Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1391

Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1391/2013 tal- 14 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea fir-rigward tal-elenku tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni

ĠU L 349, 21.12.2013, p. 28–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 22/06/2022; Impliċitament imħassar minn 32022R0869

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2013/1391/oj

21.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 349/28


REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1391/2013

tal-14 ta’ Ottubru 2013

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea fir-rigward tal-elenku tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 jistabbilixxi qafas ġdid għall-ippjanar tal-infrastruttura u l-implimentazzjoni tal-proġetti għall-perjodu sal-2020 u lil hinn. Ir-Regolament jistabbilixxi disa’ kurituri prijoritarji tal-infrastruttura ġeografika fid-dominji tal-elettriku, il-gass u ż-żejt, u tliet oqsma ta’ prijorità tal-infrastruttura għall-Unjoni kollha għall-awtostradi tal-elettriku, il-grilji intelliġenti u n-netwerks tat-trasport tad-diossidu tal-karbonju, u jistabbilixxi proċess trasparenti u inklussiv għall-identifikazzjoni ta’ proġetti konkreti ta’ interess komuni (PCIs). Proġetti tikkettati bħala PCIs se jibbenefikaw minn proċeduri għall-ħruġ tal-permessi mgħaġġla u simplifikati, trattament regolatorju aħjar u — fejn xieraq — appoġġ finanzjarju bil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF).

(2)

Skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) Nru 347/2013, il-Kummissjoni se ingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex jiġi stabbilit l-elenku tal-Unjoni ta’ PCIs (l-elenku tal-Unjoni) abbażi tal-elenki reġjonali adottati mill-korpi għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Gruppi Reġjonali kif stabbilit f’dak ir-Regolament.

(3)

Proposti ta’ proġetti preżentati għall-inklużjoni fl-ewwel elenku tal-Unjoni ta’ PCIs ġew ivvalutati mil-Gruppi Reġjonali mwaqqfa permezz tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 u magħmulin minn rappreżentanti tal-Istati Membri, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni (TSOs), kif ukoll il-Kummissjoni, l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (l-Aġenzija) u n-Netwerk Ewropew ta’ Operaturi ta’ Sistema tat-Trażmissjoni tal-Elettriku u l-Gass (ENTSO-E u ENTSOG).

(4)

Fil-kuntest tal-ħidma tal-Gruppi Reġjonali, ġew ikkonsultati l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-partijiet interessati rilevanti, inklużi l-produtturi, l-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni, il-fornituri, il-konsumaturi, u l-organizzazzjonijiet għall-ħarsien ambjentali.

(5)

L-abbozzi tal-elenki reġjonali kienu miftiehma waqt laqgħa fil-livell tekniku, fejn ħadu sehem rappreżentanti tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri rilevanti, fit-13 ta’ Lulju 2013. Wara opinjoni mill-Aġenzija dwar l-abbozz ta’ elenki reġjonali preżentata fis-17 ta’ Lulju 2013, l-elenki reġjonali finali ġew adottati mill-korpi responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Gruppi Reġjonali fl-24 ta’ Lulju 2013. Il-proġetti proposti kollha kisbu l-approvazzjoni tal-Istati Membri li mat-territorju tiegħu huma għandhom rabta, skont l-Artikolu 172 tat-TFUE u mal-Artikolu 3(3)(a) tar-Regolament (EU) Nru 347/2013.

(6)

L-elenku tal-Unjoni ta’ PCIs huwa bbażat fuq l-elenki reġjonali finali. Proġett wieħed kellu jitneħħa mill-elenku peress li għaddejjin diskussjonijiet dwar id-denominazzjoni ta’ siti tan-Natura 2000.

(7)

Il-proġetti fuq dan l-ewwel elenku tal-Unjoni ta’ PCIs kienu vvalutati skont il-kriterji għal proġetti ta’ interess komuni stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 u nstab li jilħquhom.

(8)

Il-konsistenza transreġjonali ġiet żgurata, filwaqt li tqieset l-opinjoni tal-Aġenzija preżentata fis-17 ta’ Lulju 2013.

(9)

Il-PCIs huma elenkati skont l-ordni ta’ kurituri prijoritarji stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 347/2013. L-elenku ma fih l-ebda klassifikazzjoni ta’ proġetti.

(10)

Il-PCIs jew huma elenkati bhala PCIs waħedhom jew inkella bħala parti minn raggruppament ta’ diversi PCIs. Xi PCIs ġew miġbura f’raggruppament minħabba in-natura interdipendenti kompetittiva, jew potenzjalment kompetittiva tagħhom (2). Il-PCIs kollha huma soġġetti għall-istess drittijiet u obbligi stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 347/2013.

(11)

L-elenku tal-Unjoni fih PCIs fi stadji differenti tal-iżvilupp tagħhom. Xi wħud għadhom fil-fażijiet bikrija, jiġifieri fil-fażijiet ta’ qabel il-vijabbiltà, tal-vijabbiltà jew tal-valutazzjoni. F’dawk il-każijiet, għad iridu jsiru studji li juru li l-proġetti huma teknikament u ekonomikament vijabbli, u li huma konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u b’mod partikolari mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni. F’dan il-kuntest, għandhom jiġu identifikati, valutati u evitati jew imnaqqsa b’mod xieraq impatti potenzjali fuq l-ambjent.

(12)

L-inklużjoni ta’ proġetti fl-elenku tal-Unjoni ta’ PCIs, b’mod partikolari ta’ dawk li għadhom fil-fażijiet bikrin, hija bla preġudizzju għar-riżultati ta’ valutazzjoni ambjentali relevanti u proċeduri ta’ awtorizzazzjoni. Proġetti li ma jikkonformawx mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni għandhom jitneħħew mill-elenku tal-Unjoni ta’ PCIs. L-implimentazzjoni tal-PCIs, inkluża l-konformità tagħhom mal-leġiżlazzjoni tal-UE, għandha tiġi sorveljata fil-livell nazzjonali u skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 347/2013.

(13)

Skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) Nru 347/2013, l-elenku tal-Unjoni għandu jieħu l-forma ta’ anness għal dak ir-Regolament.

(14)

Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 għandu għaldaqstant jiġi emendat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Anness VII huwa miżjud mar-Regolament (UE) Nru 347/2013 skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

.Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39.

(2)  Kif spjegat fl-Anness.


ANNESS

L-Anness segwenti huwa miżjud mar-Regolament (UE) Nru 347/2013:

“ANNESS VII

Elenku tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni (‘l-elenku tal-Unjoni’), imsemmi fl-Artikolu 3(4)

A.   Il-Kummissjoni applikat il-prinċipji segwenti meta stabbiliet l-elenku tal-Unjoni:

1.   Raggruppament ta’ PCIs

Ċerti PCIs jagħmlu parti minn raggruppament minħabba in-natura interdipendenti, li potenzjalment jikkompetu jew jikkompetu tagħhom. Il-prinċipji segwenti kienu applikati għall-ġbir f’raggruppamenti ta’ PCIs:

Raggruppament ta’ PCIs interdipendenti huwa definit bħala ‘Raggruppament X inklużi l-PCIs li ġejjin’. Raggruppamenti ta’ proġetti interdipendenti ġew iffurmati biex jidentifikaw dawk il-proġetti li huma kollha meħtieġa biex jindirizzaw l-istess ostaklu tul il-fruntieri tal-pajjiż u li jagħtu sinerġiji jekk jitwettqu flimkien. F’dan il-każ, il-proġetti kollha għandhom jiġu implimentati biex il-benefiċċji jintlaħqu mal-Unjoni kollha.

