EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1536

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1536/2007 ta’ l- 20 ta’ Diċembru 2007 li jniedi reviżjoni ta’ esportatur ġdid tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1659/2005 li jimponi dazju definittiv ta’ l- antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti biks tal-magnesia li joriġinaw, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li jirrevoka d-dazju fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet minn esportatur wieħed f’dan il-pajjiż u li jagħmel dawn l-importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni

ĠU L 337, 21.12.2007, p. 42–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/10/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1536/oj

21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/42


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1536/2007

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

li jniedi reviżjoni ta’ “esportatur ġdid” tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1659/2005 li jimponi dazju definittiv ta’ l-antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti biks tal-magnesia li joriġinaw, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li jirrevoka d-dazju fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet minn esportatur wieħed f’dan il-pajjiż u li jagħmel dawn l-importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku” (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   TALBA GĦAL REVIŻJONI

(1)

Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għal reviżjoni ta’ “esportatur ġdid” skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. L-applikazzjoni tressqet minn Yingkou Dalmond Refractories Co. Ltd. (“l-applikant”), produttur esportatur fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”).

B.   PRODOTT

(2)

Il-prodott li jinsab taħt reviżjoni huwa briks tal-magnesia mhux sottoposti għan-nar, li l-komponent tagħhom tal-magnesia fih mill-inqas 80 % Mgo, kemm jekk fih magnesite li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u kemm jekk le (“il-prodott ikkonċernat”), attwalment disponibbli fi ħdan il-kodiċi NM ex 6815 91 00, ex 6815 99 10 u ex 6815 99 90 (il-kodiċi TARIC 6815910010, 6815991020 u 6815999020). Dawn il-kodiċi NM qed jingħataw biss għat-tagħrif.

C.   MIŻURI ATTWALI

(3)

Il-miżuri attwalment fis-seħħ huma dazju definittiv ta’ l-antidumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1659/2005 (2) li skond huwa l-importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodott ikkonċernat li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u inkluż il-prodott ikkonċernat prodott mill-applikant, huma suġġetti għal dazju definittiv ta’ l-antidumping ta’ 39.9 % bl-eċċezzjoni ta’ bosta kumpaniji msemmija b’mod speċjali li huma soġġetti għal rati ta’ dazju individwali.

D.   RAĠUNIJIET GĦAR-REVIŻJONI

(4)

L-applikant qiegħed jallega li huwa jopera taħt il-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq kif definit fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, jew bħala alternattiva jiddikjara trattament individwali skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, li huwa ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità tul il-perjodu ta’ investigazzjoni, li fuq kienu bbażati l-miżuri ta’ l-antidumping, jiġifieri l-perjodu mill-1 ta’ April 2003 sal-31 ta’ Marzu 2004 (“l-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali”) u li dan ma huwa relatat ma’ l-ebda produttur esportatur tal-prodott soġġett għall-miżuri ta’ l-antidumping imsemmija hawn fuq.

(5)

L-applikant ulterjorment jallega li beda jesporta l-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità wara tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali.

E.   PROĊEDURA

(6)

Il-produtturi tal-Komunità magħrufa li huma kkonċernati kienu informati bl-applikazzjoni ta’ hawn fuq u ngħataw l-opportunità li jikkumentaw.

(7)

Wara li eżaminat l-evidenza disponibbli, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm evidenza biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ reviżjoni ta’ “sportatur ġdid” skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, bil-ħsieb li jiġi ddeterminat jekk l-applikant huwiex jopera taħt kondizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq kif definit fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku jew alternattivament jekk l-applikant jissodisfax ir-rekwiżiti li jkollu dazju individwali stabbilit skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku u, jekk huwa hekk, il-marġini individwali ta’ dumping ta’ l-applikant u, kemmildarba jinstab li seħħ id-dumping, il-livell ta’ dazju li għalih għandhom ikunu soġġetti l-importazzjoni tal-prodotti kkonċernati lejn il-Komunità.

(8)

Jekk jiġi deċiż li l-applikant jissodisfa r-rekwiżiti biex jiġi stabbilit dazju individwali, jista’ jkun hemm bżonn li ssir emenda fuq ir-rata ta’ dazju applikabbli bħalissa għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-kumpaniji mhux imsemmija individwalment fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1659/2005.

(a)

Kwestjonarji

Sabiex tikseb tagħrif li tqis bħala meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-applikant.

