EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0417

Kawża T-417/17: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2017 – Ċipru vs EUIPO – Papouis Dairies (fino Cyprus Halloumi Cheese)

ĠU C 277, 21.8.2017, p. 54–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/54


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2017 – Ċipru vs EUIPO – Papouis Dairies (fino Cyprus Halloumi Cheese)

(Kawża T-417/17)

(2017/C 277/78)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: S. Malynicz, QC u V. Marsland, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Papouis Dairies LTD (Nikosija, Ċipru)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni figurattiva bil-kulur li tinkludi l-element verbali “fino Cyprus Halloumi Cheese” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 180 791

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ April 2017 fil-Każ R 2650/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top