EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0282

Kawża T-282/17: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2017 – UI (*) vs Il-Kunsill

ĠU C 277, 21.8.2017, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/46


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2017 –  UI (*1) vs Il-Kunsill

(Kawża T-282/17)

(2017/C 277/68)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent:  UI (*1) (rappreżentant: J. Diaz Cordova, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tordna lill-konvenut jaħtar lir-rikorrent b’mod definittiv fil-post AST/SC 2 fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (DG A3).

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jikkontesta, essenzjalment, il-legalità tal-proċeduri li, skont ir-rikorrent, wasslu sabiex b’mod żbaljat ma jiġix maħtur b’mod definittiv fil-post ikkonċernat. Ir-rikorrent jirreferi, b’mod partikolari, għall-ħolqien mill-konvenut ta’ dokument supplimentari li, skont ir-rikorrent, ma għandux jittieħed inkunsiderazzjoni, fl-evalwazzjoni tiegħu, peress li ġie sottomess ħafna wara t-tmiem tal-perijodu ta’ prova tiegħu. Ir-rikorrent isostni li l-konvenut kiser ċerti drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għal ħajja privata, il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet u d-dritt tiegħu li jagħmel ilment, meta evalwa l-każ tar-rikorrent.


(*1)  Informazzjoni mħassra fil-qafas tal-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali.


Top