Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022L2438

Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2438 tat-12 ta’ Diċembru 2022 li temenda d-Direttiva 93/49/KEE u d-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/98/UE fir-rigward tal-pesti regolati mhux ta’ kwarantina fl-Unjoni fuq il-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti ornamentali, il-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u l-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott

C/2022/9217

ĠU L 319, 13.12.2022, pp. 54–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_impl/2022/2438/oj

13.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 319/54


DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2438

tat-12 ta’ Diċembru 2022

li temenda d-Direttiva 93/49/KEE u d-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/98/UE fir-rigward tal-pesti regolati mhux ta’ kwarantina fl-Unjoni fuq il-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti ornamentali, il-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u l-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjali tal-propagazzjoni tal-pjanti ornamentali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5) tagħha,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (3)jistabbilixxi lista ta’ pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni, ta’ pesti ta’ kwarantina f’żoni protetti u ta’ pesti rregolati mhux ta’ kwarantina fl-Unjoni (“RNQPs”). Jistabbilixxi wkoll ir-rekwiżiti għall-introduzzjoni fl-Unjoni u għall-moviment fiha, ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra sabiex jipprevjeni d-dħul, l-istabbiliment u t-tixrid ta’ dawk il-pesti fit-territorju tal-Unjoni.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 ġie emendat dan l-aħħar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2285 (4) biex jiġi aġġornat l-istatus fitosanitarju ta’ ċerti pesti u, fejn xieraq, jiġu emendati l-miżuri speċifiċi kontra dawk il-pesti. Għal raġunijiet ta’ konsistenza fir-rigward tal-emendi li jikkonċernaw dawk il-pesti, jenħtieġ li l-elementi l-ġodda jiġu riflessi wkoll fid-Direttiva tal-Kummissjoni 93/49/KEE (5) u fid-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/98/UE (6).

(3)

Il-Pseudomonas syringae pv. actinidiae Takikawa, Serizawa, Ichikawa, Tsuyumu & Goto ġie elenkat fil-Parti D tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 b’rabta mal-materjal ta’ propagazzjoni tal-pjanti ornamentali, minħabba li jissodisfa r-rekwiżiti biex jiġi elenkat bħala RNQP. Għalhekk huwa ġġustifikat li dak il-pest jiġi elenkat fl-Anness tad-Direttiva 93/49/KEE.

(4)

Il-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld ġie elenkat fil-Partijiet D u J tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 fir-rigward tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti ornamentali u tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott rispettivament, minħabba li jissodisfa r-rekwiżiti biex jiġi elenkat bħala RNQP. Għalhekk huwa ġġustifikat li dak il-pest jiġi elenkat fl-Anness tad-Direttiva 93/49/KEE u fl-Anness II tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/98/UE.

(5)

Jeħtieġ ukoll li jiġu inklużi miżuri fid-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/98/UE kontra l-preżenza tal-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld fuq ċerti pjanti għat-tħawwil użati bħala materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott.

(6)

Il-Candidatus Phytoplasma australiense Davis et al. ġie elenkat bħala pest ta’ kwarantina fl-Unjoni fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 u tneħħa mil-lista tal-RNQPs tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li dak il-pest jitneħħa wkoll mil-lista tal-RNQPs tal-Anness I tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/98/UE u mill-Anness IV ta’ dik id-Direttiva fir-rigward tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott tal-Fragaria L.

(7)

Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/98/UE tistabbilixxi r-rekwiżit li l-materjal prebażiku, bażiku, iċċertifikat u Conformitas Agraria Communitatis (CAC), permezz ta’ spezzjoni viżwali fil-faċilitajiet, l-għelieqi u l-lottijiet, għandu jinstab ħieles mill-RNQPs elenkati fl-Annessi I u II ta’ dik id-Direttiva, u soġġett għar-rekwiżiti tal-Anness IV, fir-rigward tal-ġeneru jew tal-ispeċi kkonċernata.

