This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R1262
Commission Regulation (EC) No 1262/2008 of 16 December 2008 amending Regulation (EC) No 1126/2008 adopting certain international accounting standards in accordance with Regulation (EC) No 1606/2002 of the European Parliament and of the Council as regards International Financial Reporting Interpretations Committee’s (IFRIC) Interpretation 13 (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1262/2008 tas- 16 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 13 tal-Kumitat għall-Interpretazzjonijiet Internazzjonali dwar ir-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRIC) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1262/2008 tas- 16 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 13 tal-Kumitat għall-Interpretazzjonijiet Internazzjonali dwar ir-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRIC) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 338, 17.12.2008, p. 21–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 15/10/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R1803
17.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 338/21 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1262/2008
tas-16 ta’ Diċembru 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 13 tal-Kumitat għall-Interpretazzjonijiet Internazzjonali dwar ir-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRIC)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew addottati ċerti standards u interpretazzjonijiet internazzjonali tal-kontabilità li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008. |
(2) |
Fil-5 ta’ Lulju 2007, il-Kumitat għall-Interpretazzjonijiet Internazzjonali dwar ir-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRIC) ippubblika l-Interpretazzjoni IFRIC 13 Customer Loyalty Programmes (Programmi ta’ Lealtà tal-Klijenti) [traduzzjoni mhux uffiċjali], minn issa ’l quddiem imsejħa l-“IFRC 13”. L-IFRIC 13 telimina l-inkonsistenzi li hemm fil-prattika bħalissa fir-rigward tat-trattament fil-kontabilità ta’ prodotti jew servizzi b’xejn jew bi skont li jinbiegħu lill-klijenti taħt programmi ta’ lealtà tal-klijent li l-kumpaniji jużaw biex jippremjaw lill-klijenti tagħhom permezz ta’ punti, air miles jew krediti oħra mal-bejgħ ta’ prodott jew servizz |
(3) |
Il-konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtaġġ Finanzjarju (European Financial Reporting Advisory Group - EFRAG) tikkonferma li l-IFRIC 13 tissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/505/KE tal-14 ta’ Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta’ Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi fil-qasam tal-kontabilità biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja (EFRAG) (3), il-Grupp ta’ Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi fil-qasam tal-kontabilità qies l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-approvazzjoni u nnotifika lill-Kummissjoni Ewropea li din hija bbilanċjata b’mod tajjeb kif ukoll oġġettiva. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008: L-Interpretazzjoni 13 Programmi ta’ Lealtà tal-Klijenti tal-Kumitat Internazzjonali tal-Interpretazzjoni għar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRIC), tiddaħħal kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Kull kumpanija għandha tapplika l-IFRIC 13 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament, sa mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja li tibda wara l-31 ta’ Diċembru 2008.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Charlie McCREEVY
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.
(3) ĠU L 199, 21.7.2006, p. 33.
ANNESS
STANDARDS INTERNAZZJONALI TA’ RAPPURTAĠĠ FINANZJARJU
IFRIC 13 |
L-Interpretazzjoni IFRIC 13 Programmi ta’ Lealtà tal-Klijenti |
“Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra ż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta’ riproduzzjoni għall-użu personali jew għal skopijiet oħra ta’ kummerċ ġust. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq www.iasb.org”
INTERPRETAZZJONI TAL-IFRIC 13
Programmi ta’ Lealtà tal-Klijenti
REFERENZI
— |
IAS 8 Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji |
— |
IAS 18 Dħul |
— |
IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti |
SFOND
1 |
Il-programmi ta’ lealtà tal-klijenti jintużaw minn entitajiet biex jipprovdu lill-klijenti b’inċentivi biex jixtru l-prodotti jew is-servizzi tagħhom. Jekk klijent jixtri prodotti jew servizzi, l-entità tagħti lill-klijent krediti ta’ premju (ta’ spiss deskritti bħala “punti”). Il-klijent jista’ jsarraf il-krediti ta’ premju fi premjijiet bħal prodotti jew servizzi b’xejn jew bi skont. |
2 |
