EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0444

Kawżi magħquda C-444/16 u C-445/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Mons – il-Belġju) – Immo Chiaradia SPRL (C-444/16), Docteur De Bruyne SPRL (C-445/16) vs État belge (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 78/660/KEE — Kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji — Prinċipju ta’ stampa vera — Prinċipju ta’ prudenza — Kumpannija li toħroġ opzjoni fuq l-azzjonijiet li tirreġistra l-prezz tat-trasferiment tal-opzjoni matul is-sena finanzjarja li matulha l-opzjoni tittieħed jew fi tmiem il-perijodu ta’ validità tagħha)

ĠU C 277, 21.8.2017, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Mons – il-Belġju) – Immo Chiaradia SPRL (C-444/16), Docteur De Bruyne SPRL (C-445/16) vs État belge

(Kawżi magħquda C-444/16 u C-445/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 78/660/KEE - Kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji - Prinċipju ta’ stampa vera - Prinċipju ta’ prudenza - Kumpannija li toħroġ opzjoni fuq l-azzjonijiet li tirreġistra l-prezz tat-trasferiment tal-opzjoni matul is-sena finanzjarja li matulha l-opzjoni tittieħed jew fi tmiem il-perijodu ta’ validità tagħha))

(2017/C 277/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Mons

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Immo Chiaradia SPRL (C-444/16), Docteur De Bruyne SPRL (C-445/16)

Konvenut: État belge

Dispożittiv

Il-prinċipji ta’ stampa vera u ta’ prudenza previsti rispettivament fl-Artikolu 2(3) u fl-Artikolu 31(1)(ċ) tar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1978, ibbażata fuq l-Artikolu [50(2)(g) TFUE] dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji, kif emendata bid-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Ġunju 2003, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux metodu ta’ reġistrazzjoni li skontu kumpannija li toħroġ dritt ta’ opzjoni fuq l-azzjonijiet tirreġistra bħala dħul il-prezz tat-trasferiment ta’ din l-opzjoni matul is-sena finanzjarja li matulha l-imsemmija opzjoni tittieħed jew fi tmiem il-perijodu ta’ validità tagħha.


(1)  ĠU C 410, 7.6.2016


Top