This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0173
Commission Regulation (EU) No 173/2011 of 23 February 2011 amending Regulations (EC) No 2095/2005, (EC) No 1557/2006, (EC) No 1741/2006, (EC) No 1850/2006, (EC) No 1359/2007, (EC) No 382/2008, (EC) No 436/2009, (EC) No 612/2009, (EC) No 1122/2009, (EC) No 1187/2009 and (EU) No 479/2010 as regards the notification obligations within the common organisation of agricultural markets and the direct support schemes for farmers
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 173/2011 tat- 23 ta’ Frar 2011 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2095/2005, (KE) Nru 1557/2006, (KE) Nru 1741/2006, (KE) Nru 1850/2006, (KE) Nru 1359/2007, (KE) Nru 382/2008, (KE) Nru 436/2009, (KE) Nru 612/2009, (KE) Nru 1122/2009, (KE) Nru 1187/2009 u (UE) Nru 479/2010 fir-rigward tal-obbligi ta’ notifika fi ħdan l-organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u l-iskemi ta’ appoġġ dirett għall-bdiewa
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 173/2011 tat- 23 ta’ Frar 2011 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2095/2005, (KE) Nru 1557/2006, (KE) Nru 1741/2006, (KE) Nru 1850/2006, (KE) Nru 1359/2007, (KE) Nru 382/2008, (KE) Nru 436/2009, (KE) Nru 612/2009, (KE) Nru 1122/2009, (KE) Nru 1187/2009 u (UE) Nru 479/2010 fir-rigward tal-obbligi ta’ notifika fi ħdan l-organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u l-iskemi ta’ appoġġ dirett għall-bdiewa
ĠU L 49, 24.2.2011, p. 16–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
24.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 49/16 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 173/2011
tat-23 ta’ Frar 2011
li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2095/2005, (KE) Nru 1557/2006, (KE) Nru 1741/2006, (KE) Nru 1850/2006, (KE) Nru 1359/2007, (KE) Nru 382/2008, (KE) Nru 436/2009, (KE) Nru 612/2009, (KE) Nru 1122/2009, (KE) Nru 1187/2009 u (UE) Nru 479/2010 fir-rigward tal-obbligi ta’ notifika fi ħdan l-organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u l-iskemi ta’ appoġġ dirett għall-bdiewa
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 161(3), l-Artikolu 170, l-Artikolu 171(1) u l-Artikolu 192(2), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 142(q) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta’ Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (3) jistabbilixxi regoli komuni biex ikunu nnotifikati informazzjoni u dokumenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri lill-Kummissjoni. Dawk ir-regoli jkopru, b’mod partikolari, l-obbligu għall-Istati Membri li jużaw is-sistemi ta’ informazzjoni li tkun għamlet disponibbli l-Kummissjoni u l-validazzjoni tad-drittijiet ta’ aċċess tal-awtoritajiet jew tal-individwi awtorizzati sabiex jibgħatu n-notifiki. Barra minn hekk, dak ir-Regolament jiffissa prinċipji komuni li japplikaw għas-sistemi ta’ informazzjoni sabiex jiggarantixxu l-awtentiċità, l-integrità u l-leġġibbiltà maż-żmien tad-dokumenti u jipprovdi għall-protezzjoni tad-dejta personali. |
(2) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009, l-obbligu li jintużaw is-sistemi ta’ informazzjoni skont dak ir-Regolament irid jiġi pprovdut fir-Regolamenti li jistabbilixxu obbligu ta’ notifika speċifiku. |
(3) |
Il-Kummissjoni żviluppat sistema ta’ informazzjoni li tippermetti l-ġestjoni tad-dokumenti u tal-proċeduri b’mod elettroniku fil-proċeduri ta’ ħidma interni tagħha u fir-relazzjonijiet tagħha mal-awtoritajiet involuti fil-politika agrikola komuni. |
(4) |