(8)

Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 fir-rigward taż-żoni stabbiliti bħala ħielsa mill-pesti, eċċezzjoni mir-rekwiżit għall-ispezzjoni viżwali, għall-kampjunar u għall-ittestjar ta’ materjal prebażiku, bażiku, iċċertifikat u CAC jenħtieġ li tiġi introdotta wkoll fid-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/98/UE.

(9)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/925 (7) awtorizzat temporanjament lil ċerti Stati Membri biex jiċċertifikaw materjal prebażiku li jappartjeni għal ċerti speċijiet ta’ pjanti tal-frott u li jiġi prodott fl-għelieqi fil-miftuħ f’kundizzjonijiet mingħajr protezzjoni mill-insetti. L-awtorizzazzjoni li ngħatat lil Franza f’dan ir-rigward skadiet fil-31 ta’ Diċembru 2018. Il-parti “ir-rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post tal-produzzjoni, jew għaż-żona” fit-Taqsima 4 tal-Anness IV tad-Direttiva ta’ implimentazzjoni 2014/98/UE, fir-rigward tal-materjal prebażiku tas-Cydonia oblonga Mill. jenħtieġ għalhekk li titħassar biex tirrifletti l-iskadenza tal-validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni.

(10)

Mill-adozzjoni tad-Direttiva ta’ implimentazzjoni 2014/98/UE, l-esperjenza tal-Istati Membri wriet li l-miżuri kontra l-Candidatus Phytoplasma pyri Seemüller & Schneider għall-iskwalifika ta’ lottijiet sħaħ ta’ materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u ta’ pjanti tal-frott mill-kummerċjalizzazzjoni mal-identifikazzjoni ta’ materjal ta’ propagazzjoni u ta’ pjanti tal-frott sintomatiċi fis-sit tal-produzzjoni, huma sproporzjonati għar-riskju fitosanitarju rispettiv. Id-Direttiva ta’ implimentazzjoni 2014/98/UE jenħtieġ li tiġi emendata biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-miżuri riveduti ta’ ġestjoni tar-riskju fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 kontra l-Candidatus Phytoplasma pyri Seemüller & Schneider. Jenħtieġ li kull materjal ta’ propagazzjoni u pjanti tal-frott sintomatiċi jitneħħew u jinqerdu minnufih.

(11)

F’konformità mal-Artikolu 32 tad-Direttiva ta’ implimentazzjoni 2014/98/UE, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, sal-31 ta’ Diċembru 2022, il-kummerċjalizzazzjoni fit-territorju tagħhom tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott prodotti minn pjanti omm prebażiċi, bażiċi u ċċertifikati jew minn materjal CAC li kienu jeżistu qabel l-1 ta’ Jannar 2017 anki jekk dak il-materjal jew dawk il-pjanti tal-frott ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni. L-esperjenza tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni wriet li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni tal-Unjoni għall-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott ma jkoprix iċ-ċertifikazzjoni taż-żrieragħ u tan-nebbieta. Għalhekk, jenħtieġ li l-miżuri tranżizzjonali attwali jkomplu japplikaw biss għall-produzzjoni taż-żrieragħ u n-nebbieta, minħabba ż-żmien meħtieġ biex dawk il-materjali jadattaw għar-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva. Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fil-kummerċ ta’ dawk il-materjali, jenħtieġ li dik id-data tiġi estiża sal-31 ta’ Diċembru 2029.

(12)

Jenħtieġ li l-isem botaniku tal-Prunus amygdalus Batsch jinbidel għal Prunus dulcis (Mill.) D. A. Webb biex jitqiesu l-iżviluppi fin-nomenklatura tassonomika.

(13)

Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 93/49/KEE u d-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/98/UE jiġu emendati rispettivament.

