EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0234

Kawża T-234/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2017 – Systema Teknolotzis vs Il-Kummissjoni [“Is-Seba’ Programm Qafas għal attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) — Ftehimiet ta’ sussidju għall-proġetti PlayMancer, Mobiserv u PowerUp — Artikolu 299 TFUE — Deċiżjoni li tikkostitwixxi titolu eżekuttiv — Rikors għal annullament — Att li jista’ jiġi kkontestat — Ammissibbiltà — Proporzjonalità — Dmir ta’ diliġenza — Obbligu ta’ motivazzjoni”]

ĠU C 277, 21.8.2017, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2017 – Systema Teknolotzis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-234/15) (1)

([“Is-Seba’ Programm Qafas għal attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) - Ftehimiet ta’ sussidju għall-proġetti PlayMancer, Mobiserv u PowerUp - Artikolu 299 TFUE - Deċiżjoni li tikkostitwixxi titolu eżekuttiv - Rikors għal annullament - Att li jista’ jiġi kkontestat - Ammissibbiltà - Proporzjonalità - Dmir ta’ diliġenza - Obbligu ta’ motivazzjoni”])

(2017/C 277/49)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Systema Teknolotzis AE – Efarmogon Ilektronikis kai Pliroforikis (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: E. Georgilas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Estrada de Solà u L. Di Paolo, aġenti, assistiti minn E. Politis, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 1677 final, tal-10 ta’ Marzu 2015, li tikkostitwixxi titolu eżekuttiv għall-infurzar tal-irkupru mingħand ir-rikorrenti ta’ somma ta’ EUR 716 334,05, flimkien mal-interessi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Systema Teknolotzis AE – Efarmogon Ilektronikis kai Pliroforikis hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 270, 17.8.2015.


Top