This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0759
Case C-759/21 P: Appeal brought on 10 December 2021 by Nippon Chemi-Con Corporation against the judgment of the General Court (Ninth Chamber, Extended Composition) delivered on 29 September 2021 in Case T-363/18, Nippon Chemi-Con Corporation v Commission
Kawża C-759/21 P: Appell ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2021 minn Nippon Chemi-Con Corporation mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fid-29 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-363/18, Nippon Chemi-Con Corporation vs Il-Kummissjoni
Kawża C-759/21 P: Appell ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2021 minn Nippon Chemi-Con Corporation mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fid-29 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-363/18, Nippon Chemi-Con Corporation vs Il-Kummissjoni
ĠU C 64, 7.2.2022, pp. 26–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
7.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 64/26 |
Appell ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2021 minn Nippon Chemi-Con Corporation mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fid-29 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-363/18, Nippon Chemi-Con Corporation vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-759/21 P)
(2022/C 64/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Nippon Chemi-Con Corporation (rappreżentanti: H.-J. Niemeyer, M. Röhrig, P. Neideck, Rechtsanwälte, I.-L. Stoicescu, avukata)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla s-sentenza appellata u tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-21 ta’ Marzu 2018 (1) li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Il-Każ AT.40136 — Kapasiters), inkwantu tikkonċerna lill-appellanti; |
|
— |
sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata inkwantu din tikkonferma l-multa imposta fuq l-appellanti, u tannulla l-Artikolu 2(j) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Marzu 2018; |
|
— |
iktar sussidjarjament, tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq l-appellanti fid-dawl tal-aggravji li se jintlaqgħu, u |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-ewwel istanza u tal-appell. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn ta’ dan l-appell, l-appellanti tinvoka sitt aggravji.
1. L-ewwel aggravju: L-assenza tal-firem tal-Imħallfin fis-sentenza tal-Qorti Ġenerali
Fl-assenza tal-firem tat-tliet Imħallfin, is-sentenza hija invalida fl-intier tagħha, kif stabbilit fl-Artikolu 118 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u fl-Artikolu 37 tal-Istatut tal-Qorti Ġenerali.
2. It-tieni aggravju: Ksur tal-Artikolu 101 TFUE (punti 143 sa 307 tas-sentenza)
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball fl-applikazzjoni tagħha tal-Artikolu 101 TFUE meta kkonfermat il-konstatazzjoni ta’ ksur magħmula mill-Kummissjoni Ewropea. Il-Qorti Ġenerali naqset milli tevalwa b’mod xieraq ir-rilevanza tal-ksur allegat għaż-ŻEE. Hija applikat b’mod żbaljat id-duttrina tas-sensiela ta’ indizji u qelbet l-oneru tal-prova għad-detriment tal-appellanti, u b’hekk kisret il-preżunzjoni ta’ innoċenza.
3. It-tielet aggravju: Ksur uniku u kontinwu (punti 308 sa 400 tas-sentenza)
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball fl-applikazzjoni tagħha tal-Artikolu 101 TFUE meta kkonkludiet li kien jeżisti ksur uniku u kontinwu li jkopri l-kapaċitaturi elettrolitiċi kollha mis-26 ta’ Ġunju 1998 sat-23 ta’ April 2012. Il-Qorti Ġenerali applikat kriterju ġuridiku inkorrett sabiex tiddetermina jekk kienx jeżisti pjan ġenerali, li huwa rekwiżit li jikkostitwixxi ksur uniku u kontinwu. Barra minn hekk, anki jekk il-kriterju ġuridiku jiġi aċċettat, il-fatti stabbiliti mill-Qorti Ġenerali ma jippermettux li tiġi preżunta l-eżistenza ta’ ksur kontinwu, jiġifieri ksur mhux interrott.
4. Ir-raba’ aggravju: Ksur minħabba l-għan (punti 401 sa 429 tas-sentenza)
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball fl-applikazzjoni tagħha tal-Artikolu 101 TFUE meta kkonfermat il-perspettiva tal-Kummissjoni Ewropea li l-ksur kollu għandu jiġi kkwalifikat bħala ksur minħabba l-għan. Il-Qorti Ġenerali pprovdiet motivazzjoni insuffiċjenti għall-konklużjoni tagħha u applikat kriterju ġuridiku inkorrett għall-evalwazzjoni tal-informazzjoni skambjata.
5. Il-ħames aggravju: Ġurisdizzjoni (punti 71 sa 82 tas-sentenza)
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonfermat li, bis-saħħa tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikoli 53 u 56 tal-Ftehim ŻEE, il-Kummissjoni Ewropea kellha ġurisdizzjoni territorjali sabiex tissanzjona l-ksur kollu. Sabiex tistabbilixxi l-ġurisdizzjoni, il-Qorti Ġenerali messha applikat livell ta’ tolleranza iktar milli sempliċement tirrikorri għall-konstatazzjoni ta’ “sempliċi bejgħ [tal-kapaċitaturi elettrolitċi] fl-Unjoni”, u, fi kwalunkwe każ, kellha timmotiva b’mod suffiċjenti l-konklużjoni tagħha.
6. Is-sitt aggravju: Kalkolu tal-multa (punti 430 sa 526 tas-sentenza)
Il-Qorti Ġenerali naqset milli tapplika b’mod korrett il-prinċipju ta’ proporzjonalità u, fl-evalwazzjoni tagħha tal-provi li l-appellanti ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea, kisret numru ta’ rekwiżiti proċedurali, fosthom l-obbligi ta’ motivazzjoni u ta’ twettiq ta’ evalwazzjoni kompleta tal-provi u ta’ eżami sħiħ tal-fatti.
(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 1768 final.