Huwa kkunsidrat li diversi obbligi ta’ notifiki jistgħu jitwettqu permezz ta’ dik is-sistema skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009, b’mod partikolari dawk ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2095/2005 [tal]-20 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 fir-rigward tal-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar it-tabakk (4), fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1557/2006 tat-18 ta’ Ottubru 2006 dwar il-modalitajiet tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1952/2005 fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-kuntratti u l-komunikazzjonijiet tad-data fis-settur tal-ħops (5), fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1741/2006 tal-24 ta’ Novembru 2006 li jistipula l-kundizzjonijiet li taħthom tingħata r-rifużjoni speċjali ta’ esportazzjoni fir-rigward ta’ laħam dissussat ta’ annimali tal-ifrat adulti maskili li jitqiegħdu taħt il-proċedura ta’ ħażna doganali qabel l-esportazzjoni [traduzzjoni mhux uffiċjali] (6), fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1850/2006 [tal]-14 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-ħops u l-prodotti tal-ħops (7), fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1359/2007 tal-21 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjonijiet speċjali [tal]-esportazzjoni fuq ċerti qatgħat ta’ laħam dissussat [tal]-annimali bovini (8), fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 tal-21 ta’ April 2008 dwar ir-regoli [tal]-applikazzjoni għal-liċenzji [tal]-importazzjoni u [tal]-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (9), fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 tas-26 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 479/2008 f’dak li jirrigwarda r-reġistru tal-vinji, il-prospetti obbligatorji u l-istabbiliment ta’ tagħrif għall-monitoraġġ tas-suq, id-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr tal-prodotti u r-reġistri li għandhom jinżammu fis-settur tal-vinji tal-inbid (10), fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli (11), fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 [tat-]30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (12), fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 tas-27 ta’ Novembru 2009 li jistipula regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-liċenzji tal-esportazzjoni u r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (13) u fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 479/2010 tal-1 ta’ Ġunju 2010 li jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (14). |
(5) |
Fl-interess ta’ amministrazzjoni effiċjenti u filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni l-esperjenza, in-notifiki għandhom jiġu simplifikati. B’mod partikolari, għandu jkun stabbilit li l-Istati Membri li jipproduċu t-tabakk u l-ħops rispettivament biss għandhom ikunu obbligati jibagħtu d-dejta mitluba taħt ir-Regolamenti (KE) Nru 2095/2005, (KE) Nru 1557/2006 u (KE) Nru 1850/2006. Barra minn hekk, għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-kontenut ta’ wħud min-notifiki għandu jiġi speċifikat f’dawk ir-Regolamenti. |
(6) |
L-informazzjoni li l-Istati Membri jridu jippreżentaw lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 19(1)(b)(ii) u (iii) tar-Regolament (KE) Nru 436/2009, għandha tintbagħat lill-Eurostat. Għal raġunijiet ta’ koerenza u ta’ amministrazzjoni tajba, in-notifiki kkonċernati għandhom isiru b’mezzi elettroniċi lill-punt ta’ dħul waħdieni għad-dejta fl-Eurostat, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi pprovduti mill-Kummissjoni (Eurostat). |
(7) |
Ir-rata tal-kambju li għandha tintuża għandha tkun koerenti mal-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006 tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistipula regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tas-sistema agrimonetarja tal-ewro fis-settur agrikolu u jemenda ċerti regolamenti (15). |
(8) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 2095/2005, (KE) Nru 1557/2006, (KE) Nru 1741/2006, (KE) Nru 1850/2006, (KE) Nru 1359/2007, (KE) Nru 382/2008, (KE) Nru 436/2009, (KE) Nru 612/2009, (KE) Nru 1122/2009, (KE) Nru 1187/2009 u (UE) Nru 479/2010 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
(9) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti u tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2095/2005 huwa emendat kif ġej:
1. |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit mit-test li ġej: “Artikolu 1 1. Għal kull ħsad, l-Istati Membri produtturi għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-31 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara s-sena tal-ħsad, l-informazzjoni li ġejja mogħtija bħala total u, ħlief għall-punt (a), maqsuma skont il-gruppi tal-varjetajiet tat-tabakk mhux maħdum imsemmija fil-paragrafu 3:
