EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0428

Kawża T-428/17: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2017 – Alpine Welten Die Bergführer vs EUIPO (ALPINEWELTEN Die Bergführer)

ĠU C 277, 21.8.2017, p. 60–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/60


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2017 – Alpine Welten Die Bergführer vs EUIPO (ALPINEWELTEN Die Bergführer)

(Kawża T-428/17)

(2017/C 277/85)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Alpine Welten Die Bergführer GmbH & Co. KG (Berghülen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T.-C. Leisenberg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “ALPINEWELTEN Die Bergführer” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 187 826

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ April 2017 fil-Każ R 1339/2016-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top