Raggruppament ta’ PCIs li potenzjalment jikkompetu huwa definit bħala ‘Raggruppament X inkluż waħda jew iktar mill-PCIs segwenti’. Raggruppamenti ta’ proġetti li potenzjalment jikkompetu jirriflettu l-inċertezza dwar il-kobor tal-ostakli tul il-fruntieri tal-pajjiżi. F’dan il-każ, mhux il-PCIs kollha f’raggruppamenti għandhom ikunu implimentati. Huwa f’idejn is-suq jekk il-proġetti kollha, numru minnhom jew wieħed jibqgħu sejrin, soġġett għall-approvazzjonijiet regolatorji, għall-permessi u l-ippjanar. Il-ħtieġa għall-proġetti għandha tiġi valutati mill-ġdid fil-proċess sussegwenti tal-identifikazzjoni tal-PCI, inkluż f’dak li għandu x’jaqsam mal-kapaċità tal-ħtiġijiet.

Raggruppament ta’ PCIs li jikkompetu huwa definit bħala ‘Raggruppament X inkluż waħda jew iktar mill-PCIs segwenti’. Gruppi ta’ proġetti kompetittivi jindirizzaw l-istess konġestjoni tul il-fruntieri tal-pajjiż. Madankollu, il-kobor tal-ostakli huwa aktar ċert minn fit-tieni każ ta’ hawn fuq u għaldaqstant huwa ċar li wieħed biss mill-PCIs għandu jiġi implimentat. Huwa f’idejn is-suq liema mill-proġetti jibqa’ sejjer, soġġett għall-approvazzjonijiet regolatorji, għall-permessi u l-ippjanar. Fejn meħtieġ, il-ħtieġa għall-proġetti għandha tiġi vvalutati mill-ġdid fil-proċess ta’ identifikazzjoni għall-PCI sussegwenti.

Il-PCIs kollha huma soġġetti għall-istess drittijiet u obbligi stabbiliti permezz tar-Regolament (UE) Nru 347/2013.

2.   Trattament ta’ substazzjonijiet, stazzjonijiet back-to-back u stazzjonijiet tal-kompressur

Substazzjonijiet u stazzjonijiet back-to-back fl-elettriku u stazzjonijiet tal-kompressur fil-gass huma kunsidrati bħala parti minn proġetti ta’ interess komuni u mhumiex imsemmijin b’mod espliċitu, jekk ikunu jinsabu ġeografikament tul il-linja ta’ trażimissjoni. Jekk jitqiegħdu f’post differenti, huma espliċitament imsemmija. Dawn huma soġġetti għad-drittijiet u l-obbligi stabbiliti permezz tar-Regolament (UE) Nru 347/2013.

B.   Elenku tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni:

1.   Kuritur prijoritarju grilja lil hinn mill-kosta fl-Ibħra tat-Tramuntana (‘NSOG’–Northern Seas offshore grid)

Nru

Definizzjoni

1.1.

Ir-raggruppament Belġju–Renju Unit bejn Zeebrugge u Canterbury [attwalment magħruf bħala l-proġett NEMO] inklużi l-PCIs li ġejjin:

1.1.1.

Interkonnessjoni bejn Zeebrugge (BE) u l-akkwati ta’ Richborough (UK)

1.1.2.

Linja interna bejn l-akkwati ta’ Richborough u Canterbury (UK)

1.1.3.

Linja interna bejn Dungeness u Sellindge u bejn Sellindge u Canterbury (UK)

1.2.

PCI Belġju–żewġ ċentri lil hinn mill-kosta lesti mill-grilji konnessi mas-sottostazzjoni ta’ Zeebrugge (BE) b’investiment antiċipattiv li jippermetti interkonnessjonijiet futuri ma’ Franza u/jew ir-Renju Unit

1.3.

Ir-raggruppament Danimarka–Ġermanja bejn Endrup u Brunsbüttel inklużi l-PCIs segwenti:

1.3.1.

Interkonnessjoni bejn Endrup (DK) u Niebüll (DE)

1.3.2.

Linja interna bejn Brunsbűttel u Niebűll (DE)

1.4.

Ir-raggruppament Danimarka–Ġermanja bejn Kasső u Dollern inklużi l-PCIs segwenti:

1.4.1.

Interkonnessjoni bejn Kasső (DK) u Audorf (DE)

1.4.2.

Linja interna bejn Audorf u Hamburg/Nord (DE)

1.4.3.

Linja interna bejn Hamburg/Nord u Dollern (DE)

1.5.

PCI Danimarka–Pajjiżi l-Baxxi interkonnessjoni bejn Endrup (DK) u Eemshaven (NL)

1.6.

PCI Franza–Irlanda interkonnessjoni bejn La Martyre (FR) u Great Island jew Knockraha (IE)

1.7.

Interknonnessjonijiet tar-raggruppament Franza–Renju Unit, inklużi wieħed jew aktar mill-PCIs segwenti:

1.7.1.

Interkonnessjoni Franza–Renju Unit bejn Cotentin (FR) u l-akkwati ta’ Exeter (UK) [attwalment magħruf bħala l-proġett FAB]

1.7.2.

Interkonnessjoni Franza–Renju Unit bejn Tourbe (FR) u Chilling (UK) [attwalment magħruf bħala l-proġett IFA2]

1.7.3.

Interkonnessjoni Franza–Renju Unit bejn Coquelles (FR) u Folkestone (UK) [attwalment magħruf bħala l-proġett ElecLink]

1.8.

PCI Interkonnessjoni Ġermanja–Norveġja bejn Wilster (DE) u Tonstad (NO) [attwalment magħruf bħala l-proġett NORD.LINK]

1.9.

Raggruppament li jgħaqqad ġenerazzjoni minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli fl-Irlanda mar-Renju Unit, inklużi wieħed jew aktar mill-PCIs segwenti:

1.9.1.

Interkonnessjoni Irlanda–Renju Unit bejn Co. Offaly (IE), Pembroke u Pentir (UK)

1.9.2.

Interkonnessjoni Irlanda–Renju Unit bejn iċ-ċentri Coolkeeragh–Coleraine (IE) u l-istazzjon ta’ Hunterston, Islay, Argyll u l-Parkijiet Eoliki lil hinn mill-kosta f’Location C (UK)

1.9.3.

Interkonnessjoni Irlanda–Renju Unit bejn iċ-ċentru tat-Tramuntana, Dublin u Codling Bank (IE) u Trawsfynyd u Pembroke (UK)

1.9.4.

Interkonnessjoni Irlanda–Renju Unit bejn l-Midlands Irlandiżi u Pembroke (UK)

1.9.5.

Interkonnessjoni Irlanda–Renju Unit bejn l-Midlands Irlandiżi u Alverdiscott, Devon (UK)

1.9.6.

