat fl-Anness, bħala addittiv fl-għalf għall-ħrief għat-tismin, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), fl-opinjoni tagħha tal-31 ta’ Jannar 2012 (2) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet ta’ użu proposti u għal perjodu limitat ta’ għalf, il-preparazzjoni ta’ klorur tal-ammonju, kif speċifikat fl-Anness, ma għandhiex effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent, u li l-użu tagħha jista’ jnaqqas il-valur ta’ pH fl-urina fil-ħrief għat-tismin. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ għal wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv għall-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni tal-klorur tal-ammonju, kif speċifikata fl-Anness turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tappartjeni għall-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u għall-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali, suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)   EFSA Journal 2012; 10(2):2569.


ANNESS

In-numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta’ annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg tal-addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Il-kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (tnaqqis tal-pH fl-urina)

4d7

Latochema

Co Ltd

Klorur tal-ammonju

 

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Klorur tal-ammonju ≥ 99,5 %

(Għamla solida)

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Klorur tal-ammonju ≥ 99,5 %

NH4Cl Nru tal-CAS: 12125-02-9

Klorur tas-sodju ≤ 0,5 %

Magħmul b’sinteżi kimika

 

Metodu ta’ Analiżi  (1)

Kwantifikazzjoni ta’ klorur tal-ammonju fl-addittiv fl-għalf: titrazzjoni bl-idrossidu tas-sodju (Pharmacopoeia Ewropea, monografija 0007) jew titrazzjoni man-nitrat tal-fidda (monografija JECFA”klorur tal-ammonju”).

Ħrief għat-tismin

10 000

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f’forma ta’ taħlita minn qabel.

2.

Għas-sikurezza: waqt l-immaniġġar għandhom jintużaw protezzjoni għan-nifs, protezzjoni għall-għajnejn, ingwanti, u lbies protettiv.

3.

Għalf li jkun fih l-addittiv m’għandux jingħata għal perjodu itwal minn tliet xhur.

It-8 ta’ Ottubru 2022


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


Top