(14)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-emenda għad-Direttiva 93/49/KEE

L-Anness tad-Direttiva 93/49/KEE huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/98/UE

Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/98/UE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal:

(a)

pjanti omm prebażiċi u materjal prebażiku matul il-krijopreservazzjoni;

(b)

materjal prebażiku fejn dak il-materjal ikun ġie prodott f’żoni magħrufa, jew stabbiliti li huma ħielsa mill-pesti rilevanti f’konformità mal-istandards internazzjonali rilevanti għall-miżuri fitosanitarji (Requirements for the establishment of pest free areas. ISPM Nru 4 (1995), Ruma, IPPC, FAO 2017).”;

(2)

Fl-Artikolu 16, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal:

(a)

pjanti omm bażiċi u materjal bażiku matul il-krijopreservazzjoni;

(b)

materjal bażiku fejn dak il-materjal ikun ġie prodott f’żoni magħrufa, jew stabbiliti li huma ħielsa mill-pesti rilevanti f’konformità mal-istandards internazzjonali rilevanti għall-miżuri fitosanitarji (Requirements for the establishment of pest free areas. ISPM Nru 4 (1995), Ruma, IPPC, FAO 2017).”;

(3)

Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal:

(a)

pjanti omm ċertifikati u materjal ċertifikat matul il-krijopreservazzjoni;

(b)

materjal iċċertifikat fejn dak il-materjal ikun ġie prodott f’żoni magħrufa jew stabbiliti li huma ħielsa mill-pesti rilevanti f’konformità mal-istandards internazzjonali rilevanti għall-miżuri fitosanitarji (Requirements for the establishment of pest free areas. ISPM Nru 4 (1995), Ruma, IPPC, FAO 2017).”;

(4)

Fl-Artikolu 26, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal:

(a)

materjal CAC matul il-krijopreservazzjoni;

(b)

materjal CAC fejn dak il-materjal ikun ġie prodott f’żoni magħrufa, jew stabbiliti li huma ħielsa mill-pesti rilevanti f’konformità mal-istandards internazzjonali rilevanti għall-miżuri fitosanitarji (Requirements for the establishment of pest free areas. ISPM Nru 4 (1995), Ruma, IPPC, FAO 2017).”;

(5)

L-Artikolu 32 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 32

Miżuri tranżizzjonali

Sal-31 ta’ Diċembru 2029, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-kummerċjalizzazzjoni ta’ żrieragħ u nebbieta prodotti minn pjanti omm prebażiċi, bażiċi u ċċertifikati jew minn materjal CAC li kienu jeżistu qabel l-1 ta’ Jannar 2017, u li jkunu ġew iċċertifikati uffiċjalment jew jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex jiġu kkwalifikati bħala materjal CAC qabel l-31 ta’ Diċembru 2029. Meta jkunu kummerċjalizzati, dawn il-materjali għandhom jiġu identifikati b’referenza għal dan l-Artikolu fuq it-tikketta u dokument.”;

(6)

L-Annessi I, II, IV u V huma emendati f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 3

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2023. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 226, 13.8.1998, p. 16.

(2)   ĠU L 267, 8.10.2008, p. 8.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2285 tal-14 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 rigward l-elenkar ta’ pesti, ta’ projbizzjonijiet u ta’ rekwiżiti għall-introduzzjoni u l-moviment fl-Unjoni ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra, u li jħassar id-Deċiżjonijiet 98/109/KE u 2002/757/KE u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/885 u (UE) 2020/1292 (ĠU L 485, 22.12.2021, p. 173).

(5)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/49/KEE tat-23 ta’ Ġunju 1993 li tistabbilixxi l-iskeda li tindika l-kondizzjonijiet li għandhom ikunu milħuqa mill-materjal propagattiv ta’ pjanti ornamentali u mill-pjanti ornamentali permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 91/682/KEE (ĠU L 250, 7.10.1993, p. 9).

(6)  Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/98/UE tal-15 ta’ Ottubru 2014 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE fir-rigward ta’ rekwiżiti speċifiċi għall-ġeneru u l-ispeċi tal-pjanti tal-frott imsemmija fl-Anness I tagħha, rekwiżiti speċifiċi li għandhom jiġu ssodisfati mill-fornituri u regoli dettaljati dwar l-ispezzjonijiet uffiċjali (ĠU L 298, 16.10.2014, p. 22).