Interkonnessjoni Irlanda–Renju Unit bejn l-kosta Irlandiża u Pembroke (UK)

1.10.

PCI Interkonnessjoni Norveġja–Renju Unit

1.11.

Raggruppament li joħloq konnessjoni bejn ġenerazzjoni minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli fl-Irlanda mar-Renju Unit, inklużi wieħed jew aktar mill-PCIs segwenti:

1.11.1.

Ħażna ppumpjata bl-ilma fil-Majjistral tal-Irlanda.

1.11.2.

Interkonnessjoni Irlanda–Renju Unit bejn il-Majjistral tal-Irlanda (IE) u l-Midlands (UK)

1.11.3.

Ħażna ppumpjata bl-ilma (ilma baħar) fl-Irlanda–Glinsk

1.11.4.

Interkonnessjoni Irlanda–Renju Unit bejn Glinsk, Mayo (IE) u Connah’s Quai, Deeside (UK)

1.12.

PCI ħażna ta’ enerġija ta’ arja kompressata fir-Renju Unit–Larne

2.   Kuritur prijoritarju interkonnessjonijiet elettriċi Tramuntana–Nofsinhar fl-Ewropa tal-Punent (‘NSI Elettriku tal-Punent’)

Nru

Definizzjoni

2.1.

PCI L-linja interna tal-Awstrija bejn il-Westtirol u Zell-Ziller (AT) biex tiżdied il-kapaċità tul il-fruntiera AT/DE

2.2.

Ir-raggruppament Belġju–Ġermanja bejn Lixhe u Oberzier [attwalment magħruf bħala l-proġett ALEGrO] inklużi l-PCIs li ġejjin:

2.2.1.

Interkonnessjoni bejn Lixhe (BE) u Oberzier (DE)

2.2.2.

Linja interna bejn Lixhe u Herderen (BE)

2.2.3.

Substazzjon ġdid f’Zutendaal (BE)

2.3.

Raggruppament Belġju–Lussemburgu żieda fil-kapaċità tul il-fruntiera BE/LU inklużi l-PCIs segwenti:

2.3.1.

L-istallazzjoni u l-operazzjoni kkoordinata ta’ trasformatur għall-qalba tal-fażi f’Schifflange (LU)

2.3.2.

Interkonnessjoni bejn Aubange (BE) u Bascharage/Schifflange (LU)

2.4.

PCI Interkonnessjoni Franza–Italja bejn Codrongianos (IT), Lucciana (Korsika, FR) u Suvereto (IT) [attwalment magħruf bħala l-proġett SA.CO.I 3]

2.5.

Ir-Raggruppament Franza–Italja bejn Grande Ile u Piossasco, inklużi il-PCIs segwenti:

2.5.1.

Interkonnessjoni bejn Grande Ile (FR) u Piossasco (IT) [attwalment magħruf bħala l-proġett Savoie-Piemont]

2.5.2.

Linja interna bejn Trino u Lacchiarella (IT)

2.6.

PCI Spanja linja interna bejn Santa Llogaia u Bescanó (ES) biex tiżdied il-kapaċità tal-interkonnessjoni bejn Bescanó (ES) u Baixas (FR)

2.7.

PCI Interkonnessjoni Franza–Spanja bejn Aquitaine (FR) u l-Pajjiż Bask (ES)

2.8.

PCI L-istallazzjoni koordinata u t-tħaddim ta’ transformer għall-qalba tal-fażi f’Arkale (ES) biex tiżdied il-kapaċità tal-interkonnessjoni bejn Argia (FR) u Arkale (ES)

2.9.

PCI Ġermanja linja interna bejn Osterath u Philippsburg (DE) biex tiżdied il-kapaċità tul il-fruntieri tal-Punent

2.10.

PCI Ġermanja linja interna bejn Brunsbϋttel-Grοβgartach u Wilster-Grafenrheinfeld (DE) biex tiżdied il-kapaċità tul il-fruntieri tat-Tramuntana u n-Nofsinhar

2.11.

Ir-raggruppament Ġermanja–Awstrija–Svizzera żieda fil-kapaċità fiż-żona tal-Lag Kostanz inklużi l-PCIs segwenti:

2.11.1.

Interkonnessjoni bejn iż-żona tal-fruntiera (DE), Meiningen (AT) u Rüthi (CH)

2.11.2.

Linja interna mir-reġjun tal-punt Rommelsbach għal Herbertingen, minn Herbertingen għal Tiengen, mill-punt Wullenstetten għall-punt Niederwangen (DE) u fiż-żona tal-fruntiera DE-AT

2.12.

PCI Interkonnessjoni Ġermanja–Pajjiżi l-Baxxi bejn Niederrhein (DE) u Doetinchem (NL)

2.13.

Interkonnessjonijiet tar-raggruppament Irlanda–Renju Unit (Irlanda ta’ Fuq), inkluż proġett wieħed jew iktar mill-PCIs segwenti:

2.13.1.

Interkonnessjoni Irlanda–Renju Unit bejn Woodland (IE) u Turleenan (UK–l-Irlanda ta’ Fuq)

2.13.2.

Interkonnessjoni Irlanda–Renju Unit bejn Srananagh (IE) u Turleenan (UK–l-Irlanda ta’ Fuq)

2.14.

PCI Interkonnessjoni Italja–Svizzera bejn Thusis/Sils (CH) u Verderio Inferiore (IT)

2.15.

Żieda fil-kapaċità tar-raggruppament Italja–Svizzera tul il-fruntiera IT/CH, inklużi il-PCIs segwenti:

2.15.1.

Interkonnessjoni bejn Airolo (CH) u Baggio (IT)

2.15.2.

Titjib fis substazzjon ta’ Magenta (IT)

2.15.3.

Linja interna bejn Pavia u Piacenza (IT)

2.15.4.

Linja interna bejn Tirano u Verderio (IT)

2.16.

Żieda fil-kapaċità tar-raggruppament Portugall tul il-fruntiera PT/ES inklużi il-PCIs segwenti:

2.16.1.

Linja interna bejn Pedralva u Alfena (PT)

2.16.2.

Linja interna bejn Pedralva u Vila Fria B (PT)

2.16.3.

Linja interna bejn Frades B, Ribeira de Pena u Feira (PT)

2.17.

PCI Interkonnessjoni Portugall–Spanja bejn Vila Fria–Vila do Conde–Recarei (PT) u Beariz– Fontefría (ES)

2.18.

PCI Żieda fil-kapaċità ta’ ħażna ppumpjata bl-ilma fl-Awstrija–Kaunertal, Tirol

2.19.

PCI Ħażna ppumpjata bl-ilma fl-Awstrija–Obervermuntwerk II, il-Provinċja ta’ Vorarlberg

2.20.

PCI Żieda fil-kapaċità ta’ ħażna ppumpjat bl-ilma fl-Awstrija–Limberg III, Salzburg

2.21.

PCI Ħażna ppumpjata bl-ilma fil-Ġermanja–Riedl

3.   Kuritur prijoritarju interkonnessjonijiet tal-elettriku Tramuntana–Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u x-Xlokk tal-Ewropa (‘NSI Elettriku tal-Lvant’)

Nru

Definizzjoni

3.1.

