Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1545

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1545/2007 ta’ l- 20 ta’ Diċembru 2007 li jiffissa l-kwantità komplimentarja ta’ zokkor tal-kannamieli mhux raffinat fl-Istati ta’ l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (AKP) u fl-Indja għall-provvista fir-raffineriji għall-perjodu mill- 1 ta’ Ottubru 2007 sat- 30 ta’ Settembru 2008

ĠU L 337, 21.12.2007, p. 67–67 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1545/oj

21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/67


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1545/2007

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

li jiffissa l-kwantità komplimentarja ta’ zokkor tal-kannamieli mhux raffinat fl-Istati ta’ l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (AKP) u fl-Indja għall-provvista fir-raffineriji għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2007 sat-30 ta’ Settembru 2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 318/2006 ta’ l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u partikolarment it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 29(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 29(4) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jistipula li, matul is-snin tal-kummerċ 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009, u sabiex tkun żgurata provvista adegwata lir-raffineriji Komunitarji, id-dazji fuq l-importazzjoni fuq kwantità komplementarja ta’ l-importazzjonijiet taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat li joriġinaw fl-Istati msemmija fl-Anness VI ta’ dak ir-Regolament, għandhom jiġu sospiżi.

(2)

Dik il-kwantità komplementarja għandha tiġi kkalkulata skond l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta’ Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin tal-kummerċ 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 għall-importazzjoni u r-raffinar tal-prodotti tas-settur taz-zokkor skond ċerti kwoti tariffarji u ftehimiet preferenzjali [traduzzjoni mhux uffiċjali] (2), fuq bażi ta’ previżjoni Komunitarja ta’ bilanċ ta’ provvista għaz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat. Għas-sena kummerċjali 2007/2008, il-bilanċ jindika l-ħtieġa għall-importazzjoni ta’ kwantità komplementarja ta’ zokkor tal-kannamieli mhux raffinat sabiex jintlaħqu l-bżonnijiet ta’ provvista tar-raffineriji Komunitarji.

(3)

Biex ikun żgurat li r-raffineriji fi ħdan il-Komunità jkollhom provvista suffiċjenti ta’ zokkor għall-bżonnijiet ta’ provvista tradizzjonali tagħhom, il-kwantità komplementarja għandha tkun allokata bejn il-pajjiżi terzi ikkonċernati b'tali mod li kunsinna sħiħa tkun żgurata. Għall-Indja, huwa kkunsidrat xieraq li tinżamm il-kwantità inizjali ta’ 10 000 tunnellata. Rigward il-bqija tal-bżonn ta’ provvista, kwantità globali għandha tiġi stabbilita għall-Istati AKP, li flimkien impenjaw ruħhom li jimplimentaw huma stess proċeduri għall-allokazzjoni tal-kwanititajiet sabiex tkun żgurata provvista adegwata lir-raffineriji.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma f'konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2007 sat-30 ta’ Settembru 2008, il-kwantità komplementarja taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat lest għar-raffinar li taqa’ taħt il-kodiċi NM 1701 11 10, kif imsemmija fl-Artikolu 29(4) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, għandha tkun:

(a)

70 000 tunnellata espressi f’ekwivalenti ta’ zokkor abjad li joriġina fl-Istati elenkati fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 minbarra l-Indja;

(b)

10 000 tunnellata espressi f'ekwivalenti ta’ zokkor abjad li joriġina fl-Indja.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolamet kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1. Ir-Regolamet kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 371/2007 (ĠU L 92, 3.4.2007, p. 6).


Top