(7)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/925 tad-29 ta’ Mejju 2017 li temporanjament tawtorizza lil ċerti Stati Membri jiċċertifikaw materjal prebażiku ta’ ċerti speċijiet ta’ pjanti tal-frott, prodotti fl-għelieqi f’kundizzjonijiet mingħajr protezzjoni mill-insetti, u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/167 (ĠU L 140, 31.5.2017, p. 7).


ANNESS I

Emendi għad-Direttiva 93/49/KEE

L-Anness tad-Direttiva 93/49/KEE huwa emendat hekk:

(1)

bejn l-entrata għal “Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. [ERWIAM]” u l-entrata għal “Pseudomonas syringae pv. persicae (Prunier, Luisetti &. Gardan) Young, Dye & ampWilkie [PSDMPE]”, tiddaħħal l-entrata li ġejja:

Pseudomonas syringae pv. actinidiae Takikawa, Serizawa, Ichikawa, Tsuyumu & Goto [PSDMAK]

Pjanti għat-tħawwil għajr żerriegħa

Actinidia Lindl.

0%”

(2)

bejn l-entrata għal “Lecanosticta acicola (von Thümen) Sydow [SCIRAC]” u l-entrata għal “Plasmopara halstedii (Farlow) Berlese & de Toni [PLASHA]”, tiddaħħal l-entrata li ġejja:

Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld [PHYTRA]

Pjanti għat-tħawwil għajr it-trab tad-dakra u ż-żrieragħ

Camellia L., Castanea sativa Mill., Fraxinus excelsior L., Larix decidua Mill., Larix kaempferi (Lamb.) Carrière, Larix × eurolepis A. Henry, Pseudotsuga menziesii (Mirb.) Franco, Quercus cerris L., Quercus ilex L., Quercus rubra L., Rhododendron L. għajr R. simsii L., Viburnum L.

0 %”


ANNESS II

Emendi għad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/98/UE

Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/98/UE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Anness I, fl-entrata għal “Fragaria L.”, fit-tieni kolonna, l-entrata “Candidatus Phytoplasma australiense Davis et al. [PHYPAU]” titħassar;

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

bejn l-intestaturi tal-kolonni tat-tabella u l-entrata għal “Citrus L., Fortunella Swingle u Poncirus Raf.”, tiddaħħal l-entrata li ġejja:

“Castanea sativa Mill.

Fungi u oomiċeti

Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld [PHYTRA]”

(b)

fl-entrata għal “Vaccinium L.”, fit-tieni kolonna, qabel it-test “Vvajrusis, virojdi, mard li jixbaħ il-vajrusis u fitoplażmi”, jiddaħħal it-test li ġej:

Fungi u oomiċeti

Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld [PHYTRA]”;

(3)

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a)

It-Taqsima 1 “Castanea sativa Mill.”, hija emendata kif ġej:

(i)

il-punt (b) “Kategorija prebażika”, il-punt (c) “iKategorija bażika” u l-punt (d) “Kategorija iċċertifikata u kategorija CAC” huma sostitwiti b’dan li ġej;

“(b)

Kategorija prebażika

Rekwiżiti fir-rigward tas-sit tal-produzzjoni, il-post ta’ produzzjoni jew iż-żona

Fil-każ fejn deroga titħalla biex jiġi prodott materjal prebażiku fl-għelieqi f’kundizzjonijiet li mhumiex protetti mill-insetti, skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/925 (*1), għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr:

il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika għandhom jiġu prodotti f’żoni stabbiliti mill-awtorità kompetenti bħala ħielsa mill-Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr f’konformità mal-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti; jew

l-ebda sintomu tal-Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr ma għandu jiġi osservat fis-sit tal-produzzjoni fuq il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika fl-aħħar ċiklu komplut ta’ veġetazzjoni.

(ii)

Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld:

il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika għandhom jiġu prodotti f’żoni stabbiliti mill-awtorità kompetenti bħala ħielsa mill-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld f’konformità mal-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti; jew

ma għandu jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld fuq il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar ċiklu komplut ta’ veġetazzjoni.

