Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1539

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1539/2007 ta ’l- 20 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti applikabbli għaċ-ċereali esportati fil-forma ta’ Scotch whisky għall-perjodu 2007/2008

    ĠU L 337, 21.12.2007, p. 50–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1539/oj

    21.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 337/50


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1539/2007

    ta ’l-20 ta’ Diċembru 2007

    li jistabbilixxi l-koeffiċjenti applikabbli għaċ-ċereali esportati fil-forma ta’ Scotch whisky għall-perjodu 2007/2008

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1670/2006 ta’ l-10 ta’ Novembru 2006 li jistipula ċerti regoli dettalljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 rigward l-iffissar u l-għoti tar-rifużjonijiet aġġustati għaċ-ċereali esportati fil-forma ta’ ċerti xarbiet spiritużi (2) [titlu mhux uffiċjali], u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006 jipprovdi illi l-kwantitajiet taċ-ċereali eliġibbli għar-rifużjoni għandhom ikunu l-kwantitajiet ta’ ċereali mqiegħda taħt il-kontroll u ddistillati, piżati b’koeffiċjent li jiġi ffissat kull sena għal kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati. Il-koeffiċjent għandu jesprimi r-relazzjoni bejn il-kwantitajiet totali esportati u l-kwantitajiet imqiegħda fis-suq tax-xarba spirituża kkonċernata, abbażi tas-xejra osservata f’dawn il-kwantitajiet matul l-għadd ta’ snin li jikkorrispondi mal-perjodu medju taż-żmien tal-maturazzjoni tax-xarba spirituża kkonċernata.

    (2)

    Abbażi tat-tagħrif li ta r-Renju Unit u li jirrigwarda l-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2006, dan il-perjodu medju taż-żmien tal-maturazzjoni fl-2006 kien ta’ sitt snin għall-iScotch whisky.

    (3)

    Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ffissati l-koeffiċjenti għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2007 sat-30 ta’ Settembru 2008.

    (4)

    L-Artikolu 10 tal-Protokoll 3 mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jipprekludi l-għoti ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni lejn il-Liechtenstein, l-Iżlanda u n-Norveġja. Barra minn hekk, il-Komunità kkonkludiet ftehimiet ma’ ċerti pajjiżi terzi li jabolixxu r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni. Għalhekk jeħtieġ li, b’applikazzjoni ta’ l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006, dan jitqies fil-kalkolu tal-koeffiċjent għall-perjodu 2007/2008.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2007 sat-30 ta’ Settembru 2008, il-koeffiċjenti pprovvduti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006, applikabbli għaċ-ċereali utilizzati fir-Renju Unit għall-fabbrikazzjoni ta’ l-iScotch whisky huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2007.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6).

    (2)  ĠU L 312, 11.11.2006, p. 33. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).


    ANNESS

    Koeffiċjenti applikabbli għar-Renju Unit

    Perjodu ta’ applikazzjoni

    Koeffiċjent applikabbli

    għax-xgħir ipproċessat f’malt utilizzat fil-produzzjoni tal-malt whisky

    għaċ-ċereali utilizzati fil-produzzjoni tal-grain whisky

    Mill-1 ta’ Ottubru 2007 sat-30 ta’ Settembru 2008

    0,445

    0,526


    Top