Il-prezz imsemmi fil-punt (e) għandu jkun espress f’EUR għal kull kg, billi tintuża, jekk ikun meħtieġ, l-iktar rata tal-kambju reċenti ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara s-sena tal-ħsad. 2. Għal kull ħsad, l-Istati Membri produtturi għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-31 ta’ Lulju tas-sena tal-ħsad li tkun għaddejja, l-informazzjoni li ġejja mogħtija bħala total u maqsuma skont il-gruppi tal-varjetajiet tat-tabakk mhux maħdum imsemmija fil-paragrafu 3:
3. Il-gruppi tal-varjetajiet tat-tabakk mhux maħdum huma: (a) Grupp I: Imqadded bi sħana artifiċjali (flue-cured): tabakk imnixxef fil-fran b’ċirkulazzjoni tal-arja, b’temperatura u b’umdità kkontrollati, b’mod partikolari tat-tip Virginia; (b) Grupp II: Ċar imqadded bl-arja (light air-cured): tabakk imnixxef fl-arja mgħotti, ma jitħallhiex jiffermenta, b’mod partikolari tat-tipi Burley u Maryland; (c) Grupp III: Skur imqadded bl-arja (dark air-cured): tabakk imnixxef fl-arja mgħotti, jitħalla jiffermenta b’mod naturali qabel ma jiġi kkummerċjalizzat, b’mod partikolari tat-tipi Badischer Geudertheimer, Burley Iffermentat, Havana, Mocny Skroniowski, Nostrano del Brenta u Pulawski. (d) Grupp IV: Imqadded bin-nar (fire-cured): tabakk imnixxef bin-nar, b’mod partikolari tat-tipi Kentucky u Salento; (e) Grupp V: Imqadded fix-xemx (sun-cured): tabakk imnixxef fix-xemx, imsejjaħ ukoll ‘Varjetajiet Orjentali’, b’mod partikolari tat-tipi Basmas, Katerini u Kaba-Koulak. 4. L-Istati Membri li kabbru inqas minn 3 000 ettaru fis-sena tal-ħsad preċedenti jistgħu jinnotifikaw biss l-informazzjoni msemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 u fil-punt (a) tal-paragrafu 2 u mogħtija biss bħala total mingħajr ma tkun maqsuma skont il-gruppi tal-varjetajiet tat-tabakk mhux maħdum. 5. In-notifiki msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 4 għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*). |
2. |
L-Artikolu 2 huwa sostitwit mit-test li ġej: “Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw irwieħhom li l-operaturi ekonomiċi kkonċernati, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, jipprovduhom bl-informazzjoni mitluba fil-limiti ta’ żmien rilevanti.” |
3. |
L-Annessi IA, IB, II u III huma mħassra. |
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 1557/2006 huwa emendat kif ġej:
1. |
L-Artikolu 5 huwa sostitwit mit-test li ġej: “Artikolu 5 1. Għal kull ħsad, l-Istati Membri produtturi għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-15 ta’ April tas-sena ta’ wara l-ħsad tal-ħops ikkonċernat, l-informazzjoni li ġejja mogħtija bħala total u, ħlief għall-punti (a) u (g), maqsuma skont żewġ gruppi ta’ varjetajiet ta’ ħops (morri u aromatiċi):
Il-prezzijiet imsemmija fil-punti (c) u (d) għandhom ikunu espressi f’EUR għal kull kg, billi tintuża, jekk ikun meħtieġ, l-iktar rata tal-kambju reċenti ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara s-sena tal-ħsad. 2. In-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (**). 3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw irwieħhom li l-operaturi ekonomiċi kkonċernati, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, jipprovduhom bl-informazzjoni mitluba fil-limiti ta’ żmien rilevanti. |
2. |
L-Anness huwa mħassar. |
Artikolu 3
L-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1741/2006 huwa sostitwit mit-test li ġej:
“Artikolu 13
Notifika lill-Kummissjoni
1. Kull xahar, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet ta’ laħam dissussat tal-annimali tal-ifrat adulti maskili li jitqiegħdu taħt il-proċedura ta’ ħażna doganali qabel l-esportazzjoni skont dan ir-Regolament, fejn dawk il-kwantitajiet jiġu maqsuma skont il-kodiċi bi 12-il figura tan-nomenklatura tal-prodotti agrikoli għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni stabbilita mir-Regolament (KEE) Nru 3846/87.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu mhux ikar tard mit-tieni xahar ta’ wara x-xahar meta tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni tad-dħul fil-maħżen.