(c)

Kategorija bażika

Rekwiżiti fir-rigward tas-sit tal-produzzjoni, il-post ta’ produzzjoni jew iż-żona

(i)

Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr:

il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika għandhom jiġu prodotti f’żoni stabbiliti mill-awtorità kompetenti bħala ħielsa mill-Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr f’konformità mal-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti; jew

l-ebda sintomu ta’ Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr ma għandu jiġi osservat fis-sit tal-produzzjoni fuq il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika fl-aħħar ċiklu komplut ta’ veġetazzjoni.

(ii)

Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld:

il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika għandhom jiġu prodotti f’żoni stabbiliti mill-awtorità kompetenti bħala ħielsa mill-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld f’konformità mal-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti; jew

ma għandu jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld fuq il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika fis-sit tal-produzzjoni fl-aħħar ċiklu komplut ta’ veġetazzjoni.

(d)

Kategorija ċċertifikata u kategorija CAC

Rekwiżiti fir-rigward tas-sit tal-produzzjoni, il-post ta’ produzzjoni jew iż-żona

(i)

Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr:

il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata u l-kategorija CAC għandhom jiġu prodotti f’żoni stabbiliti mill-awtorità kompetenti bħala ħielsa mill-Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr f’konformità mal-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti; jew

l-ebda sintomu ta’ Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr ma għandu jiġi osservat fis-sit tal-produzzjoni fuq il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata u tal-kategorija CAC fl-aħħar ċiklu komplut ta’ veġetazzjoni; jew

għandhom jitneħħew il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata u tal-kategorija CAC li juru sintomi tal-Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr, il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott li jifdal jiġu spezzjonati kull ġimgħa u ma jiġi osservat ebda sintomu fis-sit tal-produzzjoni għal mill-inqas tliet ġimgħat qabel ma jintbagħtu.

(ii)

Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld:

il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata u tal-kategorija CAC għandhom jiġu prodotti f’żoni stabbiliti mill-awtorità kompetenti bħala ħielsa mill-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld f’konformità mal-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti; jew

ma għandu jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld fuq il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata u tal-kategorija CAC fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar ċiklu komplut ta’ veġetazzjoni;

jew

 

il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata u tal-kategorija CAC li juru sintomi tal-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld fis-sit tal-produzzjoni u l-pjanti kollha f’raġġ ta’ 2 m mill-materjal ta’ propagazzjoni u mill-pjanti tal-frott sintomatiċi, għandhom jitneħħew u jinqerdu, inkluża l-ħamrija mwaħħla;

kif ukoll

għall-pjanti kollha li jinsabu f’raġġ ta’ 10 m mill-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott sintomatiċi u kwalunkwe materjal ta’ propagazzjoni u pjanti tal-frott li jifdal mil-lott affettwat:

fi żmien tliet xhur wara d-detezzjoni tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott sintomatiċi, ma għandu jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld fuq dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott f’mill-inqas żewġ spezzjonijiet fi żminijiet xierqa biex jiġi identifikat il-pest u matul dak il-perjodu ta’ tliet xhur ma għandu jitwettaq l-ebda trattament li jrażżan is-sintomi tal-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld; kif ukoll

wara dak il-perjodu ta’ tliet xhur:

ma jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld fuq dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott fis-sit tal-produzzjoni; jew

kampjun rappreżentattiv ta’ dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott li għandhom jiġu mċaqalqa għandu jiġi ttestjat u misjub ħieles mill-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld; kif ukoll

kif ukoll

għall-materjal l-ieħor kollu tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott kollha fis-sit tal-produzzjoni:

ma għandu jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld fuq dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott fis-sit tal-produzzjoni; jew

kampjun rappreżentattiv ta’ dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott li għandhom jiġu mċaqalqa, ġie ttestjat u misjub ħieles mill-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld.