(b)

Il-ġbir ta’ tagħrif u s-smigħ ta’ seduti

Il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna biex jgħarrfu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u biex jipprovdu evidenza ta’ sostenn.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tisma’ lill-partijiet interessati, dejjem jekk jagħmlu talba bil-miktub li turi li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu.

Qed tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċizzju tal-parti l-kbira tad-drittijiet proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku jiddependu minn jekk il-parti tippreżentax ruħha matul il-perjodu stipulat mir-Regolament attwali.

(ċ)

Stat ta’ ekonomija tas-suq

Fl-eventwalità li l-applikant jipprovdi biżżejjed evidenza li turi li huwa jopera taħt kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq, jiġifieri li jissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, il-valur normali jkun iddeterminat skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, għandhom jintbagħtu talbiet ssostanzjati kif xieraq fil-limitu taż-żmien speċifiku stabbilit fl-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni se tibgħat formoli ta’ talba lill-applikant, kif ukoll lill-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

(d)

Għażla tal-pajjiż b’ekonomija tas-suq

Fl-eventwalità li l-applikant ma jingħatax stat ta’ ekonomija tas-suq imma jissodisfa r-rekwiżiti li jkollu dazju individwali stabbilit skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, jintuża pajjiż addattat b’ekonomija tas-suq għall-fini li jiġi stabbilit valur normali fir-rigward tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni bi ħsiebha terġa’ tuża lill-Istati Uniti ta’ l-Amerika għal dan il-għan kif kien sar fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni ta’ miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna biex jikkummentaw dwar kemm din l-għażla hija xierqa, fil-limitu taż-żmien speċifiku stabbilit fl-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament.

Barra minn hekk, fl-eventwalità li l-applikant jingħata stat ta’ ekonomija tas-suq, il-Kummissjoni tista’, jekk ikun hemm bżonn, tuża’ wkoll sejbiet li jikkonċernaw il-valur normali stabbilit f’pajjiż addattat b’ekonomija tas-suq, eż. għall-fini li jinbidlu kull elementi ta’ spiża jew prezz li mhux affidabbli fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li huma meħtieġa biex jiġi stabbilit il-valur normali, jekk ma tkunx disponibbli d-data affidabbli meħtieġa fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Il-Kummissjoni bi ħsiebha tuża lill-Istati Uniti ta’ l-Amerika għal dan il-għan ukoll.

F.   REVOKA TAD-DAZJU FIS-SEĦĦ U REĠISTRAZZJONI TA’IMPORTAZZJONIJIET

(9)

Skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, id-dazju ta’ l-anti-dumping fis-seħħ għandu jiġi revokat fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li huma prodotti u mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mill-applikant. Fl-istess ħin, dawn l-importazzjonijiet għandhom isiru bil-kundizzjoni ta’ reġistrazzjoni b’konformità ma’ l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, sabiex jiġi żgurat li jekk fir-riżultat tar-reviżjoni jinstab dumping fir-rigward ta’ l-applikanti, id-dazji anti-dumping jistgħu jiġu intaxxati retroattivament mid-data tal-bidu ta’ din ir-reviżjoni. L-ammont li għalih huwa responsabbli l-applikant ma jistax jiġi stmat f’dan l-istadju tal-proċediment.

G.   LIMITI TA’ ŻMIEN

(10)

Fl-interess ta’ amministrazzjoni sana, għandhom jiġu stabbiliti limiti ta’ żmien li matulhom:

il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu lilhom infushom magħrufa lill-Kummissjoni, jippreżentaw il-perspettivi tagħhom bil-miktub u jressqu t-tweġibiet għall-kwestjonarju msemmi fl-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament jew jipprovdu kwalunkwe tagħrif ieħor li għandu jitqies waqt l-investigazzjoni,

il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu talba bil-miktub biex jinstemgħu mill-Kummissjoni,

il-partijiet interessati fl-investigazzjoni jistgħu jikkummentaw dwar l-adegwadezza ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika li, fl-eventwalità li l-applikant ma jingħatax status ta’ ekonomija tas-suq, tkun meqjusa bħala pajjiż b’ekonomija tas-suq għall-għan li jiġi stabbilit valur normali fir-rigward tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina,

l-applikant jista’ jressaq talba sostanzjata kif xieraq għal stat ta’ ekonomija tas-suq.

H.   NUQQAS TA’ KOOPERAZZJONI

(11)

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fil-limiti ta’ żmien, jew tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

(12)

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni għandha titwarrab u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss b’mod parzjali, u jsir użu mill-fatti disponibbli, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.

