Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0840

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/840 tas-27 ta' Mejju 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

    ĠU L 141, 28.5.2016, p. 30–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/840/oj

    28.5.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 141/30


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/840

    tas-27 ta' Mejju 2016

    li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012.

    (2)

    Żewġ persuni ma għandhomx jinżammu iktar fuq il-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

    (3)

    L-informazzjoni li tirrigwarda ċerti persuni elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandha tiġi aġġornata.

    (4)

    L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Mejju 2016.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A.G. KOENDERS


    (1)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.


    ANNESS

    I.

    L-entrati li jikkonċernaw il-persuni li ġejjin jitneħħew mil-lista li tinsab fit-Taqsima A tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012:

     

    Nru 15. Mohamed Farahat (magħruf ukoll bħala Muhammad Farahat)

     

    Nru 17. Muhammad (Image) Nasif (Image) (magħruf ukoll bħala Naseef, Nassif, Nasseef) Khayrbik (Image)

    II.

    L-entrati li jikkonċernaw il-persuni elenkati hawn taħt, kif indikat fit-Taqsima A tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012, huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    8.

    Rami (

    Image

    ) Makhlouf (

    Image

    )

    Data tat-twelid: 10 ta' Lulju 1969;

    Post tat-twelid: Damasku;

    Passaport Nru 454224

    Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja b'interessi fis-setturi tat-telekomunikazzjoni, is-servizzi finanzjarji, it-trasport u l-proprjetà; għandu interess finanzjarju u/jew għandu karigi għoljin u eżekuttivi fis-Syriatel, l-ikbar operatur tat-telefon ċellulari fis-Sirja, il-fondi ta' investiment Al Mashreq, Bena Properties u Cham Holding.

    Huwa jipprovdi finanzjament u appoġġ lir-reġim Sirjan, permezz tal-interessi kummerċjali tiegħu.

    Huwa membru influwenti ta' tal-familja Makhlouf u hu marbut mill-qrib mal-familja Assad; kuġin tal-President Bashar Al-Assad;

    9.5.2011

    18.

    Mohammed (

    Image

    ) Hamcho (

    Image

    )

    Data tat-twelid: 20 ta' Mejju 1966;

    Nru tal-Passaport 002954347

    Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b'interessi fis-setturi tal-inġinerija u l-bini, il-mezzi tax-xandir, l-ospitalità u s-saħħa. Għandu interess finanzjarju u/jew għandu karigi għoljin u eżekuttivi f'għadd ta' kumpaniji fis-Sirja, b'mod partikolari Hamsho International, Hamsho Communication, Mhg International, Jupiter for Investment and Tourism project u Syria Metal industries.

    Jaqdi rwol importanti fil-komunità kummerċjali fis-Sirja bħala segretarju ġenerali tal-Kamra tal-Kummerċ ta' Damasku (maħtur mill-Ministru ta' dakinhar għall-Ekonomija, Khodr Orfali, f'Diċembru 2014), president tal-Kunsilli ta' Negozju Bilaterali bejn iċ-Ċina u s-Sirja (sa minn Marzu 2014) u president tal-Kunsill Sirjan tal-Metall u tal-Azzar (sa minn Diċembru 2015).

    Għandu relazzjonijiet ta' negozju mill-qrib ma' figuri ewlenin tar-reġim Sirjan, inkluż Maher Al-Assad.

    Mohammed Hamcho jgawdi mir-reġim Sirjan u jagħtih appoġġ permezz tal-interessi kummerċjali tiegħu, u huwa assoċjat ma' persuni li jgawdu mir-reġim u jappoġġawh.

    27.1.2015

    22.

    Ihab (

    Image

    ) (magħruf ukoll bħala Ehab, Iehab) Makhlouf (

    Image

    )

    Data tat-twelid: 21 ta' Jannar 1973;

    Post tat-twelid: Damasku;

    Passaport Nru N002848852

    Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja. Ihab Makhlouf huwa l-Viċi President, u azzjonist tas-Syriatel, l-ikbar operatur tat-telefon ċellulari fis-Sirja. Għandu wkoll interessi kummerċjali f'bosta kumpaniji u entitajiet Sirjani oħrajn, inkluż Ramak Construction Co u Syrian International Private University for Science and Technology (SIUST).

    Bħala Viċi President tas-Syriatel, li tagħti parti sinifikanti mill-profitti tagħha lill-gvern Sirjan permezz tal-kuntratt tagħha ta' għoti ta' liċenzja, Ihab Makhlouf qiegħed wkoll direttament jappoġġa lir-reġim Sirjan.

    Huwa membru influwenti tal-familja Makhlouf u hu marbut mill-qrib mal-familja Assad; kuġin tal-President Bashar Al-Assad.

    23.5.2011

    28.

    Khalid (

    Image

    ) (magħruf ukoll bħala Khaled) Qaddur (

    Image

    ) (magħruf ukoll bħala Qadour, Qaddour, Kaddour)

     

    Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b'interessi u/jew attivitajiet fis-setturi tat-telekomunikazzjoni, iż-żejt u l-industrija tal-plastik u relazzjonijiet ta' negozju mill-qrib ma' Maher Al-Assad.