(*1)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/925 tad-29 ta’ Mejju 2017 li temporanjament tawtorizza lil ċerti Stati Membri jiċċertifikaw materjal prebażiku ta’ ċerti speċijiet ta’ pjanti tal-frott, prodotti fl-għelieqi f’kundizzjonijiet mingħajr protezzjoni mill-insetti, u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/167, (ĠU L 140, 31.5.2017, p. 7)”;"

(b)

fit-Taqsima 4 “Cydonia oblonga Mill.”, il-punt (b) “il-kategorija prebażika”, il-parti “Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post tal-produzzjoni jew għaż-żona” titħassar;

(c)

fit-Taqsima 6 “Fragaria L.” il-punt (d) “Kategorija ċċertifikata”, “Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post tal-produzzjoni jew għaż-żona”, il-punt (iii), l-inċiż “1 % fil-każ ta’:”, l-entrata “Candidatus Phytoplasma australiense Davis et al.” titħassar;

(d)

It-Taqsima 8 “Malus Mill.” hija emendata kif ġej:

(i)

fil-punt (c) “Kategorija bażika”, tiżdied it-taqsima li ġejja:

Rekwiżiti fir-rigward tas-sit tal-produzzjoni, il-post ta’ produzzjoni jew iż-żona

(i)

Candidatus Phytoplasma mali Seemüller & Schneider

il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller & Schneider; jew

ma għandu jiġi osservat l-ebda sintomu ta’ Candidatus Phytoplasma mali Seemüller & Schneider fuq il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata għandhom jinqalgħu u jinqerdu minnufih;

(ii)

Erwinia amylovora (Burrill)Winslow et al.

il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al.; jew

il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika fis-sit tal-produzzjoni għandhom ikunu spezzjonati matul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir, u l-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott kollha li juru sintomi ta’ Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. u l-pjanti ospitanti tal-madwar kollha għandhom jinqalgħu u jinqerdu minnufih.”;

(ii)

fil-punt (d) “Kategorija ċċertifikata”, tiżdied it-taqsima li ġejja:

Rekwiżiti fir-rigward tas-sit tal-produzzjoni, il-post ta’ produzzjoni jew iż-żona

(i)

Candidatus Phytoplasma mali Seemüller & Schneider

il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller & Schneider; jew

ma għandu jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller & Schneider fuq il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata għandhom jinqalgħu u jinqerdu minnufih; jew

is-sintomi tal-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller & Schneider għandhom ikunu ġew osservati f’mhux iktar minn 2 % tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir, u dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata għandhom jinqalgħu u jinqerdu minnufih, u jkun ġie ttestjat u nstab ħieles mill-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller & Schneider kampjun rappreżentattiv tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott asintomatiċi li jifdal fil-lottijiet li fihom kienu nstabu l-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott sintomatiċi;

(ii)

Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al.

il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al.; jew

il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata fis-sit tal-produzzjoni għandhom jiġu spezzjonati matul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir, u l-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott kollha li juru sintomi ta’ Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. u l-pjanti ospitanti kollha tal-madwar ikunu nqalgħu u nqerdu minnufih.”;

(iii)

il-punt (e) “il-kategorija bażika u l-kategorija ċċertifikata” jitħassar;

(e)

It-Taqsima “12 “Pyrus L.” hija emendata kif ġej:

(i)

fil-punt (b) “Kategorija prebażika”, il-punt (i) “Candidatus Phytoplasma pyri Seemüller & Schneider” tat-taqsima “Rekwiżiti fir-rigward tas-sit tal-produzzjoni, tal-post tal-produzzjoni jew taż-żona” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika għandhom jiġu prodotti f’żoni stabbiliti mill-awtorità kompetenti bħala ħielsa mill-Candidatus Phytoplasma pyri Seemüller & Schneider f’konformità mal-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti; jew

ma għandu jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Candidatus Phytoplasma pyri Seemüller & Schneider fuq il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar tliet staġuni tat-tkabbir, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata għandhom jinqalgħu u jinqerdu minnufih;”;