2. In-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (***).
Artikolu 4
L-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1850/2006 huwa sostitwit mit-test li ġej:
“Artikolu 23
Notifika lill-Kummissjoni
1. L-Istati Membri produtturi għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena:
(a) |
lista taż-żoni ta’ produzzjoni tal-ħops; |
(b) |
lista taċ-ċentri ta’ ċertifikazzjoni u l-kodiċi għal kull ċentru; |
(c) |
l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni kompetenti. |
2. In-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (****).
Artikolu 5
Ir-Regolament (KE) Nru 1359/2007 huwa emendat kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 huwa sostitwit mit-test li ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għas-superviżjoni u għandhom jinnotifikawhom lill-Kummissjoni kif ikun xieraq. Huma għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex is-sostituzzjoni tal-prodotti inkwistjoni tkun impossibbli, b’mod partikolari billi tiġi identifikata kull biċċa laħam. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla fil-kundizzjonijiet għas-superviżjoni.” |
2. |
Fl-Artikolu 10, il-frażi tal-bidu hija sostitwita mit-test li ġej: “Għal ċertifikati,kif inhu pprovdut fl-Artikolu 5(1), approvati mill-awtoritajiet kompetenti kull tliet xhur u li jkopru qatgħat dissussati prodotti minn irbiegħ ta’ wara, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dan li ġej mhux iktar tard minn tmiem it-tieni xahar ta’ wara kull tliet xhur:” |
3. |
L-Artikolu 10a li ġej huwa inserit: “Artikolu 10a In-notifiki lill-Kummissjoni msemmija f’dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*****). |
Artikolu 6
Ir-Regolament (KE) Nru 382/2008 huwa emendat kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 6 huwa sostitwit mit-test li ġej: “6. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:
|
2. |
Fl-Artikolu 15, il-paragrafu 6 huwa sostitwit mit-test li ġej: “6. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:
|
3. |
L-Artikolu 16 huwa sostitwit mit-test li ġej: “Artikolu 16 1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan li ġej:
2. In-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jispeċifikaw:
|
4. |
L-Artikolu 16a li ġej huwa inserit: “Artikolu 16a In-notifiki msemmija f’dan il-Kapitolu għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (******). |
5. |
L-Anness VIII huwa mħassar. |
Artikolu 7
Ir-Regolament (KE) Nru 436/2009 huwa emendat kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 15, il-paragrafu 1 huwa sostitwit mit-test li ġej: “1. Biex il-kwantitajiet ta’ prodotti oħrajn għajr l-inbid jiġu kkonvertiti f’ettolitri ta’ nbid, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw koeffiċjenti li jistgħu jvarjaw skont kriterji oġġettivi differenti li jinfluwenzaw il-konverżjoni. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-koeffiċjenti lill-Kummissjoni flimkien mas-sommarju pprovdut fl-Artikolu 19(1).” |
2. |
L-intestatura tal-Kapitolu III tat-Titolu II hija sostitwita mit-test li ġej: “KAPITOLU III In-notifiki li għandhom isiru mill-Istati Membri ” |
3. |
Fl-Artikolu 19(3), il-frażi tal-bidu tal-ewwel subparagrafu hija sostitwita mit-test li ġej: “Sabiex ikunu stabbiliti t-tendenzi fil-prezzijiet, l-Istati Membri li l-produzzjoni tal-inbid tagħhom matul l-aħħar ħames snin kienet medjament ta’ iktar minn 5 % tal-produzzjoni totali tal-inbid tal-Unjoni għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dan li ġej fir-rigward tal-inbejjed imsemmija fil-punt 1 tal-Anness XIb għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (*******): |
4. |
L-Artikolu 49 huwa sostitwit mit-test li ġej: “Artikolu 49 Notifika 1. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni:
2. Kull Stat Membru għandu jinnotifika wkoll lill-Kummissjoni:
3. Il-Kummissjoni għandha tikkompila u żżomm aġġornata lista li jkun fiha l-ismijiet u l-indirizzi tal-korpi u tal-awtoritajiet kompetenti bbażata fuq l-informazzjoni nnotifikata mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik il-lista fuq l-Internet.” |
5. |