Ir-raggruppament Awstrija–Ġermanja bejn St. Peter u Isar inklużi l-PCIs segwenti:

3.1.1.

Interkonnessjoni bejn St. Peter (AT) u Isar (DE)

3.1.2.

Linja interna bejn St. Peter u Tauern (AT)

3.1.3.

Linja interna bejn St. Peter u Ernsthofen (AT)

3.2.

Ir-raggruppament Awstrija–Italja bejn Lienz u l-Veneto inklużi l-PCIs segwenti:

3.2.1.

Interkonnessjoni bejn Lienz (AT) u r-reġjun tal-Veneto (IT)

3.2.2.

Linja interna bejn Lienz u Ernsthofen u Obersielach (AT)

3.2.3.

Linja interna bejn Volpago u Venezja tat-Tramuntana (IT)

3.3.

PCI Interkonnessjoni Awstrija–Italja bejn Nauders (AT) u r-reġjun ta’ Milan (IT)

3.4.

PCI Interkonnessjoni Awstrija–Italja bejn Wurmlach (AT) u Somplago (IT)

3.5.

Ir-raggruppament Bosnja-Ħerzegovina–Kroazja bejn Banja Luka u Lika inklużi l-PCIs segwenti:

3.5.1.

Interkonnessjoni bejn Banja Luka (BA) u Lika (HR)

3.5.2.

Linji interni bejn Brinje, Lika, Velebit u Konjsko (HR)

3.6.

Żieda fil-kapaċità tar-raggruppament Bulgarija mal-Greċja u r-Rumanija inklużi l-PCIs segwenti:

3.6.1.

Linja interna bejn Vetren u Blagoevgrad (BG)

3.6.2.

Linja interna bejn Tsarevets u Plovdiv (BG)

3.7.

Ir-raggruppament Bulgarija–Greċja bejn Maritsa Lvant 1 u N. Santa inklużi l-PCIs segwenti:

3.7.1.

Interkonnessjoni bejn Maritsa Lvant 1 (BG) u N. Santa (EL)

3.7.2.

Linja interna bejn Maritsa Lvant 1 u Plovdiv (BG)

3.7.3.

Linja interna bejn Maritsa Lvant 1 u Maritsa Lvant 3 (BG)

3.7.4.

Linja interna bejn Maritsa Lvant 1 u Burgas (BG)

3.8.

Żieda fil-kapaċità tar-raggruppament Bulgarija–Rumanija inklużi l-PCIs segwenti:

3.8.1.

Linja interna bejn Dobrudja u Burgas (BG)

3.8.2.

Linja interna bejn Vidino u Svoboda (BG)

3.8.3.

Linja interna bejn Svoboda (BG) u l-punt tal-qasma tal-interkonnessjoni Varna (BG)–Stupina (RO) fil-BG

3.8.4.

Linja interna bejn Cernavoda u Stalpu (RO)

3.8.5.

Linja interna bejn Gutinas u Smardan (RO)

3.8.6.

Linja interna bejn Gadalin u Suceava (RO)

3.9.

Raggruppament Kroazja–Ungerija–Slovenja bejn Žerjavenec/Heviz u Cirkovce inklużi l-PCIs segwenti:

3.9.1.

Interkonnessjonijiet bejn Žerjavenec (HR)/Heviz (HU) u Cirkovce (SI)

3.9.2.

Linja interna bejn Divača u Beričevo (SI)

3.9.3.

Linja interna bejn Beričevo u Podlog (SI)

3.9.4.

Linja interna bejn Podlog u Cirkovce (SI)

3.10.

Ir-raggruppament Iżrael–ĊIPRU–Greċja bejn Hadera u reġjun ta’ Attika [attwalment magħrufa bħala l-interkonnettur Ewro Ażja] inklużi l-PCIs segwenti:

3.10.1.

Interkonnessjoni bejn Hadera (IL) u Vasilikos (CY)

3.10.2.

Interkonnessjoni bejn Vasilikos (CY) u Korakia, Kreta (EL)

3.10.3.

Linja interna bejn Korakia, Kreta u r-reġjun ta’ Attika (EL)

3.11.

Ir-raggruppament Repubblika Ċeka linji interni biex tiżdied il-kapaċità fil-fruntieri tal-Majjistral u tan-Nofsinhar inklużi l-PCIs segwenti:

3.11.1.

Linja interna bejn Vernerov u Vitkoz (CZ)

3.11.2.

Linja interna bejn Vitkov u Prestice (CZ)

3.11.3.

Linja interna bejn Prestice u Kocin (CZ)

3.11.4.

Linja interna bejn Kocin u Mirovka (CZ)

3.11.5.

Linja interna bejn Mirovka u Cebin (CZ)

3.12.

PCI Linja interna fil-Ġermanja bejn Lauchstädt u Meitingen biex tiżdied il-kapaċità tul il-fruntieri tal-Lvant

3.13.

PCI Linja interna fil-Ġermanja bejn Halle/Saale u Schweinfurt biex tiżdied il-kapaċità fil-Kuritur Tramuntana-Nofsinhar fil-Lvant

3.14.

Ir-raggruppament Ġermanja–Polonja bejn Eisenhűttenstadt u Plewiska [attwalment magħrufa bħala l-proġett Pont tal-Enerġija GerPol] inklużi l-PCIs segwenti:

3.14.1.

Interkonnessjoni bejn Eisenhűttenstadt (DE) u Plewiska (PL)

3.14.2.

Linja interna bejn Krajnik u Baczyna (PL)

3.14.3.

Linja interna bejn Mikułowa u Świebodzice (PL)

3.15.

Raggruppament Ġermanja–Polonja bejn Vierraden u Krajnik inklużi l-PCIs segwenti:

3.15.1.

Interkonnessjoni bejn Vierraden (DE) u Krajnik (PL)

3.15.2.

L-istallazzjoni u t-tħaddim ikkoordinati ta’ trasformaturi tal-qalba tal-fażi tul il-linji ta’ interkonnessjoni bejn Krajnik (PL)–Vierraden (DE) u Mikulowa (PL)–Hagenwerder (DE)

3.16.

Raggruppament Ungerija–Slovakkja bejn Gőnyϋ u Gabčikovo inklużi l-PCIs segwenti:

3.16.1.

Interkonnessjonijiet bejn Gőnyϋ (HU) u Gabčikovo (SK)

3.16.2.

Linja interna bejn Velký Ďur u Gabčikovo (SK)

3.16.3.

L-estensjoni tas-substazzjon ta’ Győr (HU)

3.17.

PCI Interkonnessjoni Ungerija–Slovakkja bejn Sajóvánka (HU) u Rimavská Sobota (SK)

3.18.

Raggruppament Ungerija–Slovakkja bejn iż-żona Kisvárda u Velké Kapušany inklużi l-PCIs segwenti:

3.18.1.

Interkonnessjonijiet bejn iż-żona Kisvárda area (HU) u Velké Kapušany (SK)

3.18.2.

Linja interna bejn Lemešany u Velké Kapušany (SK)

3.19.

Raggruppament Italja–Montenegro bejn Villanova u Lastva inklużi l-PCIs segwenti:

3.19.1.

