Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1543

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1543/2007 ta’ l- 20 ta’ Diċembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 581/2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti tipi ta’ butir u r-Regolament (KE) Nru 582/2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna t-trab tal-ħalib xkumat

    ĠU L 337, 21.12.2007, p. 62–63 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1543/oj

    21.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 337/62


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1543/2007

    ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 581/2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti tipi ta’ butir u r-Regolament (KE) Nru 582/2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna t-trab tal-ħalib xkumat

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 31(3)(b) u (14) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 581/2004 (2) u l-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 582/2004 (3) jiftħu stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti tipi ta’ prodotti tal-ħalib lejn destinazzjonijiet minbarra ċerti pajjiżi terzi u żoni.

    (2)

    Sabiex ma jkunx hemm misinterpretazzjonijiet ta’ l-istatus ta’ dawk id-destinazzjonijiet, huwa xieraq li ssir distinzjoni bejn pajjiżi terzi u territorji ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità.

    (3)

    L-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 581/2004 u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 582/2004, jistabbilixxu l-perjodu ta’ applikazzjoni għal offerti dwar iċ-ċertifikati ta’ rifużjoni ta’ l-esportazzjoni għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat kif xieraq. Minħabba s-sitwazzjoni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1119/2007 tas-27 ta’ Settembru 2007 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 581/2004, li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti tipi ta’ butir, u mir-Regolament (KE) Nru 582/2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna t-trab tal-ħalib xkumat (4), ipprovdiet għal perjodu wieħed fix-xahar għall-applikazzjoni għall-offerti fl-aħħar terz ta’ l-2007.

    (4)

    Peress li aktarx din is-sitwazzjoni tas-suq se tibqa’ l-istess, u bl-għan li jkunu evitati proċeduri u spejjeż amministrattivi żejda, huwa xieraq li din il-frekwenza ta’ żmien tkun adottata b’mod definit b’bażi permanenti minn Jannar 2008.

    (5)

    Għalhekk jeħtieġ li ssir emenda għar-Regolamenti (KE) Nru 581/2004 u (KE) Nru 582/2004 kif xieraq.

    (6)

    Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 581/2004 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 1(1), it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “Il-prodotti msemmija fl-ewwel subparagrafu huma intiżi għall-esportazzjoni lejn id-destinazzjonijiet kollha minbarra l-pajjiżi u ż-żoni li ġejjin:

    (a)

    pajjiżi terzi: Andorra, is-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan), il-Liechtenstein u l-Istati Uniti ta’ l-Amerka;

    (b)

    it-territorji ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ġibiltà, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta’ Livigno u Campione d’Italia, Heligoland, Greenland, il-Gżejjer Faeroe u ż-żoni tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv.”

    (2)

    Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 jinbidel b’li ġej:

    “2.   Kull perjodu ta’ l-offerti għandu jibda fis-13.00 (ħin ta’ Brussell) fit-tieni Tlieta tax-xahar bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    F’Awwissu għandu jibda fis-13.00 (ħin ta’ Brussell) fit-tielet Tlieta;

    (b)

    f’Diċembru għandu jibda fis-13.00 (ħin ta’ Brussell) fl-ewwel Tlieta.

    Jekk it-Tlieta tkun festa, il-perjodu għandu jibda fis-13:00 (ħin ta’ Brussell) tal-jum ta’ xogħol li jkun imiss.

    Kull perjodu ta’ l-offerti għandu jintemm fis-13.00 (ħin ta’ Brussell) fit-tielet Tlieta tax-xahar bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    f’Awwissu għandu jintemm fis-13.00 (ħin ta’ Brussell) fir-raba’ Tlieta;

    (b)

    f’Diċembru għandu jintemm fis-13.00 (ħin ta’ Brussell) fit-tieni Tlieta.

    Jekk it-Tlieta tkun festa, il-perjodu għandu jintemm fil-13:00 (ħin ta’ Brussel) tal-jum ta’ xogħol preċedenti.”

    Artikolu 2

    Ir-Regolament (KE) Nru 582/2004 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 jinbidel b’li ġej:

    “1.   Offerta permanenti hija miftuħa sabiex tiġi ddeterminata r-rifużjoni għall-esportazzjoni tat-trab tal-ħalib xkumat imsemmi fis-sezzjoni 9 ta’ l-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (*) fi xkejjer ta’ mill-anqas 25 kilogramma piż nett u li jkun fih mhux aktar minn 0.5 % fil-piż ta’ materja mhux lattika miżjuda li jidħol taħt il-kodiċi tal-prodott ex ex 0402 10 19 9000, li hu maħsub għall-esportazzjoni lejn id-destinazzjonijiet kollha ħlief il-pajjiżi u ż-żoni li ġejjin:

    (a)

    pajjiżi terzi: Andorra, is-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan), il-Liechtenstein u l-Istati Uniti ta’ l-Amerka;

    (b)

    it-territorji ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ġibiltà, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta’ Livigno u Campione d’Italia, Heligoland, Greenland, il-Gżejjer Faeroe u ż-żoni tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv.

    (*)  ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1.”"

    (2)

    Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 jinbidel b’li ġej:

    “2.   Kull perjodu ta’ l-offerti għandu jibda fis-13.00 (ħin ta’ Brussell) fit-tieni Tlieta tax-xahar bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    f’Awwissu għandu jibda fis-13.00 (ħin ta’ Brussell) fit-tielet Tlieta;

    (b)

    f’Diċembru għandu jibda fis-13.00 (ħin ta’ Brussell) fl-ewwel Tlieta.

    Jekk it-Tlieta tkun festa, il-perjodu għandu jibda fis-13:00 (ħin ta’ Brussell) tal-jum ta’ xogħol li jkun imiss.

    Kull perjodu ta’ l-offerti għandu jintemm fis-13.00 (ħin ta’ Brussell) fit-tielet Tlieta tax-xahar bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    f’Awwissu għandu jintemm fis-13.00 (ħin ta’ Brussell) fir-raba’ Tlieta;

    (b)

    f’Diċembru għandu jintemm fis-13.00 (ħin ta’ Brussell) fit-tieni Tlieta.

    Jekk it-Tlieta tkun festa, il-perjodu għandu jintemm fil-13:00 (ħin ta’ Brussell) tal-jum ta’ xogħol preċedenti.”

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1152/2007 (ĠU L 258, 4.10.2007, p. 3). Ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1.7.2008.

    (2)  ĠU L 90, 27.3.2004, p. 64. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 276/2007 (ĠU L 76, 16.3.2007, p. 16).

    (3)  ĠU L 90, 27.3.2004, p. 67. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (EC) No 276/2007.

    (4)  ĠU L 253, 28.9.2007, p. 23.


    Top