L-Artikolu 50 huwa sostitwit mit-test li ġej: “Artikolu 50 Notifika 1. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw irwieħhom li se jkunu jistgħu josservaw l-iskadenzi għan-notifiki stabbiliti f’dan ir-Regolament. 2. L-Istati Membri għandhom iżommu l-informazzjoni rreġistrata skont dan ir-Regolament għal mill-inqas il-ħames snin tal-inbid ta’ wara s-sena tal-inbid li matulha tkun ġiet irreġistrata. 3. In-notifiki mitluba f’dan ir-Regolament ma għandhomx jippreġudikaw l-obbligi tal-Istati Membri stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 357/79 dwar stħarriġ statistiku ta’ inħawi tad-dwieli. 4. In-notifiki lill-Kummissjoni msemmija f’dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (********). Madankollu, in-notifiki msemmija fl-Artikolu 19(1)(b)(ii) u (iii) għandhom jintbagħtu mill-Istati Membri f’format elettroniku lil jew għandhom jittellgħu b’mezzi elettroniċi fil-punt ta’ dħul waħdieni għad-dejta fl-Eurostat, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi pprovduti mill-Kummissjoni (Eurostat). |
Artikolu 8
L-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 612/2009 huwa sostitwit mit-test li ġej:
“Artikolu 50
Notifika lill-Kummissjoni
1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:
(a) |
mingħajr dewmien, il-każijiet fejn ikun japplika l-Artikolu 27(1). Sussegwentement, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membru l-oħra; |
(b) |
mhux iktar tard minn tmiem it-tieni xahar ta’ wara x-xahar meta jkunu ġew aċċettati d-dikjarazzjonijiet tal-esportazzjoni, għal kull kodiċi ta’ 12-il-figura, il-kwantitajiet tal-prodotti esportati li mhumiex koperti b’liċenzji tal-esportazzjoni bl-iffissar bil-quddiem tar-rifużjoni għall-każijiet imsemmija fl-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1), fl-Artikolu 6 u fl-Artikolu 42. Il-kodiċijiet għandhom ikunu ggruppati skont is-settur. |
2. In-notifiki lill-Kummissjoni msemmija f’dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*********).
Artikolu 9
Fl-Artikolu 84 tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009, il-paragrafu 6 li ġej huwa miżjud:
“6. In-notifiki msemmija fl-Artikolu 40(2) u fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (**********).
Artikolu 10
Ir-Regolament (KE) Nru 1187/2009 huwa emendat kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1 huwa sostitwit mit-test li ġej: “1. Il-liċenzji tal-esportazzjoni bl-iffissar bil-quddiem tar-rifużjoni, għandhom jinħarġu fil-ħames jum tax-xogħol ta’ wara l-jum meta jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet, sakemm il-kwantitajiet li għalihom ikunu saru applikazzjonijiet għal liċenzji jkunu ġew notifikati skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 479/2010 (***********) u li l-miżuri msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma jkunux ġew adottati. |
2. |
Fl-Artikolu 24(2), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit mit-test li ġej: “L-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni kemm jista’ jkun malajr bil-bidla fl-importatur innominat u l-Kummissjoni għandha tinnotifika l-bidla lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti.” |
3. |
L-Artikolu 31 huwa emendat kif ġej:
|
4. |
L-Artikolu 32 huwa emendat kif ġej:
|
5. |
Fl-Artikolu 33, il-paragrafu 2 huwa sostitwit mit-test li ġej: “2. In-notifiki lill-Kummissjoni msemmija f’dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (************). |
6. |
L-Anness IV, V u VI huma mħassra. |
Artikolu 11
Fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 479/2010, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:
“3. B’deroga mill-Artikolu 8, in-notifiki msemmija f’dan l-Artikolu għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*************).
Artikolu 12
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Frar 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.
(4) ĠU L 335, 21.12.2005, p. 6.
(5) ĠU L 288, 19.10.2006, p. 18.
(6) ĠU L 329, 25.11.2006, p. 7.
(7) ĠU L 355, 15.12.2006, p. 72.
(8) ĠU L 304, 22.11.2007, p. 21.
(9) ĠU L 115, 29.4.2008, p. 10.
(10) ĠU L 128, 27.5.2009, p. 15.
(11) ĠU L 186, 17.7.2009, p. 1.
(12) ĠU L 316, 2.12.2009, p. 65.
(13) ĠU L 318, 4.12.2009, p. 1.
(14) ĠU L 135, 2.6.2010, p. 26.
(15) ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52.