    Huwa jgawdi mir-reġim Sirjan u jagħtih appoġġ, permezz tal-interessi kummerċjali tiegħu.

    Soċju ta' Maher Al-Assad, inkluż permezz tal-attivitajiet tiegħu ta' negozju.

    27.1.2015

    29.

    Ra'if (

    Image

    ) Al-Quwatly (

    Image

    ) (magħruf ukoll bħala Ri'af Al-Quwatli magħruf ukoll bħala Raeef Al-Kouatly)

    Data tat-twelid: 3 ta' Frar 1967;

    Post tat-twelid: Damasku

    Soċju fin-negozju ta' Maher Al-Assad u responsabbli għall-amministrazzjoni ta' xi wħud mill-interessi tiegħu fin-negozju; sors ta' finanzjament għar-reġim.

    23.6.2011

    32

    Is-Sur Mohammed (

    Image

    ) Makhlouf (

    Image

    ) (magħruf ukoll bħala Abu Rami)

    Data tat-twelid: 19 ta' Ottubru 1932;

    Post tat-twelid: Latakia, Sirja

    Membru influwenti tal-familja Makhlouf, soċju fin-negozju u missier Rami, Ihab u Iyad Makhlouf. Assoċjat mill-qrib mal-familja Assad u z-ziju ta' Bashar u Mahir al-Assad min-naħa ta' ommhom. Imsejjaħ ukoll Abu Rami.

    Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b'interessi u/jew attivitajiet f'bosta setturi tal-ekonomija tas-Sirja, inklużi interessi fi u/jew influwenza sinifikanti fil-General Organisation of Tobacco u s-settur taż-żejt u l-gass, tal-armi u dak bankarju.

    Involut fi ftehim kummerċjali għar-reġim ta' Assad fl-akkwist tal-armi u fil-banek. Minħabba l-firxa tar-rabtiet kummerċjali u politiċi tiegħu mar-reġim huwa jagħti appoġġ lir-reġim Sirjan u jgawdi minnu.

    1.8.2011

    33.

    Ayman (

    Image

    ) Jabir (

    Image

    ) (magħruf ukoll bħala Aiman Jaber)

    Post tat-twelid: Latakia

    Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, involut fis-setturi tal-azzar, tal-mezzi tax-xandir, tal-oġġetti ta' konsum u taż-żejt, inkluż fil-kummerċ f'dawn il-prodotti. Għandu interess finanzjarju u/jew karigi eżekuttivi għoljin f'għadd ta' kumpaniji u entitajiet fis-Sirja, b'mod partikolari l-Al Jazira (magħruf ukoll bħala Al Jazerra; El Jazireh), Dunia TV, u Sama Satellite Channel.

    Permezz tal-kumpanija tiegħu Al Jazira, Ayman Jaber iffaċilita l-importazzjoni taż-żejt minn Overseas Petroleum Trading għas-Sirja.

    Ayman Jaber igawdi mir-reġim u jagħtih appoġġ, permezz tal-interessi kummerċjali tiegħu.

    Jipprovdi appoġġ dirett u jaqdi rwol ewlieni f'attivitajiet ta' milizzji affiljati mar-reġim magħrufa bħala x-Shabiha u/jew Suqur as-Sahraa.

    Soċju ta' Rami Makhlouf permezz tal-attivitajiet tan-negozju tiegħu u soċju ta' Maher Al-Assad permezz tar-rwol tiegħu f'milizzji affiljati mar-reġim.

    27.1.2015

    41.

    Ali (

    Image

    ) Douba (

    Image

    )

    Data tat-twelid: 1933

    Post tat-twelid: Karfis, is-Sirja

    Responsabbli għall-qtil f'Hama fl-1980, ġie msejjaħ lura f'Damasku bħala konsulent speċjali tal-President Bashar Al-Assad.

    23.8.2011

    48.

    Samir (

    Image

    ) Hassan (

    Image

    )

     

    Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b'interessi u/jew attivitajiet f'bosta setturi tal-ekonomija tas-Sirja. Għandu interessi fi u/jew għandu influwenza sinifikanti fl-Amir Group u Cham Holdings, żewġ konglomerati b'interessi fis-setturi tal-proprjetà, it-turiżmu, it-trasport u l-finanzi. Sa minn Marzu 2014, huwa okkupa l-kariga ta' President għar-Russja tal-Kunsilli ta' Negozju Bilaterali wara l-ħatra tiegħu mill-Ministru tal-Ekonomija, Khodr Orfali.

    Samir Hassan jappoġġa l-isforz ta' gwerra tar-reġim permezz ta' donazzjonijiet ta' flus.

    Samir Hassan huwa assoċjat ma' persuni li jgawdu mir-reġim u jappoġġawh. B'mod partikolari, huwa assoċjat ma' Rami Makhlouf u Issam Anbouba, li ġew identifikati mill-Kunsill u jgawdi mir-reġim Sirjan.