Il-programmi jaħdmu b’diversi modi. Il-klijenti jistgħu jkunu meħtieġa li jakkumulaw numru jew valur minimu speċifiku ta’ krediti ta’ premju qabel ma jkunu jistgħu jsarrfuhom. Il-krediti ta’ premju jistgħu jkunu marbuta ma’ xirjiet individwali jew gruppi ta’ xirjiet, jew ma’ xiri kontinwu fuq perjodu speċifiku ta’ żmien. L-entità tista’ tħaddem il-programm ta’ lealtà tal-klijenti hi nfisha jew tipparteċipa fi programm imħaddem minn terzi. Il-premjijiet offruti jistgħu jinkludu prodotti jew servizzi fornuti mill-entità nnifisha u/jew drittijiet li jiġu kklejmjati prodotti jew servizzi minn terzi. |
AMBITU
3 |
Din l-Interpretazzjoni tapplika għall-krediti ta’ premju għal-lealtà tal-klijenti li:
L-Interpretazzjoni tindirizza l-kontabilità mill-entità li tagħti krediti ta’ premju lill-klijenti tagħha. |
TEMI
4 |
It-temi indirizzati f’din l-Interpretazzjoni huma:
|
KUNSENS
5 |
Entità għandha tapplika l-paragrafu 13 tal-IAS 18 u tirrapporta l-krediti ta’ premju bħala komponent identifikabbli separatament mit-transazzjoni(jiet) tal-bejgħ li fihom huma jingħataw (il-“bejgħ inizjali”). Il-valur ġust tal-valur riċevut jew riċevibbli fir-rigward tal-bejgħ inizjali għandu jkun allokat bejn il-krediti ta’ premju u l-komponenti l-oħrajn tal-bejgħ. |
6 |
Il-valur allokat lill-krediti ta’ premju għandhu titkejjel b’referenza għall-valur ġust tagħhom, jiġilieri l-ammont li għalih il-krediti ta’ premju jistgħu jinbiegħu separatament. |
7 |
Jekk l-entità tforni l-premjijiet hi nnifisha, hi għandha tirrikonoxxi l-valur allokat għall-krediti ta’ premju bħala dħul meta l-krediti ta’ premju jissarrfu u hi tissodisfa l-obbligazzjonijiet tagħha li tforni l-premjijiet. L-ammont ta’ dħul rikonoxxut għandu jkun ibbażat fuq in-numru ta’ krediti ta’ premju li jkunu ssarrfu bi skambju ma’ premjijiet, imqabbel man-numru totali li jkun mistenni li jissarraf. |
8 |
Jekk il-premjijiet ifornuhom terzi, l-entità għandha tevalwa jekk hix tiġbor il-valur allokat lill-krediti ta’ premju għan-nom tagħha stess (jiġilieri bħala s-sid fit-transazzjoni) jew għan-nom tat-terzi (jiġilieri bħala aġent għat-terzi).
|
9 |
Jekk fi kwalunkwe ħin l-ispejjeż li ma jistgħux jiġu evitati biex jitħallsu l-obbligazzjonijiet għall-forniment tal-premjijiet ikunu mistennija li jaqbżu l-valur riċevut u riċevibbli għalihom (jiġilieri il-valur allokat lill-krediti ta’ premju fil-ħin tal-bejgħ inizjali li jkun għadu ma ġiex rikonoxxut bħala dħul, flimkien ma’ kwalunkwe valur ieħor riċevibbli meta l-klijent isarraf il-krediti ta’ premju), l-entità jkollha kuntratti onerużi. Għandha tkun rikonoxxuta obbligazzjoni għall-eċċess b’konformità mal-IAS 37. Il-ħtieġa li din l-obbligazzjoni tiġi rikonoxxuta tista’ tinħoloq jekk l-ispejjeż mistennija tal-forniment tal-premjijiet jiżdiedu, pereżempju jekk l-entità tirrevedi l-aspettattivi tagħha dwar in-numru ta’ krediti ta’ premju li ser jissarrfu. |
DATA EFFETTIVA U TRANSIZZJONI
10 |
Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2008 jew wara. Applikazzjoni iktar bikrija hi permessa. Jekk entità tapplika l-Interpretazzjoni għal perjodu li jibda qabel l-1 ta’ Lulju 2008, għandha tiddikjara dak il-fatt. |
11 |
Tibdil fil-politika tal-kontabilità għandu jkun irrappurtat b’konformità mal-IAS 8. |
Appendiċi
Gwida għall-applikazzjoni
Dan l-appendiċi hu parti integrali tal-Interpretazzjoni.
Kif jitkejjel il-valur ġust tal-krediti ta’ premju
AG1 |
Il-Paragrafu 6 tal-kunsens jeħtieġ li l-valur allokat lill-krediti ta’ premju jitkejjel b’referenza għall-valur ġust tagħhom, jiġilieri l-ammont li għalih il-krediti ta’ premju jistgħu jinbiegħu separatament. Jekk il-valur ġust ma jkunx jista’ jiġi osservat direttament, dan għandu jiġi stmat. |
AG2 |
Entità tista’ tagħmel stima tal-valur ġust tal-krediti ta’ premju billi tagħmel referenza għall-valur ġust tal-premjijiet li fihom jistgħu jissarrfu. Il-valur ġust ta’ dawn il-premjijiet jitnaqqas billi jiġu meqjusa:
Fejn il-klijenti jistgħu jagħżlu minn medda ta’ premjijiet differenti, il-valur ġust tal-krediti ta’ premju ser jirrifletti l-valuri ġusti fil-firxa ta’ premjijiet disponibbli, li jkunu ppiżati fi proporzjon mal-frekwenza li biha kull premju jkun mistenni li jintgħażel. |
AG3 |
F’xi ċirkustanzi, jistgħu jkunu disponibbli metodi oħrajn ta’ stima. Pereżempju, fejn il-premjijiet jiġu fornuti minn terzi u l-entità tħallas lit-terzi għal kull kreditu ta’ premju li tagħti, tkun tista’ tagħmel stima tal-valur ġust tal-krediti ta’ premju b’referenza għall-ammont li hi tħallas lit-terzi, biż-żieda ta’ marġni ta’ qligħ raġonevoli. Jeħtieġ ġudizzju għaqli biex tintagħżel u tiġi applikata t-teknika ta’ stima li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-paragrafu 6 tal-kunsens u li tkun l-aktar waħda adattata fiċ-ċirkustanzi. |