This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R1380
Commission Implementing Regulation (EU) No 1380/2011 of 21 December 2011 amending Regulation (EC) No 798/2008 as regards the specific conditions for breeding and productive ratites Text with EEA relevance
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1380/2011 tal- 21 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-kundizzjonijiet speċifiċi għall-għasafar li ma jtirux għat-tgħammir u li huma produttivi Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1380/2011 tal- 21 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-kundizzjonijiet speċifiċi għall-għasafar li ma jtirux għat-tgħammir u li huma produttivi Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 343, 23.12.2011, p. 25–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692
23.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 343/25 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1380/2011
tal-21 ta’ Diċembru 2011
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-kundizzjonijiet speċifiċi għall-għasafar li ma jtirux għat-tgħammir u li huma produttivi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(1)(b) tagħha,
Billi:
(1) |
L-Anness VIII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (2) jipprevedu l-kundizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għall-importazzjonijiet ta’ għasafar li ma jtirux għat-tgħammir u li huma produttivi ħlief għal għasafar li ma jtirux u għal importazzjonijiet ta’ bajd tat-tfaqqis u flieles li għandhom jum biss ħlief dawk l-għasafar li ma jtirux. |
(2) |
Il-Punt 2 tal-Parti II tal-Anness jistipula li, meta flieles li għandhom jum biss ma jkunux imkabbra fl-Istat Membru li importa l-bajd għat-tfaqqis, dawn għandhom jinġarru direttament għad-destinazzjoni finali u jinżammu hemm għal tal-inqas tliet ġimgħat mid-data tat-tfaqqis. Dan ir-rekwiżit huwa rifless fil-Parti I tal-mudell rilevanti taċ-ċertifikat veterinarju għal flieles li għandhom jum biss stabbilit fl-Anness IV tad-Direttiva 2009/158/KE. |
(3) |
L-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu applikati għall-importazzjonijiet ta’ għasafar li ma jtirux għat-tgħammir u l-produzzjoni, it-tfaqqis tal-bajd u flieles tagħhom li għandhom jum biss. Dawk il-kundizzjonijiet speċifiċi bħalissa ma jinkludux dispożizzjoni simili li tikkonċerna għasafar li ma jtirux bħal dik inkluża għat-tjur fil-punt 2 tal-Parti II tal-Anness VIII ta’ dak ir-Regolament. |
(4) |
L-esperjenza fl-applikazzjoni ta’ dik id-dispożizzjoni li tikkonċerna t-tjur turi li huwa xieraq li tiġi estiża wkoll għal flieles ta’ għasafar li ma jtirux u li għandhom jum biss. |
(5) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, fil-Parti II, il-punt 3 huwa mibdul b’dan li ġej:
“3. |
L-għasafar li ma jtirux li tfaqqsu minn bajd tat-tfaqqis impurtat għandhom jinżammu għal perjodu ta’ mill-anqas tliet ġimgħat mid-data tat-tfaqqis fil-post tat-tfaqqis jew tal-anqas għal tliet ġimgħat fl-istabbiliment(i) li ntbagħtu fih wara li faqqsu. Meta l-flieles ta’ għasafar li ma jtirux u li għandhom jum biss ma jitkabbrux fl-Istat Membru li importa l-bajd għat-tfaqqis, huma għandhom jinġarru direttament lejn id-destinazzjoni finali (kif speċifikat fil-punti I.10 u I.11 taċ-ċertifikat tas-saħħa, Mudell 2 fl-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE (*)) u jinżammu hemm għal tal-anqas tliet ġimgħat mid-data tat-tfaqqis. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Frar 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.
(2) ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.