Interkonnessjonijiet bejn Villanova (IT) u Lastva (ME)

3.19.2.

Linja interna bejn Fano u Teramo (IT)

3.19.3.

Linja interna bejn Foggia u Villanova (IT)

3.20.

Raggruppament Italja–Slovenja bejn Udine tal-Punent u Okroglo inklużi l-PCIs segwenti:

3.20.1.

Interkonnessjoni bejn Udine tal-Punent (IT) u Okroglo (SI)

3.20.2.

Linja interna bejn Udine tal-Punent u Redipuglia (IT)

3.21.

PCI Interkonnessjoni Italja–Slovenja bejn Salgareda (IT) u Divača–ir-reġjun ta’ Bericevo (SI)

3.22.

Ir-raggruppament Rumanija–Serbja bejn Resita u Pancevo inklużi l-PCIs segwenti:

3.22.1.

Interkonnessjonijiet bejn Resita (RO) u Pancevo (RS)

3.22.2.

Linja interna bejn Portile de Fier u Resita (RO)

3.22.3.

Linja interna bejn Resita u Timisoara/Sacalaz (RO)

3.22.4.

Linja interna bejn Arad u Timisoara/Sacalaz (RO)

3.23.

PCI Ħażna ppumpjata bl-ilma fil-Bulgarija–Yadenitsa

3.24.

PCI Ħażna ppumpjata bl-ilma fil-Greċja–Amfilochia

3.25.

PCI Sistemi għall-ħażna tal-batteriji fl-Italja t’Isfel Ċentrali

3.26.

PCI Ħażna ppumpjata bl-ilma fil-Polonja–Mloty

4.   Kuritur prijoritarju Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq tal-Enerġija tal-Baltiku (‘Elettriku BEMIP’)

Nru

Definizzjoni

4.1.

PCI Interkonnessjoni Danimarka–Ġermanja bejn Ishőj/Bjæverskov (DK) u Bentwisch/Gűstrow (DE) permezz tal-parkijiet eoliki lil hinn mill-kosta ta’ Kriegers Flak (DK) u Baltiku 2 (DE) [attwalment magħruf bħala s-Soluzzjoni tal-Grilja Kombinata Kriegers Flak]

4.2.

Ir-raggruppament Estonja–Latvja bejn Kilingi-Nõmme u Riga [attwalment magħruf bħala it-tielet (3) interkonnessjoni] inklużi l-PCIs segwenti:

4.2.1.

Interkonnessjoni bejn Kilingi-Nõmme (EE) u s-substazzjon CHP2 ta’ Riga (LV)

4.2.2.

Linja interna bejn Harku u Sindi (EE)

4.3.

PCI Interkonnessjoni sinkronika Estonja/Latvja/Litwanja man-netwerks Ewropej kontinentali

4.4.

Żieda fil-kapaċita tar-raggruppament Latvja–Svezja [attwalment magħruf bħala l-proġett NordBalt] inklużi l-PCIs segwenti:

4.4.1.

Linja interna bejn Ventspils, Tume u Imanta (LV)

4.4.2.

Linja interna bejn Ekhyddan u Nyboro/Hemsjö (SE)

4.5.

Raggruppament Litwanja–Polonja bejn Alytus (LT) u Elk (PL) inklużi l-PCIs segwenti:

4.5.1.

Il-parti LT tal-interkonnessjoni bejn Alytus (LT) u l-fruntiera LT/PL

4.5.2.

Linja interna bejn Stanisławów u Olsztyn Mątki (PL)

4.5.3.

Linja interna bejn Kozienice u Siedlce Ujrzanów (PL)

4.5.4.

Linja interna bejn Płock and Olsztyn Mątki (PL)

4.6.

PCI Ħażna ppumpjata bl-ilma fl-Estonja–Muuga

4.7.

PCI Żieda fil-kapaċità ta’ ħżin ppumpjat bl-ilma fil-Litwanja–Kruonis

5.   Kuritur prijoritarju interkonnessjonijiet tal-gass Tramuntana–Nofsinhar fl-Ewropa tal-Punent (‘NSI Elettriku tal-Punent’)

Proġetti li jippermettu flussi bidirezzjonali bejn l-Irlanda u r-Renju Unit

Nru

Definizzjoni

5.1.

Raggruppament biex ikunu jistgħu jseħħu flussi bidirezzjonali mill-Irlanda ta’ Fuq lejn il-Gran Brittanja u l-Irlanda kif ukoll mill-Irlanda lejn ir-Renju Unit inklużi l-PCIs segwenti:

5.1.1.

Fluss fiżiku bil-kontra fil-punt ta’ interkonnessjoni ta’ Moffat (L-Irlanda/ir-Renju Unit)

5.1.2.

Titjib fil-pipeline SNIP (mill-Iskozja għall-Irlanda ta’ Fuq) biex jakkomoda l-fluss fiżiku bil-kontra bejn Ballylumford u Twynholm

5.1.3.

L-iżvilupp tal-faċilità ta’ Ħażna ta’ Taħt l-Art (UGS–Underground Gas Storage) ta’ Islandmagee f’Larne (l-Irlanda ta’ Fuq)

5.2.

PCI Ġemellaġġ ta’ sistema fuq il-kosta fil-Lbiċ tal-Iskozja fuq l-art bejn Cluden u Brighouse Bay. (Ir-Renju Unit)

5.3.

PCI It-terminal tal-LNG tax-Shannon li jinsab bejn Tarbert u Ballylongford (l-Irlanda)

Proġetti li jippermettu flussi bidirezzjonali bejn il-Portugall, Spanja, Franza u l-Ġermanja

Nru

Definizzjoni

5.4.

PCI t-tielet (3) interkonnessjoni bejn il-Portugall u Spanja

5.5.

PCI L-assi tal-Lvant Spanja-Franza–il-punt ta’ interkonnessjoni bejn il-Peniżola Iberika u Franza f’Le Perthus–[attwalment magħruf bħala Midcat].

5.6.

PCI T-tisħiħ tan-netwerk Franċiż min-Nofsinhar għat-Tramuntana — il-fluss bil-kontra minn Franza lejn il-Ġermanja fil-punt ta’ interkonnessjoni ta’ Obergailbach/Medelsheim (Franza)

5.7.

PCI t-tisħiħ tan-netwerk Franċiż min-Nofsinhar lejn it-Tramuntana tul il-pipline ta’ Bourgogne bejn Etrez u Voisines (Franza).

5.8.

PCI T-tisħiħ tan-netwerk Franċiż min-Nofsinhar lejn it-Tramuntana tul il-pipline tal-Lyonnais tal-Lvant bejn Saint-Avit u Etrez (Franza)

Flussi bidirezzjonali bejn l-Italja, l-Isvizzera, il-Ġermanja u l-Belġju/Franza

Nru

Definizzjoni

5.9.

PCI L-interkonnessjoni tal-fluss bil-kontra bejn l-Isvizzera u Franza

5.10.

PCI L-interkonnessjoni tal-fluss bil-kontra tul il-pipeline TENP fil-Ġermanja

5.11.

L-interkonnessjoni tal-fluss bil-kontra bejn l-Italja u l-Isvizzera fil-punt ta’ interkonnessjoni ta’ Passo Gries

5.12.