I.   L-IPPROĊESSAR TA’ DATA PERSONALI

(13)

Jekk jogħġbok kun af li kull data personali miġbura f’din l-investigazzjoni se tkun ittrattata skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ l-individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (3).

J.   UFFIĊJAL TAS-SEDUTA

(1)

(14)Huwa wkoll osservat li jekk partijiet interessati jqisu li qed jiltaqgħu ma’ diffikultajiet fl-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom ta’ difiża, jistgħu jirrikjedu l-intervent ta’ l-Uffiċjal tas-Smigħ tad-DĠ “Kummerċ”. Huwa jaġixxi bħala punt komuni tal-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, u joffri, fejn meħtieġ, medjazzjoni fuq kwistjonijiet proċedurali li jaffetwaw il-protezzjoni ta’ l-interessi tagħhom f’dan il-proċediment, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajl, kunfidenzjalità, estensjoni tal-limiti ta’ żmien u t-trattament tal-preżentazzjoni bil-miktub jew bil-fomm ta’ l-opinjonijiet. Għal aktar tagħrif u dettalji ta’ kuntatt, partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web ta’ l-Uffiċjal tas-Seduta fil-websajt tad-DĠ Kummerċ (http://ec.europa.eu/trade),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Permezz ta’ dan ta’ hawnhekk qed titnieda reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1659/2005 skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 sabiex jiġi ddetermiat jekk u sa liema punt l-importazzjonijiet ta’ briks tal-magnesia mhux sottoposti għan-nar, li għandhom il-komponent tagħhom tal-magnesia li fih mill-inqas 80 % MgO, kemm jekk fihom il-magnesite u kemm jekk le, li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 6815 91 00, ex 6815 99 10 u ex 6815 99 90 (il-kodiċi TARIC 6815910010, 6815991020 u 6815999020) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, prodotti u mibjugħa minn Yingkou Dalmond Refractories Co. Ltd. (kodiċi addizzjonali TARIC A 853) għandhomx ikunu suġġetti għad-dazju ta’ l-antidumping impost mir-Regolament (KE) Nru 1659/2005.

Artikolu 2

Id-dazju ta’ l-antidumping impost mir-Regolament (KE) Nru 1659/2005 huwa revokat permezz ta’ dan ta’ hawnhekk fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet identifikati fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

L-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri huma b’dan ordnati, skond l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, biex jieħdu l-passi meħtieġa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet identifikati fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament. Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

1.   Il-partijiet interessati, biex jitqiesu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom matul l-investigazzjoni, iridu jippreżentaw ruħhom lill-Kumissjoni, iressqu fehmiethom bil-miktub u jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju msemmi fil-premessa 8(a) ta’ dan ir-Regolament jew kwalunkwe informazzjoni oħra, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, fi żmien 40 ġurnata mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Il-partijiet interessati jistgħu wkoll japplikaw bil-miktub biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fi żmien l-istess limitu ta’ 40 jum.

2.   Il-partijiet involuti fl-investigazzjoni jistgħu jkunu jridu jikkummentaw dwar jekk l-Istati Uniti ta’ l-Amerika hijiex xierqa li titqies bħala pajjiż terz b’ekonomija tas-suq għall-għan li jiġi stabbilit valur normali fir-rigward tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u għandhom iressqu l-kummenti tagħhom fi żmien għaxart ijiem mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.   Talba issostanzjata kif suppost għal tarttament ta’ ekonomija tas-suq trid tasal għand il-Kummissjoni fi żmien 21 jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

4.   Is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati għandhom isiru bil-miktub (mhux b’format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f’dan ir-Regolament, it-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-korrispondenza mogħtija mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandhom ikunu ttikkettjati bħala “Limitat  (4)” u, skond l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, għandhom ikunu akkumpanjati b’verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun ittikkettjata “ĦALL-SPEZZJONI MILL-PARTIJIET INTERESSATI”

Kull informazzjoni li għandha x’taqsam mal-kwistjoni u/jew kwalunkwe talba għal seduta għandha tintbagħat f’l-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate General for Trade

Directorate H

Office: J-79 4/23

B-1049 Brussels

Fax (32 2) 295 65 05

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU L 267, 12.10.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(4)  Dan ifisser li d-dokument huwa għal użu intern biss. Huwa protett skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skond l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 384/96 u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni ta’ l-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim ta’ l-Antidumping).


Top