This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CA0058
Case C-58/15: Judgment of the Court (Sixth Chamber) of 23 December 2015 (request for a preliminary ruling from the Bayerischer Verwaltungsgerichtshof — Germany) — Firma Theodor Pfister v Landkreis Main-Spessart (Reference for a preliminary ruling — Agriculture — Health inspections — Official feed and food controls — Financing of controls — Inspection costs relating to slaughter — Regulation (EC) No 882/2004 — Directive 85/73/EEC — Possibility of levying fees covering the actual cost of inspection, exceeding the fees set by that directive)
Kawża C-58/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof – il-Ġermanja – Firma Theodor Pfister vs Landkreis Main-Spessart (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Agrikoltura — Spezzjonijiet sanitarji — Kontrolli uffiċjali fuq għalf u ikel — Finanzjament tal-kontrolli — Spejjeż tal-ispezzjoni marbuta mal-operazzjonijiet tal-qatla — Regolament (KE) Nru 882/2004 — Direttiva 85/73/KEE — Possibbiltà li jiġi impost ammont li jkopri l-ispiża reali tal-ispejjeż ta’ spezzjoni, superjuri għall-ammont tat-tariffi stabbiliti minn din id-direttiva)

ĠU C 68, 22.2.2016, p. 19–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 68/19 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof – il-Ġermanja – Firma Theodor Pfister vs Landkreis Main-Spessart
(Kawża C-58/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Spezzjonijiet sanitarji - Kontrolli uffiċjali fuq għalf u ikel - Finanzjament tal-kontrolli - Spejjeż tal-ispezzjoni marbuta mal-operazzjonijiet tal-qatla - Regolament (KE) Nru 882/2004 - Direttiva 85/73/KEE - Possibbiltà li jiġi impost ammont li jkopri l-ispiża reali tal-ispejjeż ta’ spezzjoni, superjuri għall-ammont tat-tariffi stabbiliti minn din id-direttiva))
(2016/C 068/23)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bayerischer Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Firma Theodor Pfister
Konvenuti: Landkreis Main-Spessart
Dispożittiv
It-tieni frażi tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 27(3) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006, tal-20 ta’ Novembru 2006, għandha tiġi interpretata fis-sens li tawtorizza, għall-perijodu tranżitorju tas-sena 2007, l-impożizzjoni ta’ tariffi għall-ispejjeż li rriżultaw mill-ispezzjonijiet u mill-kontrolli fil-qasam sanitarju tal-laħam li jkopru l-ispejjeż imħallsa mill-awtorità kompetenti, fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 85/73/KEE, tad-29 ta’ Jannar 1985, fuq l-iffinanzjament tal-ispezzjonijiet tas-saħħa u l-kontroll fuq il-laħam frisk u tat-tjur [koperti bid-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE, 90/675/KEE u 91/496/KEE], kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/79/KE, tat-18 ta’ Diċembru 1997.