PCI L-interkonnessjoni tal-fluss bil-kontra tul il-pipeline TENP lejn il-punt ta’ interkonnessjoni ta’ Eynatten (il-Ġermanja)

L-iżvilupp ta’ interkonnessjonijiet bejn il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Belġju, Franza u l-Lussemburgu

Nru

Definizzjoni

5.13.

PCI Interkonnessjoni ġdida bejn Pitgam (Franza) u Maldegem (il-Belġju)

5.14.

PCI T-tisħiħ tan-netwerk Franċiż min-Nofsinhar lejn it-Tramuntana tul il-pipline ta’ Arc de DIerrey bejn Cuvilly, Dierrey u Voisines (Franza)

5.15.

Raggruppament li jimplimenta t-titjib tal-kompressur tal-gass fil-Pajjiżi l-Baxxi inklużi l-PCIs segwenti:

5.15.1.

Emden (min-Norveġja għall-Pajjiżi l-Baxxi)

5.15.2.

Winterswijk/Zevenaar (mill-Pajjiżi l-Baxxi għall-Ġermanja)

5.15.3.

Bocholtz (mill-Pajjiżi l-Baxxi għall-Ġermanja)

5.15.4.

‘s Gravenvoeren (mill-Pajjiżi l-Baxxi għall-Belġju)

5.15.5.

Hilvarenbeek (mill-Pajjiżi l-Baxxi għall-Belġju)

5.16.

PCI L-estensjoni tat-terminal tal-LNG ta’ Zeebrugge.

5.17.

Raggruppament bejn il-Lussemburgu, Franza u l-Belġju, inklużi wieħed minn dawn il-PCIs jew iktar:

5.17.1.

Interkonnessjoni bejn Franza u l-Lussemburgu.

5.17.2.

T-tisħiħ tal-interkonnessjoni bejn il-Belġju u l-Lussemburgu

Proġetti oħra

Nru

Definizzjoni

5.18.

PCI Tisħiħ tan-network Ġermaniż biex tissaħħaħ il-kapaċità ta’ interkonnessjoni mal-Awstrija [attwalment magħruf bħala l-fażi I tal-pipeline ta’ Monaco] (Haiming/Burghausen-Finsing)

5.19.

PCI L-konnessjoni ta’ Malta man-netwerk Ewropew tal-Gass (pipeline tal-gass mal-Italja f’Gela u Unità li żżomm f’ wiċċ l-ilma għall-ħażna u l-gassifikazzjoni mill-ġdid tal-LNG (FSRU–Floating Storage Re-gasification Unit))

5.20.

PCI Pipeline tal-gass li jgħaqqad l-Alġerija mal-Italja (Sardinja) u Franza (Korsika) [attwalment magħrufa bħala l-pipelines Galsi u Cyréné]

6.   Kuritur prijoritarju interkonnessjonijiet tal-gass fl-Ewropa tal-Lvant Ċentrali u l-Ewropa tax-Xlokk (‘NSI Gass tal-Lvant’)

Proġetti li jippermettu l-flussi bidirezzjonali bejn il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja u l-Ungerija li tgħaqqad it-terminals tal-LNG fil-Polonja u l-Kroazja

Nru

Definizzjoni

6.1.

Titjib fir-raggruppament tal-interkonnessjoni Ċeka–Pollakka u tisħiħ intern relatat fil-Polonja tal-Punent, inklużi l-PCIs segwenti:

6.1.1.

L-interkonnessjoni Polonja–Repubblika Ċeka [attwalment magħrufa bħala Stork II] bejn Libhošť–Hať (CZ/PL)–Kedzierzyn (PL)

6.1.2.

Il-pipline Lwowek–Odolanow

6.1.3.

L-istazzjon tal-kompressur Odolanow

6.1.4.

Il-pipeline Czeszów–Wierzchowice

6.1.5.

Il-pipeline Czeszów–Kiełczów

6.1.6.

Il-pipeline Zdzieszowice–Wrocław

6.1.7.

Il-pipeline Zdzieszowice–Kędzierzyn

6.1.8.

Il-pipeline Tworog–Tworzen

6.1.9.

Il-pipeline Tworóg–Kędzierzyn

6.1.10.

Il-pipeline Pogorska Wola–Tworzen

6.1.11.

Il-pipeline Strachocina–Pogórska Wola

6.2.

L-interkonnessjoni tar-raggruppament Polonja–Slovakkja u t-tisħiħ intern relatat fil-Polonja tal-Lvant, inklużi l-PCIs segwenti:

6.2.1.

L-interkonnessjoni Polonja–Slovakkja

6.2.2.

L-istazzjon tal-kompressur Rembelszczyzna

6.2.3.

IL-pipeline Rembelszczyzna–Wola Karczewska

6.2.4.

Il-pipeline Wola Karczewska–Wronów

6.2.5.

In-nodu Wronów

6.2.6.

Il-pipeline Rozwadów–Końskowola–Wronów

6.2.7.

Il-pipeline Jarosław–Rozwadów

6.2.8.

Il-pipeline Hermanowice–Jarosław

6.2.9.

Il-pipeline Hermanowice–Strachocina

6.3.

PCI L-interkonnessjoni tal-Gass Slovakkja–Ungerija bejn Vel’ké Zlievce (SK)–il-fruntiera Balassagyarmat (SK/HU)–Vecsés (HU)

6.4.

PCI Interkonnessjoni bidirezzjonali Awstrijaka–Ċeka (BACI) bejn Baumgarten (AT)–Reinthal (CZ/AT)–Brečlav (CZ)

Proġetti li jippermettu li l-gass jgħaddi mit-terminal tal-LNG Kroat lejn il-pajjiżi ġirien

Nru

Definizzjoni

6.5.

Ir-raggruppament Krk, Bastiment tal-Gassifikazzjoni mill-Ġdid tal-LNG u pipelines ta’ evakwazzjoni lejn l-Ungerija, is-Slovenja u l-Italja, inklużi l-PCIs segwenti:

6.5.1.

Bastiment tal-Gassifikazzjoni mill-ġdid tal-LNG f’Krk (HR)

6.5.2.

Pipeline tal-gass Zlobin–Bosiljevo–Sisak–Kozarac–Slobodnica (HR)

6.5.3.

Pipeline ta’ evakwazzjoni tal-LNG Omišalj–Zlobin (HR)–Rupa (HR)/Jelšane (SI)–Kalce (SI) jew

6.5.4.

Pipeline tal-gass Omišalj (HR)–Casal Borsetti (IT)

6.6.

PCI Interkonnessjoni Kroazja–Slovenja (Bosiljevo–Karlovac–Lučko–Zabok–Rogatec (SI))

6.7.

PCI Interkonnessjoni Slovenja–Italja (Gorizia (IT)/Šempeter (SI)–Vodice (SI))

Proġetti li jippermettu l-flussi tal-gass mill-Kuritur tal-Gass tan-Nofsinhar u/jew terminals LNG fil-Greċja mill-Greċja, il-Bulgarija, ir-Rumanija, is-Serbja u ankè l-Ungerija kif ukoll l-Ukraina, inkluż il-kapaċità ta’ fluss bil-kontra min-Nofsinhar lejn it-Tramuntana u l-integrazzjoni ta’ sistemi ta’ tranżitu u trażmissjoni

Nru

Definizzjoni

6.8.

