Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0414

    Kawża T-414/17: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2017 – Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank vs SRB

    ĠU C 277, 21.8.2017, p. 53–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 277/53


    Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2017 – Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank vs SRB

    (Kawża T-414/17)

    (2017/C 277/76)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank AG (Bregenz, l-Awstrija) (rappreżentant: G. Eisenberger, avukat)

    Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tas-Sessjoni Eżekuttiva tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (Single Resolution Board, SRB) tal-11 ta’ April 2017 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante fil-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni għas-sena 2017 (SRB/ES/SRF/2017/05) [“Decision of the Executive Session of the Board of 11 April 2017 on the calculation of the 2017 ex-ante contributions to the Single Resolution Fund (SRB/ES/SRF/2017/05)”], tal-inqas fil-parti sa fejn din id-deċiżjoni tirrigwarda lir-rikorrent, u

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur manifest tal-forom proċedurali sostanzjali minħabba nuqqas ta’ notifika sħiħa tad-deċiżjoni.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq ksur manifest tal-forom proċedurali sostanzjali minħabba motivazzjoni insuffiċjenti tad-deċiżjoni.


    Top