Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0858

    2007/858/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 17 ta’ Diċembru 2007 li taħtar il-President tal-Bord ta’ l-Appell ta’ l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti u s-Supplenti tiegħu

    ĠU L 337, 21.12.2007, p. 105–105 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 17/12/2012

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/858/oj

    21.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 337/105


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tas-17 ta’ Diċembru 2007

    li taħtar il-President tal-Bord ta’ l-Appell ta’ l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti u s-Supplenti tiegħu

    (2007/858/KE)

    IL-KUNSILLTA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 dwar id-drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 47(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-listi ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni fid-29 ta’ Ottubru 2007, wara li nkisbet l-opinjoni tal-Kunsill Amministrattiv ta’ l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Is-Sinjur Paul A.C.E. VAN DER KOOIJ, imwieled fit-13 ta’ Jannar 1956, huwa b’dan maħtur President tal-Bord ta’ l-Appell ta’ l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għal perijodu ta’ ħames snin.

    Is-Sinjur Timothy MILLETT imwieled fis-6 ta’ Jannar 1951 huwa b’dan maħtur Supplenti għall-President tal-Bord ta’ l-Appell ta’ l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għal perijodu ta’ ħames snin.

    Il-mandati tagħhom għandhom jibdew mid-data li fiha huma jassumu d-doveri tagħhom. Dik id-data għandha tiġi miftiehma bejn il-President u l-Kunsill Amministrattiv ta’ l-Uffiċċju.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Diċembru 2007.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. SILVA


    (1)  ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 873/2004 (ĠU L 162, 30.4.2004, p. 38).


    Top