Interkonnessjoni ta’ raggruppament bejn il-Greċja u l-Bulgarija u t-tisħiħ meħtieġ fil-Bulgarija, inklużi l-PCIs segwenti:

6.8.1.

Interkonnessjoni Greċja–Bulgarija [attwalment magħruf bħala IGB] bejn Komotini (EL)–Stara Zagora (BG)

6.8.2.

Ir-riabilitazzjoni, modernizzazzjoni u espansjoni meħtieġa tas-sistema ta’ trażmissjoni Bulgara

6.9.

Terminal tal-LNG tar-raggruppament fil-Greċja, inkluż wieħed mill-PCIs segwenti:

6.9.1.

Sistema indipendenti tal-gass naturali LNG, il-Greċja

6.9.2.

Terminal għall-importazzjoni tal-LNG fl-Eġew

6.10.

PCI Interkonnessjoni tal-gass Bulgarija–Serbja [attwalment magħruf bħala IBS]

6.11.

PCI Fluss bil-kontra permanenti tul il-fruntiera Griega–Bulgara bejn Kula (BG)–Sidirokastro (EL)

6.12.

PCI Żieda fil-kapaċità tat-trażmissjoni tal-pipeline eżistenti mill-Bulgarija għall-Greċja

6.13.

Ir-raggruppament tal-kuritur ta’ trażmissjoni Rumanija–Ungerija–Awstrija, inklużi l-PCIs segwenti:

6.13.1.

Il-pipeline Városföld–Ercsi–Győr + it-tkabbir tal-istazzjon tal-kompressur Városföld + modifika tal-għoti ta’ riħa ċentrali

6.13.2.

Il-pipeline Ercsi–Százhalombatta

6.13.3.

L-istazzjon tal-kompressur Csanádpalota jew Algyő

6.14.

PCI Fluss bil-kontra Rumen–Ungeriż f’Csanádpalota jew Algyő (HU)

6.15.

L-Integrazzjoni tar-raggruppament tas-sistema ta’ tranżitu u trażmissjoni u l-implimentazzjoni tal-fluss bil-kontra fir-Rumanija, inklużi l-PCIs segwenti:

6.15.1.

L-integrazzjoni tas-sistema ta’ tranżitu u trażmissjoni Rumena

6.15.2.

Fluss bil-kontra f’Isaccea

Proġetti li jippermettu li l-gass mill-kuritur tal-gass tan-Nofsinhar u/jew terminals tal-LNG jasal l-Italja biex jgħaddi lejn it-tramuntana tal-Awstrija, il-Ġermanja, ir-Repubblika Ċeka (kif ukoll lejn il-kuritur tal-NSI Punent)

Nru

Definizzjoni

6.16.

PCI Il-Pipeline Tauerngasleitung (TGL) bejn Haiming (AT)/Überackern (DE)–Tarvisio (IT)

6.17.

PCI Konnessjoni għal Oberkappel (AT) mill-fergħa tan-Nofsinhar tas-sistema ta’ tranżizzjoni Ċeka

6.18.

PCI Il-pipeline Adriatica (IT)

6.19.

PCI Terminal tal-LNG fuq il-kosta fl-Adrijatiku tat-Tramuntana (IT) (1)

Proġetti li jippermettu l-iżvilupp ta’ kapaċità ta’ ħażna tal-gass taħt l-art fl-Ewropa tax-Xlokk

Nru

Definizzjoni

6.20.

Żieda fil-kapaċità tal-ħażna tar-raggruppament fl-Ewropa tax-Xlokk, inklużi wieħed minn dawn il-PCIs jew iktar:

6.20.1.

Kostruzzjoni ta’ faċilità ta’ ħażna ġdida fit-territorju tal-Bulgarija

6.20.2.

Espansjoni tal-UGS ta’ Chiren

6.20.3.

Il-ħażna ta’ Kavala tan-Nofsinhar fil-Greċja

6.20.4.

Il-ħażna ta’ Depomures fir-Rumanija

Proġetti oħra

Nru

Definizzjoni

6.21.

PCI Il-Pipeline Adrijatiku Jonju (Fieri (AB)–Split (HR))

6.22.

Proġett ta’ interkonnettur tar-raggruppament Azerbajġan–Ġeorġja–Rumanija, inklużi l-PCIs segwenti:

6.22.1.

Il-pipeline tal-gass Constanta (RO)–Arad–Csanádpalota (HU) [attwalment magħruf bħala AGRI]

6.22.2.

Terminal tal-LNG f’Constanta (RO)

6.23.

PCI Interkonnessjoni Ungerija–Slovenja (Nagykanizsa–Tornyiszentmiklós (HU)–Lendava (SI)–Kidričevo)

7.   Kuritur prijoritarju Gass tan-Nofsinhar (‘SGC’–Southern Gas Corridor)

Nru

Definizzjoni

7.1.

Raggruppament ta’ infrastruttura tat-trasport iddedikata u li tista’ tlaħħaq ma’ domanda ikbar u tagħmir assoċat għat-trasport ta’ minimu ta’ 10 bcm/a ta’ sorsi ġodda ta’ gass mir-Reġjun tal-Kaspju, li jgħaddi mill-Ġeorġja u t-Turkija u fl-aħħar nett jasal fis-swieq finali tal-UE minn żewġ rotot possibbli: waħda li tgħaddi mill-Ewropa tax-Xlokk u tasal l-Awstrija, l-oħra li tasal l-Italja mill-Baħar Adrijatiku. PCI wieħed minn dawn jew iktar huma inklużi:

7.1.1.

Pipeline tal-gass mill-UE għat-Turkmenistan li jgħaddi mit-Turkija, il-Ġeorġja, l-Azerbajġan u l-Kaspju [attwalment magħruf bħala l-kombinament tal-‘Pipeline tal-gass naturali trans-Anatoljan’ (TANAP), l-‘Espansjoni tal-Pipeline tal-Kawkasu tan-Nofsinhar’ (SCP-(F)X) u l-‘Pipeline tal-Gass trans-Kaspju’ (TCP)]

7.1.2.

Stazzjon għall-kompressjoni tal-gass f’Kipi (EL)

7.1.3.

Pipeline tal-gass mill-Greċja għall-Italja li jgħaddi mill-Albanija u l-Baħar Adrijatiku [attwalment magħruf bħala l-‘Pipeline trans-Adrijatiku’ (TAP)]

7.1.4.

Pipeline tal-gass mill-Greċja għall-Italja li jgħaddi mill-Baħar Adrijatiku [attwalment magħruf bħala l-‘Interkonnettur Turkija–Greċja–Italja’ (ITGI)]

7.1.5.

Pipeline tal-gass mill-Bulgarija għall-Awstrija li jgħaddi mir-Rumanija u l-Ungerija

7.2.

Raggruppament magħmul minn infrastruttura tat-trasport iddedikata u li tista’ tlaħħaq ma’ domanda ikbar u tagħmir assoċat għat-trasport ta’ minimu ta’ 8 bcm/a ta’ sorsi ġodda ta’ gass mir-Reġjun tal-Kaspju (l-Azerbajġan u t-Turkmenistan) għar-Rumanija, inklużi l-proġetti segwenti:

7.2.1.