(ii)

fil-punt (e) “il-kategorija bażika u l-kategorija ċċertifikata”, il-punt (i) “Candidatus Phytoplasma pyri Seemüller & Schneider” tat-taqsima “Rekwiżiti fir-rigward tas-sit tal-produzzjoni, tal-post tal-produzzjoni jew taż-żona” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika u l-kategorija ċċertifikata għandhom jiġu prodotti f’żoni stabbiliti mill-awtorità kompetenti bħala ħielsa mill-Candidatus Phytoplasma pyri Seemüller & Schneider f’konformità mal-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti; jew

ma għandu jiġi osservat l-ebda sintomu ta’ Candidatus Phytoplasma mali Seemüller & Schneider fuq il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika u l-kategorija ċċertifikata fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata għandhom jinqalgħu u jinqerdu minnufih; jew

il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika u tal-kategorija ċċertifikata fis-sit tal-produzzjoni u kwalunkwe pjanta fil-viċinanza immedjata, li jkunu wrew sintomi tal-Candidatus Phytoplasma pyri Seemüller & Schneider matul l-ispezzjonijiet viżwali matul l-aħħar tliet staġuni tat-tkabbir, għandhom jitneħħew u jinqerdu minnufih;”;

(iii)

fil-punt (f) “il-kategorija CAC”, il-punt (i) “Candidatus Phytoplasma pyri Seemüller & Schneider” tat-taqsima “Rekwiżiti fir-rigward tas-sit tal-produzzjoni, tal-post tal-produzzjoni jew taż-żona” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC għandhom jiġu prodotti f’żoni stabbiliti mill-awtorità kompetenti bħala ħielsa mill-Candidatus Phytoplasma pyri Seemüller & Schneider f’konformità mal-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti; jew

ma għandu jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Candidatus Phytoplasma pyri Seemüller & Schneider fuq il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata għandhom jinqalgħu u jinqerdu minnufih; jew

il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit tal-produzzjoni u kwalunkwe pjanta fil-viċinanza immedjata, li jkunu wrew sintomi tal-Candidatus Phytoplasma pyri Seemüller & Schneider matul l-ispezzjonijiet viżwali matul l-aħħar tliet staġuni tat-tkabbir, għandhom jitneħħew u jinqerdu minnufih;”;

(f)

It-Taqsima “15 “Vaccinium L.” hija emendata kif ġej:

(i)

fil-punt (b) “Kategorija bażika” fit-taqsima “Rekwiżiti fir-rigward tas-sit tal-produzzjoni, tal-post tal-produzzjoni jew taż-żona”, jiżdied il-punt li ġej:

“(iv)

Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld:

il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika għandhom jiġu prodotti f’żoni stabbiliti mill-awtorità kompetenti bħala ħielsa mill-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld f’konformità mal-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti; jew

ma għandu jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld fuq il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar ċiklu sħiħ ta’ veġetazzjoni.”;

(ii)

fil-punt (d) “Kategorija ċċertifikata” fit-taqsima “Rekwiżiti fir-rigward tas-sit tal-produzzjoni, tal-post tal-produzzjoni jew taż-żona”, jiżdied il-punt li ġej:

“(iii)

Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld:

il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata għandhom jiġu prodotti f’żoni stabbiliti mill-awtorità kompetenti bħala ħielsa mill-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld f’konformità mal-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti; jew

ma għandu jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld fuq il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar ċiklu sħiħ ta’ veġetazzjoni;

jew

 

il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata li juru sintomi tal-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld fis-sit tal-produzzjoni u l-pjanti kollha f’raġġ ta’ 2 m mill-materjal ta’ propagazzjoni u mill-pjanti tal-frott sintomatiċi, għandhom jitneħħew u jinqerdu, inkluża l-ħamrija mwaħħla;

kif ukoll

għall-pjanti kollha li jinsabu f’raġġ ta’ 10 m mill-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott sintomatiċi u kwalunkwe materjal ta’ propagazzjoni u pjanti tal-frott li jifdal mil-lott affettwat:

