EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0215

Kawża T-215/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2017 – Azarov vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina — Iffriżar ta’ fondi — Lista tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u tar-riżorsi ekonomiċi — Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Dritt għall-proprjetà — Dritt għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika — Proporzjonalità — Użu ħażin ta’ poter — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

ĠU C 277, 21.8.2017, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2017 – Azarov vs Il-Kunsill

(Kawża T-215/15) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għall-proprjetà - Dritt għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika - Proporzjonalità - Użu ħażin ta’ poter - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))

(2017/C 277/47)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Mykola Yanovych Azarov (Kiev, Ukraina) (rappreżentanti: G. Lansky u A. Egger, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u F. Naert, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364, tal-5 ta’ Marzu 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2015, L 62, p. 25), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357, tal-5 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2015, L 62, p. 1), sa fejn dawn l-atti jżommu isem ir-rikorrent fil-lista tal-persuni kkonċernati mill-miżuri restrittivi inkwistjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mykola Yanovych Azarov huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 221, 6.7.2015.


Top