Pipeline tal-gass minn taħt il-baħar fil-Baħar Kaspju mit-Turkmenistan għall-Azerbajġan [attwalment magħruf bħala l-‘Pipeline tal-Gass Trans-Kaspju’ (TCP)]

7.2.2.

Titjib fil-pipeline bejn l-Ażerbajġan u t-Turkija li jgħaddi mill-Ġeorġja [attwalment magħruf bħala l-‘Espansjoni tal-Pipeline tal-Kawkasu tan-Nofsinhar’ (SCP-(F)X)]

7.2.3.

Pipeline taħt l-ilma baħar li jgħaqqad il-Ġeorġja mar-Rumanija [attwalment magħruf bħala n-‘Nixxiegħa Bajda’]

7.3.

Ir-raggruppament ta’ infrastruttura tal-gass u tagħmir assoċat għat-trasport ta’ sorsi ġodda tal-gass mill-oqsma lil hinn mill-kosta fil-Mediterran tal-Lvant inkluż PCI wieħed jew iktar mis-segwenti:

7.3.1.

Pipeline lil hinn mill-kosta ta’ Ċipru għall-Greċja kontinentali li jgħaddi minn Kreta

7.3.2.

Ħażna tal-LNG li tinsab f’Ċipru [attwalment magħrufa bħala l-‘Ħażna tal-Gass tal-Mediterran’]

7.4.

Raggruppament ta’ interkonnessjonijiet mat-Turkija, inklużi l-PCIs segwenti:

7.4.1.

Stazzjon għall-kompressjoni tal-gass f’Kipi (EL) b’kapaċità minima ta’ 3bcm/a

7.4.2.

Interkonnettur bejn it-Turkija u l-Bulgarija b’kapaċità minima ta’ 3bcm/a [attwalment magħruf bħala ‘ITB’]

8.   Kuritur prijoritarju Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq tal-Enerġija tal-Baltiku (‘Elettriku BEMIP’)

Nru

Definizzjoni

8.1.

Provvista tal-LNG ta’ raggruppament fir-Reġjun tal-Lvant tal-Baħar Baltiku, inklużi l-PCIs segwenti:

8.1.1.

Interkonnettur bejn l-Estonja u l-Finlandja ‘Balticconnector’, u

8.1.2.

Wieħed mit-terminals tal-LNG segwenti:

8.1.2.1.

LNG Finngulf

8.1.2.2.

LNG Paldiski

8.1.2.3.

LNG Tallinn

8.1.2.4.

LNG Latvjan

8.2.

Provvista tal-LNG ta’ raggruppament fir-reġjun tal-Lvant tal-Baħar Baltiku, inklużi l-PCIs segwenti:

8.2.1.

Titjib tal-interkonnessjoni Latvja–Litwanja

8.2.2.

Titjib tal-interkonnessjoni Estonja–Latvja

8.2.3.

Titjib fil-kapaċità tal-pipeline Klaipeda–Kiemenai fil-Litwanja

8.2.4.

Il-modernizzazzjoni u l-espansjoni tal-Ħażna tal-Gas ta’ Taħt l-Art ta’ Incukalns

8.3.

PCI Interkonnessjoni ‘Pipe Baltiku’ Polonja–Danimarka

8.4.

PCI L-Espansjoni tal-kapaċità tul il-fruntiera DK–DE

8.5.

PCI Interkonnessjoni Polonja-Litwanja [attwalment magħruf bħala ‘GIPL’]

8.6.

PCI It-terminal tal-LNG ta’ Gothenburg fl-Isvezja

8.7.

PCI L-estensjoni tal-kapaċità tat-terminal tal-LNG ta’ Swinoujscie fil-Polonja

8.8.

PCI Titjib tal-punti ta’ dħul Lwowek u Wloclawek tal-pipeline Yamal-Europe fil-Polonja

9.   Kuritur prijoritarju Konnessjonijiet tal-Provvista taż-Żejt fil-Lvant Ċentrali tal-Ewropa (OSC)

Nru

Definizzjoni

9.1.

PCI L-pipeline Adamowo–Brody: pipeline li jgħaqqad is-Sit ta’ Mmaniġġjar JSC Uktransnafta fi Brody (l-Ukraina) mal-Park tat-Tankijiet ta’ Adamowo (il-Polonja)

9.2.

PCI L-Pipeline Bratislava–Schwechat: pipeline li jgħaqqad lil Schwechat (l-Awstrija) ma’ Bratislava (ir-Repubblika Slovakka)

9.3.

PCI L-pipelines JANAF–Adria: ir-rikostruzzjoni, titjib, manutenzjoni u żieda fil-kapaċità tal-pipelines eżistenti JANAF u Adria li jgħaqqdu l-port tal-baħar Kroat ta’ Omislaj ma’ Druzhba tan-Nofsinhar (il-Kroazja, l-Ungerija, ir-Repubblika Slovakka)

9.4.

PCI L-pipeline Litvinov (ir-Repubblika Ċeka)–Spergau (il-Ġermanja): l-estensjoni tal-proġett tal-pipeline taż-żejt mhux maħdum ta’ Druzhba lejn ir-raffinerija TRM Spergau

9.5.

Il-pipeline tar-raggruppament Pomerenjan (il-Polonja), inklużi l-PCIs segwenti:

9.5.1.

Kostruzzjoni ta’ Terminals taż-Żejt fi Gdańsk

9.5.2.

L-espansjoni tal-pipeline Pomeranjan: ċirkwiti u t-tieni linja tul il-pipeline Pomerenjan li jgħaqqad il-Park tat-Tankijiet ta’ Plebanka (qrib Płock) u t-Terminal ta’ Mmaniġjar ta’ Gdańsk

9.6.

PCI TAL Plus: l-espansjoni tal-kapaċità tal-Pipeline TAL bejn Trieste (l-Italja) u Ingolstadt (il-Ġermanja)

10.   Iż-żona tematika ta’ prijorità għall-Użu tal-Grilji Intelliġenti

Nru

Definizzjoni

10.1.

Proġett taż-Żona Ħadra fit-Tramuntana tal-Atlantiku (l-Irlanda, ir-Renju Unit/L-Irlanda ta’ Fuq): Tixkil inqas għar-riħ permezz tal-implimentazzjoni ta’ infrastruttura tal-komunikazzjoni, titjib fil-kontroll tal-grilja u l-istabbiliment ta’ protokolli (transkonfinali) għall-Ġestjoni tan-Naħa tad-Domanda

10.2.

Green–Me (Franza, l-Italja): Titjib fl-integrazzjoni ta’ RES permezz tal-implimentazzjoni ta’ sistemi tal-awtomatizzazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ fis-substazzjonijiet ta’ HV u HV/MV, komunikazzjoni avvanzata mal-ġeneraturi rinnovabbli u ħażna fis-substazzjonijiet primarji.”


(1)  Il-post preċiż fejn se jinbena t-terminal tal-LNG fl-Adrijatiku tat-Tramuntana se jkun deċiż mill-Italja bi qbil mas-Slovenja.


Top