fi żmien tliet xhur wara d-detezzjoni tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott sintomatiċi, ma għandu jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld fuq dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott f’mill-inqas żewġ spezzjonijiet fi żminijiet xierqa biex jiġi identifikat il-pest u matul dak il-perjodu ta’ tliet xhur ma għandu jitwettaq l-ebda trattament li jrażżan is-sintomi tal-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld; kif ukoll

wara dak il-perjodu ta’ tliet xhur:

ma għandu jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld fuq dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott fis-sit tal-produzzjoni; jew

kampjun rappreżentattiv ta’ dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott li għandhom jiġu mċaqalqa, ġie ttestjat u misjub ħieles mill-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld;

kif ukoll

 

għall-materjal l-ieħor kollu tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott kollha fis-sit tal-produzzjoni:

ma għandu jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld fuq dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott fis-sit tal-produzzjoni; jew

kampjun rappreżentattiv ta’ dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott li għandhom jiġu mċaqalqa, ġie ttestjat u misjub ħieles mill-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld.”;

(iii)

jiżdied il-punt li ġej:

“(e)

Kategorija CAC

Rekwiżiti fir-rigward tas-sit tal-produzzjoni, il-post ta’ produzzjoni jew iż-żona

Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld:

il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC għandhom jiġu prodotti f’żoni stabbiliti mill-awtorità kompetenti bħala ħielsa mill-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld f’konformità mal-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti; jew

ma għandu jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld fuq il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar ċiklu sħiħ ta’ veġetazzjoni;

jew

il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC li juru sintomi tal-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld fis-sit tal-produzzjoni u l-pjanti kollha f’raġġ ta’ 2 m mill-materjal ta’ propagazzjoni u mill-pjanti tal-frott sintomatiċi, għandhom jitneħħew u jinqerdu, inkluża l-ħamrija mwaħħla; kif ukoll

għall-pjanti kollha li jinsabu f’raġġ ta’ 10 m mill-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott sintomatiċi u kwalunkwe materjal ta’ propagazzjoni u pjanti tal-frott li jifdal mil-lott affettwat:

fi żmien tliet xhur wara d-detezzjoni tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott sintomatiċi, ma għandu jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld fuq dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott f’mill-inqas żewġ spezzjonijiet fi żminijiet xierqa biex jiġi identifikat il-pest u matul dak il-perjodu ta’ tliet xhur ma għandu jitwettaq l-ebda trattament li jrażżan is-sintomi tal-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld; u wara dak il-perjodu ta’ tliet xhur:

ma għandu jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld fuq dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott fis-sit tal-produzzjoni; jew

kampjun rappreżentattiv ta’ dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott li għandhom jiġu mċaqalqa, ġie ttestjat u misjub ħieles mill-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld;

kif ukoll

għall-materjal l-ieħor kollu tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott kollha fis-sit tal-produzzjoni:

ma għandu jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld fuq dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott fis-sit tal-produzzjoni; jew

kampjun rappreżentattiv ta’ dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott li għandhom jiġu mċaqalqa, ġie ttestjat u misjub ħieles mill-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock & Man in ‘t Veld.”;

(4)

fl-Anness V ir-ringiela “Prunus amygdalus, P. armeniaca, P. domestica, P. persica u P. salicina” huwa sostitwit b’dan li ġej:

Prunus armeniaca L., Prunus domestica L., Prunus dulcis (Mill.) D. A. Webb, Prunus persica (L.) Batsch u Prunus salicina Lindl.”.


(*1)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/925 tad-29 ta’ Mejju 2017 li temporanjament tawtorizza lil ċerti Stati Membri jiċċertifikaw materjal prebażiku ta’ ċerti speċijiet ta’ pjanti tal-frott, prodotti fl-għelieqi f’kundizzjonijiet mingħajr protezzjoni mill-insetti, u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/167, (ĠU L 140, 31.5.2017, p. 7)”;”


Top