Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0026

    Kawża C-26/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – Santogal M-Comércio e Reparação de Automóveis Lda vs Autoridade Tributária e Aduaneira (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 138(2)(a) — Kundizzjonijiet għall-eżenzjoni ta’ kunsinna intra-Komunitarja ta’ mezz ta’ trasport ġdid — Residenza tax-xerrej fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni — Reġistrazzjoni provviżorja fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni — Riskju ta’ frodi fiskali — Bona fide tal-bejjiegħ — Obbligu ta’ diliġenza tal-bejjiegħ)

    ĠU C 277, 21.8.2017, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 277/12


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – Santogal M-Comércio e Reparação de Automóveis Lda vs Autoridade Tributária e Aduaneira

    (Kawża C-26/16) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 138(2)(a) - Kundizzjonijiet għall-eżenzjoni ta’ kunsinna intra-Komunitarja ta’ mezz ta’ trasport ġdid - Residenza tax-xerrej fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni - Reġistrazzjoni provviżorja fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni - Riskju ta’ frodi fiskali - Bona fide tal-bejjiegħ - Obbligu ta’ diliġenza tal-bejjiegħ))

    (2017/C 277/16)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Santogal M-Comércio e Reparação de Automóveis Lda

    Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 138(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KEE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, jipprekludi li dispożizzjonijiet nazzjonali jissuġġettaw l-eżenzjoni ta’ kunsinna intra-Komunitarja ta’ mezz ta’ trasport ġdid għall-kundizzjoni li x-xerrej ta’ dan il-mezz ta’ trasport ikun stabbilit jew jirresjedi fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni tal-imsemmi mezz ta’ trasport.

    2)

    L-Artikolu 138(2)(a) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni ta’ kunsinna ta’ mezz ta’ trasport ġdid ma tistax tiġi rrifjutata fl-Istat Membru ta’ kunsinna għas-sempliċi raġuni li dan il-mezz ta’ trasport ikun ġie ssuġġettat għal reġistrazzjoni provviżorja biss fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni.

    3)

    L-Artikolu 138(2)(a) tad-Direttiva 2006/112 jipprekludi li l-bejjiegħ ta’ mezz ta’ trasport ġdid, ittrasportat mix-xerrej lejn Stat Membru ieħor u rreġistrat provviżorjament f’dan l-aħħar Stat, ikun ulterjorment marbut li jħallas it-taxxa fuq il-valur miżjud meta ma jkunx stabbilit li s-sistema ta’ reġistrazzjoni provviżorja tkun intemmet u li t-taxxa msemmija kienet tħallset, jew kienet ser titħallas fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni.

    4)

    L-Artikolu 138(2)(a) tad-Direttiva 2006/112 kif ukoll il-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ proporzjonalità u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jipprekludu li l-bejjiegħ ta’ mezz ta’ trasport ġdid, ittrasportat mix-xerrej lejn Stat Membru ieħor u rreġistrat provviżorjament f’dan l-aħħar Stat, ikun ulterjorment marbut li jħallas it-taxxa fuq il-valur miżjud f’każ ta’ frodi fiskali mix-xerrej, sakemm ma jiġix stabbilit, fid-dawl ta’ provi oġġettivi, li l-imsemmi bejjiegħ kien jaf jew kellu jkun jaf li t-tranżazzjoni kienet involuta fi frodi mwettqa mix-xerrej u li dan ma ħax il-miżuri raġonevoli kollha possibbli sabiex jevita l-parteċipazzjoni tiegħu f’din il-frodi. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dan huwiex il-każ abbażi ta’ evalwazzjoni globali tal-elementi u taċ-ċirkustanzi ta’ fatt kollha tal-kawża prinċipali.


    (1)  ĠU C 136, 18.04.2016.


    Top