    27.9.2014

    108.

    Mohammad (

    Image

    ) (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammed) Al-Jleilati (

    Image

    )

    Data tat-twelid: 1945;

    Post tat-twelid: Damasku

    Il-Ministru għall-Finanzi ta' qabel, fil-kariga sad-9 ta' Frar 2013. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    1.12.2011

    111.

    Joseph (

    Image

    ) Suwaid (

    Image

    )

    Data tat-twelid: 1958;

    Post tat-twelid: Damasku

    Il-Ministru għall-Istat ta' qabel, fil-kariga sa mill-inqas il-21 ta' Jannar 2014. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    23.3.2012

    112.

    Hussein (

    Image

    ) (magħruf ukoll bħala Hussain) Mahmoud (

    Image

    ) Farzat (

    Image

    ) (magħruf ukoll bħala: Hussein Mahmud Farzat)

    Data tat-twelid: 1957;

    Post tat-twelid: Hama

    Il-Ministru għall-Istat ta' qabel, fil-kariga sa mill-inqas l-2014. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    23.3.2012

    114.

    Emad (

    Image

    ) Abdul-Ghani (

    Image

    ) Sabouni (

    Image

    ) (magħruf ukoll bħala: Imad Abdul Ghani Al Sabuni)

    Data tat-twelid: 1964;

    Post tat-twelid: Damasku

    Il-Ministru ta' qabel għat-Telekomunikazzjoni u t-Teknoloġija, fil-kariga sa mill-inqas April 2014. Bħala exks Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    27.2.2012

    117.

    Adnan (

    Image

    ) Hassan (

    Image

    ) Mahmoud (

    Image

    )

    Data tat-twelid: 1966;

    Post tat-twelid: TartOus

    Il-Ministru tal-Informazzjoni ta' qabel. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    23.9.2011

    192

    Hashim Anwar al-Aqqad magħruf ukoll bħala Hashem Aqqad, Hashem Akkad, Hashim Akkad

    Data tat-twelid: 1961

    Post tat-twelid: Mohagirine, is-Sirja

    Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b'interessi u/jew attivitajiet f'bosta setturi tal-ekonomija tas-Sirja. Għandu interessi fi u/jew għandu influwenza sinifikanti f'Anwar Akkad Sons Group (AASG) u s-sussidjarja tiegħu United Oil. L-AASG huwa konglomerat b'interessi f'setturi bħaż-żejt, il-gass, is-sustanzi kimiċi, l-assigurazzjoni, il-makkinarju industrijali, il-proprjetà, it-turiżmu, wirjiet, l-għoti ta' kuntratti, l-assigurazzjoni, u tagħmir mediku.

    Hashim Anwar al-Aqqad ħadem ukoll bħala membru tal-Parlament Sirjan diġà fl-2012.

    Al-Aqqad ma kienx jibqa' jirnexxi mingħajr għajnuna mingħand ir-reġim. Minħabba l-firxa tar-rabtiet kummerċjali u politiċi tiegħu mar-reġim huwa jagħti appoġġ lir-reġim Sirjan u jgawdi minnu.

    23.7.2014

    201

    Wael Abdulkarim

    (magħruf ukoll bħala Wael Al Karim)

    Al Karim for Trade and Industry, PO Box 111, 5797 Damasku, is-Sirja

    Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja fl-industriji taż-żejt, is-sustanzi kimiċi u l-manifattura. Speċifikament, jirrappreżenta lill-Abdulkarim Group, magħruf ukoll bħala Al Karim Group/Alkarim for Trade and Industry/Al Karim Trading and Industry/Al Karim for Trade and Industry. Abdulkarim Group huwa manifattur ewlieni ta' lubrikanti, grease u sustanzi kimiċi industrijali fis-Sirja.

    7.3.2015

    203

    George Haswani

    (magħruf ukoll bħala Heswani; Hasawani; Al Hasawani)

    Indirizz: Damascus Province, Yabroud, Al Jalaa St, Syria

    Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b'interessi u/jew attivitajiet fis-setturi tal-inġinerija, tal-bini u taż-żejt u l-gass. Għandu interessi fi u/jew għandu influwenza sinifikanti f'għadd ta' kumpaniji u entitajiet fis-Sirja, b'mod partikolari HESCO Engineering and Construction Company, kumpanija ewlenija tal-inġinerija u tal-bini.

    George Haswani għandu rabtiet mill-qrib mar-reġim Sirjan. Huwa jagħti appoġġ lir-reġim u jgawdi minnu permezz tar-rwol tiegħu bħala medjatur f'negozjati għax-xiri taż-żejt mingħand l-ISIL mir-reġim Sirjan. Huwa jgawdi wkoll mir-reġim permezz ta' trattament favorevoli inkluż l-għoti ta' kuntratt (bħala sottokuntrattur) ma' Stroytransgaz, kumpanija ewlenija taż-żejt Russa.

    7.3.2015


    Top