EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R2261
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/2261 of 15 December 2016 concerning the authorisation of copper(I) oxide as a feed additive for all animal species (Text with EEA relevance )
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2261 tal-15 ta' Diċembru 2016 dwar l-awtorizzazzjoni tal-ossidu tar-ram(I) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2261 tal-15 ta' Diċembru 2016 dwar l-awtorizzazzjoni tal-ossidu tar-ram(I) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )
C/2016/8424
ĠU L 342, 16.12.2016, p. 18–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 13/08/2018
16.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 342/18 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2261
tal-15 ta' Diċembru 2016
dwar l-awtorizzazzjoni tal-ossidu tar-ram(I) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-ossidu tad-diram akkumpanjata mid-dettalji u mid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-ossidu tad-diram bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”. |
(4) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), fl-opinjoni tagħha tal-25 ta' Mejju 2016 (2), ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, l-ossidu tad-diram ma għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali jew tal-konsumatur, u li ma jkun hemm l-ebda tħassib dwar is-sikurezza għall-utenti sakemm jittieħdu l-miżuri xierqa ta' protezzjoni. |
(5) |
Barra minn hekk l-Awtorità kkonkludiet li l-ossidu tad-diram ma joħloqx iktar riskji għall-ambjent minn sorsi oħrajn ta' ram u l-użu tiegħu jista' jitqies bħala sors effikaċi ta' ram għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf permezz tal-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(6) |
L-isem tal-addittiv fl-applikazzjoni huwa l-ossidu tad-diram. Madankollu, l-isem IUPAC (L-Unjoni Internazzjonali tal-Kimika Pura u Applikata) tal-addittiv huwa ossidu tar-ram(I). Skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Awtorità fl-opinjoni tagħha dwar l-ossidu kupriku (3) l-addittiv għandu jissejjaħ ossidu tar-ram(I). |
(7) |
L-evalwazzjoni tal-ossidu tar-ram turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta' dik is-sustanza jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi nutrizzjonali” u mill-grupp funzjonali “komposti ta' oligoelementi”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2016;14(6):4509.
(3) EFSA Journal 2015;13(4):4057.
ANNESS
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kontenut ta' Cu f'mg/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kategorija ta' addittivi nutrizzjonali. Grupp funzjonali: komposti ta' oligoelementi |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3b412 |
— |
Ossidu tar-ram(I) |
Karaterizzazzjoni tal-addittiv Preparazzjoni ta' ossidu tar-ram(I) ma'
Granulat bil-partiċelli < 50 μm: Taħt l-10 % Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ossidu tar-ramm(I) Formula kimika: Cu2O Numru CAS: 1317-39-1 Metodi analitiċi (1) Għall-identifikazzjoni tas-Cu2O fl-addittiv:
Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut totali ta' ram fl-addittiv:
Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut totali ta' ram fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut totali ta' ram fil-materjali tal-għalf u fil-komposti tal-għalf:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
Bovini:
Ovini: 15 (total); Qżieqeż żgħar sa 12-il ġimgħa: 170 (total); Krustaċji 50 (total); Annimali oħrajn: 25 (total); |
|
Il-5 ta' Jannar 2027 |
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu disponibbli fuq l-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.